Legislature:
Category:
Reset
Active:

Oġġetti prezzjużi fuq persuni mejta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’jiġri mid-deheb u oġġetti oħra li jinstabu fuq persuna mejta? Jista’ jgħid kif dawn jistgħu jiġu rritornati lura għand il-werrieta? Jista’ jgħid ukoll jekk hemm xi żmien stipulat sa meta dan irrid jiġri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li jekk qed jirreferi għal każi fejn xi persuna tkun instabet mejta u allura il-Pulizija tkun infurmat lill- Maġistat biex issir inkjesta, irid mill-ewwel jingħad li kull oġġett ta’ valur li jinstab waqt l-inkjesta jittieħed taħt il-kustodju tal-Qorti, jew min expert nominat jew mill-Maġistrat Inkwirenti direttament. Biex jittieħdu lura dawn l-oġġetti, wieħed ikun meħtieġ li jagħmel rikors (talba bil-miktub) lil Maġistrat Inkwirenti u jkun meħtieġ li tinġieb prova li huwa jkollu dritt li jieħu dawn l’oġġetti. Jekk ikun hemm wirt, trid tiġi preżentat prova, bħal xi testament, li turi li oġġetti ġew mhollija lil persuna li qed tagħmel it-talba. Ma hemm l-ebda żmien stipulat meta tista ssir din it-talba.

Oġġetti prezzjużi fuq persuni mejta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’jiġri mid-deheb u oġġetti oħra li jinstabu fuq persuna mejta? Jista’ jgħid kif dawn jistgħu jiġu rritornati lura għand il-werrieta? Jista’ jgħid ukoll jekk hemm xi żmien stipulat sa meta dan irrid jiġri?

Response (BONNICI, OWEN)

Meta tinstab persuna mejta u tinfetaħ inkjesta, id-deheb u oġġetti oħra li jinstabu fuq il-persuna l-mejta normalment jittieħdu l-Qorti sabiex jiġu annessi mal-inkjesta u jinżammu mill-uffiċjal inkarigat mill-esebiti. Biex dawn l-oġġetti jiġu ritornati lill-werrieta tkun trid issir talba lill-Maġistrat inkarigat mill-inkjesta u m’hemm l-ebda żmien stipulat fil-liġi sa meta tista' ssir din it-talba.

Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni dwar razzett li jinsab fil-limiti tas-Siġġiewi, viċin iż-żona magħrufa bħala Tal-Ħofor, immarkata fil-pjanta bl-ittra ċ u li qed tingħata separatament, li ilu għal dawn l-aħħar 14-il sena jitfa’ d-drenaġġ tal-annimali fit-triq bil-konsegwenza li qed jinżel fl-għelieqi tal-madwar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, għalkemm fl-amminstrazzjoni l-oħra, inħarġet Notifika ta’ Twaqqif – Enforcement Order – fl-2007 bin-numru ECF163/07, sal-aħħar Elezzjoni Ġenerali kien baqa’ ma sar xejn aktar biex is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata, fuq każ li ninsab imgħarraf li kien ilu jtawwal mis-sena 2006. Intant, ninsab infurmat li f’Awwissu tal-2013, ħames xhur wara l-bidla fl-amminstrazzjoni, l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, ta struzzjonijiet biex tittieħed azzjoni legali fil-konfront tas-sid tar-razzett, liema każ għadu sub judice u dan minbarra li mill-ġdid saret Notifika oħra ta’ Twaqqif lejn l-aħħar tas-sena 2014, bin-Nru. ECF05/14. Dan juri biċ-ċar li b’kuntrast mal-amminstrazzjoni l-oħra, dan il-Gvern mhux beħsiebu jħalli jitwal aktar każ ta’ tniġġiż lill-ambjent naturali ta’ pajjiżna, b’dannu għall-agrikoltura u l-ekonomija tagħna.

Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni dwar razzett li jinsab fil-limiti tas-Siġġiewi, viċin iż-żona magħrufa bħala Tal-Ħofor, immarkata fil-pjanta bl-ittra ċ u li qed tingħata separatament, li ilu għal dawn l-aħħar 14-il sena jitfa’ d-drenaġġ tal-annimali fit-triq bil-konsegwenza li qed jinżel fl-għelieqi tal-madwar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18530 (tmintax-il elf, ħames mija u tletin).

