Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji b’investiment minn barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumpaniji b'investiment minn barra li kabbru l-operat tagħhom f'Malta minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm kien dan l-investiment u x’inhuma l-pjanijiet ta’ dawn il-kumpaniji fis-snin li ġejjin għal dak li huwa investiment u mpjiegi ġodda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul 2013, il-Korporazzjoni approvat 15 espansjoni ta' kumpaniji barranin f'Malta b'investiment ta' 42.5 miljun u 334 mpjieg ġdid fi tlett snin. Is-sena 2014 kienet sena ta' suċċess ukoll bl-approvazzjoni ta' 15 il-espansjoni li fi tlett snin li ġejjin dawn huma mistennija li jkunu nvestew mal-55 miljun u ġġeneraw 593 mpjieg ġdid. Minn Jannar sa Settembru 2015 il-Korporazzjoni approvat 3 espansjonijiet b'investiment li fi tlett snin li ġejjin mistenni jlaħħaq 11.7 miljun ewro u jiġġenera 157 mpjieg ġdid.
Leg 12 PQ #401 Sitting 299 2015-10-12 Written · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18530, peress li minkejja dan il-każ jinsab sub judice u l-persuna nvoluta xorta għadha titfa’ d-drenaġġ tal-annimali fit-triq, jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex dan l-abbużż jieqaf immedjatament u mhux nistennew li meta l-każ jinqata' mill-Qorti fejn dan jista' jieħu snin oħra għad-detriment tal-ambjent, agrikoltura u l-persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minn tagħrif mogħti lili mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, peress illi ttieħdet azzjoni legali mid-Direttorat tal-Agrikoltura fil-konfront tas-sid tar-razzett, l-Awtorita ma tistax tiehu azzjoni ulterjuri. Jekk l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiehu azzjoni ulterjuri f'dan l-istadju, din tista' tikkomprometti l-azzjoni li ttiehdet fil-Qorti. Madankollu, jien informat li l-Awtorita qed tinforma lid-Direttorat tas-Sahha Ambjentali sabiex jittieħdu l-passi neċessarji minn naha tagħhom.

Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18530, peress li minkejja dan il-każ jinsab sub judice u l-persuna nvoluta xorta għadha titfa’ d-drenaġġ tal-annimali fit-triq, jista' l-Ministru jara li jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex dan l-abbuzz jieqaf immedjatament u mhux nistennew meta l-każ jinqata' mill-Qorti fejn dan jista' jieħu snin oħra għad-detriment tal-ambjent, agrikoltura u l-persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa ġie mwieġeb fir-risposta parlamentari 18530 dan il-każ jinsab sub judice, u fis-seduta tal-24 ta’ Settembru, 2015, l-Qorti ġiet ukoll infurmata dwar l-urġenza ta’ dan il-każ, fil-fatt l-istess każ ser jerġa jinstema` fis-seduta tal-11 ta’ Diċembru, 2015. Nixtieq ninforma wkoll li regolarment isiru spezzjonijiet minn uffiċjali ta’ dan id-Direttorat rigward dan il-każ, biex il-Qorti tkun infurmata bl-aħħar informazzjoni. Għaldaqstant dan il-każ ser jibqa jiġi monitorat għal kull azzjoni addizzjonali li tista` tittieħed.

Liċenzji nawtiċi maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji nawtiċi minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ħarġu 3,080 liċenzji nawtiċi u għall-istess perjodu 1,596 liċenzja nawtika ġiet imġedda.

Infrastruttura fil-portijiet ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ infrastruttura hemm bħalissa fil-portijiet madwar Malta, kif qed tiġi miżmuma u jekk hemmx pjanijiet għal tkabbir fil-futur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-portijiet ta’ Malta jinkludu Marsxlokk, il-Port il-Kbir, Marsamxett, San Pawl il-Baħar, iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr. L-infrastruttura portwali tinkludi breakwaters, mollijiet għall-użu tal-merkanzija, passiġġieri, trasport għal turisti bil-baħar, u użu ġenerali; terminals għall-passiġġieri; merkanzija u prodotti taż-żejt; u marinas. Wara li kien sar servej estensiv tal-infrastruttura marittima fis-sena 2007, ġew mnehdija diversi proġetti biex isir xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni kif ukoll tkabbir (eżempju. il- breakwaters fil-portijiet ta’ Marsaxlokk u l-Belt Valletta, Boiler Wharf, it-terminal taċ-Ċirkewwa, tiswija ta’diversi mollijiet bħal dawk ta’ Lascaris, Barriera, fl-Imsida, u moll ġdid fil-Blue Lagoon). Bħalissa għaddej proġett kbir ta’tiswija u tisħiħ (upgrading) tal-moll kollu ta’ Deep Water Quay fil-Port il-Kbir, dan biex ikun jista’ jaqdi ll-ħtiġijijet portwali ta’ merkanzija, passiġġieri (cruise liners), u vapuri kbar. Għaddej ukoll proġett biex titjieb l-infrastruttura u rmiġġi f’’diversi landing places fejn hemm trasport bl-iskeda.

