Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi — Triq Dun Manwel Zammit - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li ttitieħed azzjoni sabiex isir ix-xogħol li hemm bżonn fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi peress li qed iżomm ħafna ilma tax-xita b'inkonvenjenza għar-residenti kkonċernati?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Is-Siġġiewi — Triq Dun Manwel Zammit - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li ttitieħed azzjoni sabiex isir ix-xogħol li hemm bżonn fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi peress li qed iżomm ħafna ilma tax-xita b'inkonvenjenza għar-residenti kkonċernati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li għamel diversi tentattivi biex tissolva l-problema msemmija li tidher li hija waħda mhux faċilment solvibbli.

Statistika dwar korrelazzjoni bejn suwiċidji u problema tal-azzard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi statistika f’Malta li turi korrelazzjoni bejn ħsibijiet jew atti suwiċidjali u l-problema tal-azzard?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’hemmx statistika f’Malta li turi korrelazzjoni bejn ħsibijiet jew atti suwiċidjali u l-problema tal-azzard, kif mitluba mil-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #15550 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Kategoriji tal-użu tal-artijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15045 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-rappurtaġġ tal-Eurostat fin-news release 154 tal-2013 – 25 October 2013 - Land Use/Cover Area Frame Survey 2012, fejn skont dan id-dokument ġie kkategorizzat l-użu tal-art, jista’ jikkjarifika kemm mill-art ikkategorizzata bħala Forest and other wooded land, cropland, grassland, water/wetland, shrub land, bare land hija koperta b’titlu ta’ art privata, anke jekk mikrija jew imqabbla, u kemm hemm min din l-art hija koperta b’titlu ta’ art pubblika, u ċjoè aċċessibbli għal kulħadd?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #15045 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kategoriji ta’ artijiet

Question

B’referenza għar-rappurtaġġ tal-Eurostat fin-news release 154 tal-2013 – 25 October 2013 - Land Use/Cover Area Frame Survey 2012, fejn skont dan id-dokument ġie kkategorizzat l-użu tal-art, jista’ l-Prim Ministru jikkjarifika kemm mill-art ikkategorizzata bħala: Forest and other wooded land, cropland, grassland, water/wetland, shrub land, bare land hija koperta b’titlu ta’ art privata, anke jekk mikrija jew imqabbla, u kemm hemm min din l-art hija koperta b’titlu ta’ art pubblika, u ċjoè aċċessibbli għal kulħadd?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15045, il-MEPA kellha rwol ta' kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali, JRC u l-Eurostat. Il-kuntatt prinċipali fuq dan il-proġett kien l-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġġiewi –żona Ta’ Kirċippu — nuqqas ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara x’azzjoni ttieħdet mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi fuq diversi lmenti li daħlu għand l-istess Kunsill Lokali rigward nuqqas ta’ dawl fiż-żona Ta’ Kirċippu fejn hemm il-bus stop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li l-Kunsill Lokali stess għamel talba mal-Enemalta fil-bidu ta’ Jannar 2015 biex ikun jista’ jinstalla bozza fiż-żona ta’ Kirċippu. Infurmat ukoll li l-Kunsill għadu qed jistenna l-approvazzjoni mingħand l-Enemalta.

Siġġiewi – żona ta’ Kirċippu — nuqqas ta’ dawl f’bus stop

Question

Jista’ l-Ministru jara li ttieħdet azzjoni sabiex fil-bus stop fiż-żona ta’ Kirċippu fis-Siġġiewi jiġi installat dawl peress li preżentament m’hemmx dawl?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Is-Siġġiewi – Triq li twassal għall-Malta Horse Sanctuary – Fondi Ewropej

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jara l-possibbiltà li jiġi kkunsidrat l-użu ta’ fondi Ewropej jew dawk lokali sabiex titranġa t-triq li twassal minn Triq Lapsi (faċċata tad-Dar tal-Providenza) għall-Malta Horse Sanctuary, fil-limiti tas-Siġġiewi peress li t-triq qiegħda fi stat diżastruż, hija ta’ inkonvenjent għal dawk li jżuru l-Malta Horse Sanctuary?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Is-Siġġiewi – Triq li twassal għall-Malta Horse Sanctuary