Siġġiewi – Triq Profs Nerik Vassallo — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet li hemm bżonn fi Triq Profs Nerik Vassallo fis-Siġġiewi sabiex jitneħħew il-ħofor li qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent u periklu għar-residenti ta’ din it-triq u tal-madwar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Madankollu, wieħed jara kif nistgħu nagħtu l-għajnuna tagħna.

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – tindif ta’ kamra fit-tarf tat-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17805, peress li dawn ir-rapporti ilhom isiru b’mod konsistenti għal iktar minn sentejn u nofs u peress li dan il-ħmieġ qiegħed jikkawża diversi mard kif indikat fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jara li din l-azzjoni tittieħed mill-aktar fis possibbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi spezzjonijiet minn ufficcjali tad-Direttorat ghas-Sahha Ambjentali biex tigi rizolta din is-sitwazzjoni, l-ahhar kuntatt mas-sid sar il-gimgha l-ohra fejn intlahaq qbil li l-ispezzjoni necessarja tal-fond ser issir din il-gimgha.

Is-Siġġiewi – Triq Mons Mikiel Azzopardi – azzjoni biex jitnaqqas il-perikolu

Question

Fid-dawl ta’ ħafna inċidenti li sfortunatament qegħdin jseħħu ta’ spiss, jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jitnaqqas dan il-periklu għar-residenti fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi s-Siġġiewi u jitwaħħlu traffic barriers,isiru traffic lights kif ukoll xogħol ieħor li jkun hemm meħtieġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tiġbor aktar informazzjoni dwar veloċitajiet, volum tat-traffiku, numru ta’ pedonali u numru u tip ta’ inċidenti sabiex il-Kumitat tat-Traffiku jkun f’pożizzjoni li jevalwa u jfassal deċiżjoni nfurmata dwar miżuri vijabbli għal din it-triq.

Ħal Qormi – Triq il-Kanun – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru traffic lights fil-bypass ta’ Triq il-Kanun f’Ħal Qormi (ħdejn il-Flamingo) sabiex ir-residenti tal-madwar ikunu jistgħu jaqsmu mingħajr l-ebda perikolu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li minħabba restrizzjonijiet ta’ forward visibility tas-sewwieqa relatati mal-veloċita’ tas-sewqan, mhux sikur li pedonali jaqsmu f’din it-triq lanqas jekk ikun hemm pelican lights.

Ħal Qormi – Triq il-Bajjada – mina bla dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li peress li l-mina li minn Triq il-Bajjada f’Ħal Qormi u li tagħti għal Santa Venera ma tintużax għax tinsab bla dawl, , isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex tingħata d-dawl sabiex tkun tista’ tintuża mir-residenti tal-madwar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Garaxx tal-Gvern ġie avżat biex jittieħdu l-passi neċessarji f’qasir żmien.

Ħal Qormi – Triq il-Bajjada – mina bla dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li peress li l-mina li minn Triq il-Bajjada f’Ħal Qormi u li tagħti għal Santa Venera ma tintużax għax tinsab bla dawl , isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex tingħata d-dawl sabiex tkun tista’ tintuża mir-residenti tal-madwar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dwal imsemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Enemalta plc.

Ħal Qormi – Triq tal-Bajjada – tindif, qtugħ ta’ ħaxix u xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir tindif, qtugħ ta’ ħaxix u x-xogħlijiet meħtieġa fuq il-bankini fi Triq tal-Bajjada f’Ħal Qormi peress li jinsabu fi stat ħażin b’inkonvenjent u periklu għar-residenti ta’ din it-triq u tal-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li ma hemm l-ebda telqa fit-toroq msemmija. Il-kundizzjoni tat-triq u l-bankini li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali jinsabu fi stat aċċettabbli. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti li bgħat il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li juru dan. Intant, fir-rigward ta’ qtugħ ta’ ħaxix dan sar ftit tal-jiem ilu. L-unika parti li tinsab f’telqa hija art privata.
Leg 12 PQ #17804 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – tindif ta’ kamra fit-tarf tat-triq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni dwar kamra li tinsab fit-tarf ta’ Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi peressli hemm ammont ta’ ħamiem mejjet u ħmieġ ieħor fiha u li qiegħed jikkawża ammont insapportabli ta’ ntejjen u mikrobi fejn anke qed jinġabar ammont ta’ nemus li qed jirriżulta fi gdim infettat u dan fid-dawl li saru diversi rapporti lid-Dipartiment tas-Sanità però s’issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 17805