Industrija Marittima Maltija — promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex tiġi promossa l-industrija marittima ta’ Malta barra minn xtutna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena, Transport Malta tipparteċipa f’diversi fieri u konferenzi internazzjonali sabiex tippromwovi kemm is-servizzi marittimi li toffri Transport Malta kif ukoll sabiex tippromwovi Malta Marittima in ġenerali. Dawn isiru kemm ġewwa Malta kif ukoll barra minn xtutna. Il-parteċipazzjoni f’dawn l-esebizzjonijiet internazzjonali iservu wkoll bħala pjattaforma ta’ promozzjoni għal diversi aġenti, avukati u stakeholders Maltin li jattendu f’dawn l-avvenimenti. L-Awtorita’ torganizza wkoll seminars u laqgħat speċjalizzati ġewwa swieq partikulari sabiex tiltaqa’ u tippromwovi r-reġistrazzjoni ta’ jottijiet u vapuri ma’ managers, avukati, sidien ta’ vapuri u jottijiet u rappreżentanti tagħhom.

Industrija tal-yachting f’Malta — żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir u x’inizjattivi qed jittieħdu biex tiġi żviluppata iktar l-industrija tal-yachting f’Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent għadu kemm ġie approvat mill-MEPA l-iżvilupp ta’ yacht marina ġewwa Sa Maison li mistennija tesa madwar 150 jott, u li se tiġi żviluppata matul is-sena 2016. Barra minn hekk, qed isiru studji sabiex jiżdiedu l-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-yachting li jinkludu marinas permanenti u temporanji, il-kunċett ta’ destination ports, kif ukoll żoni organizzati għall-irmiġġi. Permezz ta’ Transport Malta, qed isiru wkoll inizjattivi ta’ marketing sabiex tiġi promossa l-industrija tal-jottijiet kemm Malta kif ukoll barra minn Malta. Dan isir kemm bis-sehem tagħha f’konferenzi kif ukoll f’esebizzjonijiet internazzjonali.

Awtorità tat-Trasport – sikurezza għal min isuq id-dgħajjes u għall-għawwiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir mill-Awtorità tat-Transport sabiex ikun hemm sikurezza kemm għal dawk li jsuqu d-dgħajjes, kif ukoll għall-għawwiema f'kull ħin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm ħadd ma jista’ jassigura sigurta’ lil dawk li jużaw id-dgħajjes u lanqas lill-għawwiema f’kull ħin, biss l-Awtorita’ tagħmel dak kollu possibli biex tgħin sew lill-baħħar biex jidentifika dawk iż-żoni riservati għall-għawwiema, li minnhom issa hawn 38 imferrxin mal-gżejjer Maltin. Fl-istess waqt tappella lill-għawwiema biex kemm jista’ jkun jgħumu ġewwa dawn iż-żoni. Għas-sigurta’ tal-għawwiem, l-Awtorita’ wkoll installat 40 speed marker buoy biex tindika lill-baħħar x’veloċita’ massima jista’ jsuq id-dgħajsa tiegħu f’żona hekk indikata. Biex tara li r-regolamenti tal-baħar jiġu osservati, uffiċċjali mit-taqsima marittima ta' l-infurzar mid-Direttorat tal-Ports & Yachting jagħmlu patrols matul ix-xtut u l-portijiet fuq bażi regolari u jieħdu azzjoni kif meħtieġ kontra min jabbuża. L-Awtorita’ tagħmel ukoll kampanji edukattivi rigward dan kollu msemmi biex twassal messaġġ qawwi lill-baħħar biex ma’ jkunx ta’ periklu għall-għawwiem.