Question

Jista’ l-Ministru jara l-possibbiltà li jiġi kkunsidrat l-użu ta’ fondi Ewropej jew dawk lokali sabiex titranġa t-triq li twassal minn Triq Lapsi (faċċata tad-Dar tal-Providenza) għall-Malta Horse Sanctuary, fil-limiti tas-Siġġiewi peress li t-triq qiegħda fi stat diżastruż, hija ta’ inkonvenjent għal dawk li jżuru il-Malta Horse Sanctuary?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qed nifhmu li qed jirreferi għat-triq li mid-dar tal-Providenza tieħdok għaż-żona tal-qanpiena. Din it-triq mhiex parti mill-programm ta’ toroq rurali għall-aċċess tal-bdiewa u għaldaqstant fondi Ewropej minn dan il-fond ma jistgħux jintużaw. Fir-rigward ta’ fondi lokali, din la hi triq ġdida u lanqas qiegħda fl-iskema tal-MEPA u għaldaqstant xogħol f’din it-triq isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Is-Siġġiewi – Triq li twassal għall-Malta Horse Sanctuary

Question

Jista’ l-Ministru jara l-possibbiltà li jiġi kkunsidrat l-użu ta’ fondi Ewropej jew dawk lokali sabiex titranġa t-triq li twassal minn Triq Lapsi (faċċata tad-Dar tal-Providenza) għall-Malta Horse Sanctuary, fil-limiti tas-Siġġiewi peress li t-triq qiegħda fi stat diżastruż, hija ta’ inkonvenjent għal dawk li jżuru il-Malta Horse Sanctuary?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Ħ'Attard — Triq Hannibal - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard ma kompliex bix-xogħol ta' tarmak fi Triq Hannibal Attard?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard li l-Kunsill Lokali ma għamel l-ebda xogħol ta’ tarmak fi Triq Hannibal.

Ħ'Attard — Triq Hannibal - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Hannibal Attard mhiex waħda minn dawk it-toroq li se tingħata wiċċ bit-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq msemmija ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

Ksur tad-drittijiet tal-Konsumatur — każ ta' persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta' ksur tad-drittijiet tal-konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ għaddejtu lill-MCCAA u li min-naħa tagħhom se jikkuntatjaw lil individwu.

Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qiegħed jiġi investigat.

Ħal Qormi — lift f'appartamenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4954 u tara li jibda x-xogħol fuq il-lift fl-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li minkejja li r-residenti ilhom li applikaw mis-sena 2008 u għandhom il-permessi approvati x-xogħol għadu ma bediex? Tista' tara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta minħabba l-fatt li hemm numru ta’ anzjani u nies oħra li qegħdin ibatu minn nuqqas ta’ aċċessibilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li kienu ħarġu regolamenti ġodda dwar aċċessibilità għal persuni b’diżabilità, kellha tiddaħħal Full Development Application ġdida mal-MEPA. Din kienet qed tiġi proċessata fis-sena li għaddiet. Filfatt il-permess ħareġ f’Novembru 2013 u l-Awtorita’ ser tagħtiha prijorita’.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jibda x-xogħol fuq il-lift fil-binja tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li fl-2011 ir-residenti kienu rċevew ittra mingħand l-Awtorità tad-Djar li se jsir il-lift iżda dan għadu ma sarx u t-talba hija waħda urġenti peress li r-residenti f’din il-blokka huma kollha anzjani kif ukoll hemm persuna b’diżabilità li bħalissa tinsab imsakkra ġewwa darha u ma tistax toħroġ barra minħabba nuqqas ta’ aċċessibilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Blokk jinsab fil-lista pendenti ta’ xogħlijiet ta’ nstallar ta’ lifts li għalihom l-Awtorita’ tad-Djar m’ilhiex li otteniet il-permess mingħand il-MEPA. Għalhekk issa l-Awtorita tista’ toħrog it-tender neċessarju sabiex jintgħażel kuntrattur.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – servizzi/għajnuna soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra lista ta’ servizzi/għajnuna soċjali kollha offruti mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, kif ukoll għal kull każ tgħid min jista’ jibbenefika, kemm jista’ jibbenefika, kif trid issir il-proċedura tal-applikazzjoni, il-persuna responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ kull miżura, kif ukoll xi informazzjoni oħra relatata?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjatha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema li tirrigwardja pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjatha din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward il-kont tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijent fejn dan ġie infurmat li l-każ tiegħu ġie riferit għal Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, sabiex jiġi nvestigat il-każ tiegħu u sussegwentement tittieħed id-deċiżjoni meħtieġa.