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – tindif ta’ kamra fit-tarf tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni dwar kamra li tinsab fit-tarf ta’ Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi peress li hemm ammont ta’ ħamiem mejjet u ħmieġ ieħor fiha u li qiegħed jikkawża ammont insapportabli ta’ ntejjen u mikrobi fejn anke qed jinġabar ammont ta’ nemus li qed jirriżulta fi gdim infettat u dan fid-dawl li saru diversi rapporti lid-Dipartiment tas-Sanità però s’issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi peress li l-inkwwelin ikun imsiefer regolarment, id-Dipartiment tas-Sahha Ambjentali qed jaħdem flimkien mal-pulizija biex jittieħdu l-passi neċessarji.

Ħal Qormi –- gandott

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat gandott li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi f’Ħal Qormi peress li mal-lejl qed ikun ta’ inkonvenjent lir-residenti bl-istorbju kull meta tgħaddi karozza minn fuqu? ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Buskett – Triq il-Għajn il-Kbira — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk Triq il-Għajn il-Kbira li tagħti għall-Buskett hijex se tingħata wiċċ bit-tarmak għaliex preżentament qiegħda fi stat diżastruż u perikoluż b’inkonvenjent għal kull min jgħaddi minnha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Triq il-Għajn il-Kbira hija triq asfaltata.

Toroq rurali – fondi ewropej

Question

B’referenza għall-aħbar fuq TVM li xxandret nhar id-19 ta’ Ottubru 2014 rigward 60 triq rurali li se jsiru permezz ta’ Fondi Ewropej, jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-ismijiet tat-toroq u l-lokalitajiet fejn jinsabu, kif ukoll f’liema stadju waslu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’addendum tal-agreement li jkopri dan il-fond li sar f’Marzu tal-2015, it-toroq li ser jibbenefikaw huma 72. Din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Buskett – Triq il-Għajn il-Kbira — tarmak

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jindika jekk Triq il-Għajn il-Kbira li tagħti għall-Buskett hijiex se tingħata wiċċ bit-tarmak għaliex preżentament qiegħda fi stat diżastruż u perikoluż b’inkonvenjent għal kull min jgħaddi minnha?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Toroq rurali – Fondi Ewropej

Question

B’referenza għall-aħbar fuq TVM li xxandret nhar id-19 ta’ Ottubru 2014 rigward 60 triq rurali li se jsiru permezz ta’ Fondi Ewropej, jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti elenku tal-ismijiet tat-toroq u l-lokalitajiet fejn jinsabu, kif ukoll f’liema stadju waslu?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ħal Qormi — Triq il-Kanun - zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li ttitieħed azzjoni biex issir zebra crossing fi Triq il-Kanun f'Ħal Qormi peress li hija triq ferm traffikuża u qed jinħoloq inkonvenjent u perikolu kbir għar-residenti li jkunu jridu jaqsmu din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li se jagħmel evalwazzjoni teknika dwar il-possibilta’ li ssir din zebra crossing biex jiġi iddentifikat l-aktar post addattat u konsegwentament jitlob l-approvazzjoni tat-Transport Malta skont ir-riżultat tal-evalwazzjoni.

Ħal Qormi — Triq il-Kanun - zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li ttitieħed azzjoni biex issir zebra crossing fi Triq il-Kanun f'Ħal Qormi peress li hija triq ferm traffikuża u qed jinħoloq inkonvenjent u perikolu kbir għar-residenti li jkunu jridu jaqsmu din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ġentilment jindika għal liema parti ta’ Triq il-Kanun, Qormi, qed jirreferi sabiex din it-talba tiġi evalwata.