Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq traffic management perikoluż li jgħaddi mit-triq tagħha?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li l-problema taċ-ċittadina li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari tinsab fi triq li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant, kemm it-talba li din it-triq tiġi f'direzzjoni waħda kif ukoll it-talba li tiġi nfurzata s-sinjaletika li ma jgħaddux vetturi kbar għandhom jiġu riferuti lill-kunsill lokali. B'hekk, il-kunsill ikun f'pożizzjoni li jmexxi sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja skont il-proċeduri ta’ Transport Malta fil-każ tad-direzzjoni tat-traffiku u l-azzjoni neċessarja bil-pulizija jew gwardjani lokali fil-każ tal-infurzar tas-sinjaletika.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ housing u m’għandhiex fejn toqgħod?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna in kwestjoni m’għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkommodazzjoni alternattiva. Hija ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care u ntbagħtitilha applikazzjoni sabiex tiġi tapplika.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettlaji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ housing?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care. Din tixtieq tapplika għall-akkomodazzjoni alternattiva għalhekk intbagħtitilha applikazzjoni u għandha tissottomettiha mill-aktar fis possibbli.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha allegat każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward il-pensjoni minħabba nuqqas ta’ bolol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba problema rigward l-iskema biex tirranġa ħsarat fid-dar tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward il-pensjoni tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti — regolamenti tal-MTA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-ristoranti u ħwienet tal-ikel bħal take aways, inkluż ukoll stabbilimenti tal-ikel bħal dawk fil-lukandi, li qegħdin jaderixxu mar-regolamenti tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) fil-ġabra tal-iskart bl-użu tas-servizzi tal-kolletturi privati ġewwa l-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mellieħa u Wied il-Għajn u min huma l-kolletturi privati li qegħdin jiġbru l-iskart organiku u l-iskart riċiklat tal-imsemmija minn dawn il-lokalitajiet? Tista’ tingħata informazzjoni għal kull lokalità separatament matul l-aħħar tliet snin 2010, 2011 u 2012?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istabbilimenti kollha li jipprovdu ikel huma obbligati li jiżguraw li l-iskart (swill) jinġabar biss minn persuni li jkollhom liċenzja għal dak l-iskop mill-awtoritá kompetenti. Billi dan huwa l-obbligu tal-operatur, l-Awtoritá Maltija tat-Turiżmu (MTA) m’għandhiex l-ismijiet tal-kolletturi privati.
Iżda ma’ kull applikazzjoni l-Awtoritá tesiġi li kull stabbiliment li jipprovdi l-ikel għandu jkollu post adatat fejn iżomm l-iskart (swill) u li għandu arranġamenti biex dan jinġabar.
Billi fil-liġi m’huwiex rikjest li l-operatur jipprovdi dan id-dokument biex tiġi mġedda il-liċenzja dan ma jiġix mitlub. Madanakollu, dan jibqa’ obbligu tal-operatur li jġedded tali arranġamenti. Dawn l-operaturi huma irregolati wkoll mill-Att dwar Żibel u Skart.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħda tiċċekkja l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) li dawn l-entitajiet kummerċjali bħal ristoranti, stabbilimenti tal-ikel u ħwienet fiż-żoni turistiċi qegħdin jagħmlu użu minn kolletturi privati tal-ġabra ta’ skart differenti?
ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti — regolamenti tal-MTA
Question
Peress li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) sabet lil xi entitajiet kummerċjali bħal ristoranti li mhux jaderixxu mal-permessi maħruġa li ma jagħmlux użu minn kolletturi privati, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm min inqabad li qed jinjora dawn ir-regolamenti marbuta mal-ħruġ tal-permessi? X’passi ħadet l-Awtorità fil-konfront tagħhom? Qabel jinħarġu l-permessi annwali mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) qegħdin jintalbu xi rċevuti fiskali li ħallsu għal servizz privat tal-ġbir mis-sidien tar-ristoranti u l-ħwienet kummerċjali li jiġġeneraw ammont konsiderevoli ta’ skart?
Jista’ l-Ministru jippubblika l-lista tar-ristoranti u l-ħwienet kummerċjali li mhux qed jagħmlu użu minn servizz privat tal-ġabra tal-iskart fil-lokalità ta’ San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, il-Mellieħa u Wied il-Għajn?
Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu allegat każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni li jingħata?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fl-arloġġ tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu għamel talba biex isir trasferiment ta' meters minn fuq sid preċedenti għal fuq ismu. F'dan il-każ it-trasferiment ma jistax isir minħabba li hemm dejn pendenti u qabel dan jitħallas ma jistax isir it-trasferiment mitlub.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha ommha residenti f’Casa Arkati fuq l-iskema tal-Gvern u minkejja li ilha hemm sentejn u nofs minn Jannar, qegħdin jitolbuha ħlas addizzjonali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna ġiet ikkuntattjata u l-każ tagħha qiegħed jiġi investigat.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-pensjoni tad-diżabilità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq Triq Ġorġ Mifsud Chircop f’Ħal Qormi peress li għadha qatt ma ngħatat wiċċ tat-tarmak u hemm numru ta’ residenti li qegħdin joqogħdu f’din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Ġorġ Mifsud Chircop f’Ħal Qormi, skont il-policy eżistenti, tkun eliġibli biex tidħol fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali meta t-triq tkun mibnija iżjed minn 70% u meta l-iżviluppaturi/residenti jkunu ffurmaw t-triq hekk kif huma obligati jagħmlu skont il-Liġi.
Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn allegatament qed issofri inġustizzja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se tagħmel kuntatt ma' dan l-individwu u tara l-każ tiegħu.
Tista’ l-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji u jinbidel il-bieb tal-komun tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilu iktar minn 40 sena u jinsab fi stat ħażin ħafna tant li ma jistax jingħalaq?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.