Persuni li nqabdu jpejpu f’postijiet ipprojbiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jpejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit matul is-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u sad-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid liema kienu l-postijiet li nqabdu jpejpu fihom dawn il-persuni? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tal-persuni nvoluti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti merkantili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili? Kif jitqabbel dan mas-snin imgħoddija ? Jista' jispjega x’inhuma l-vantaġġi għall-pajjizna li jkun hemm bastimenti reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' bastimenti rreġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, sa l-aħħar t'Awwissu 2015, kien jammonta għal 7109, b’tunellaġġ gross t’aktar minn 62 miljun tunnellata. Dan ifisser żieda t’aktar minn disgħa fil-mija meta kkumparat m’Awwissu tas-sena 2014, fejn kien hemm reġistrati 6624 bastiment b’tunellaġġ gross t’aktar minn 56 miljun tunnellata. Minbarra li dan iġib introjtu sustanzjali għall-pajjiz, kif ukoll jiġġenera ħafna xogħol anċillarju u mpjiegi, ir-reġistru tal-Bastimenti Merkantili poġġa lil Malta fuq il-mappa dinjija marittima u għalhekk qed ikun ta’ sustenn għall-ekonomija Maltija billi jpoġġi lil Malta f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex tattira aktar investiment f’dan is-settur hekk importanti għal Malta kif ukoll f’setturi oħra relatati.

Reġistru Marritimu ta' Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsab ir-reġistru marittimu ta’ Malta ikkumparat ma’ dak ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa u jekk hemmx lok għal iktar tkabbir f’dan ir-rigward?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistru marittimu esperjenza tkabbir sinifikanti u kostanti sa mill-bidu u issa stabbilixxa ruħu fost l-akbar reġistri fid-dinja f'termini ta' tunnellaġġ. Ir- reġistru marittimu ta’ Malta huwa l-ikbar wieħed fl-Ewropa u s-sitt wieħed fid-dinja. Ir-reġistru dejjem jimmira għal proċess kontinwu ta' titjib biex isostni dan l-iżvilupp. L-amministrazzjoni dejjem taħdem biex tfittex metodi ġodda kif tista’ ttejjeb il-pożizzjoni tar-reġistru. Dan ifisser li Malta trid tkompli taħdem biex iżżomm postha bħala amministrazzjoni marittima ewlenija u tara li jingħata servizz tal-ogħla kwalità, f'konformità mar-responsabbiltajiet li jħaddan fix-xenarju nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

Jottijiet reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm jottijiet akbar minn 15-il metru reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u jispjega jekk kienx hemm żieda matul l-aħħar sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-jottijiet akbar minn 15-il metru reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, sa l-aħħar ta’ Diċembru 2014, kienu jammontaw għal 774. Sal-aħħar t’Awwissu 2015, il-jottijiet akbar minn 15-il metru reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jammontaw għal 850, jiġifieri kien hemm żieda ta 77 reġistrazzjoni s’issa, f’inqas minn sena.

Transport Malta — biċċiet tal-baħar reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm biċċiet tal-baħar reġistrati ma’ Transport Malta taħt ir-reġistru tad-dgħajjes iż-żgħar u x’żieda kien hemm matul l-ahhar sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ dgħajjes reġistrati taħt ir-reġistru tad-dgħajjes iż-żgħar huwa hekk kif ġej: - numru ta’ reġistrazzjonijiet attivi - dgħajjes ġodda reġistrati bejn Jannar u Diċembru 2014 – 656 - dgħajjes ġodda reġistrati bejn Jannar u Settembru 2015 - 666

Siġġiewi – Triq Profs Nerik Vassallo — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet li hemm bżonn fi Triq Profs Nerik Vassallo fis-Siġġiewi sabiex jitneħħew il-ħofor li qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent u periklu għar-residenti ta’ din it-triq u tal-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li t-triq imsemmija hija mniżżla fil-lista ta’ xogħolijiet li l-Kunsill se jwettaq fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħal Qormi – Triq il-Kanun – traffic lights

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17808, jista’ l-Ministru jindika minn fejn u kif ir-residenti ta’ din iż-żona jistgħu jaqsmu min-naħa għall-oħra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija triq arterjali li mhux disinjata li jaqsmu n-nies minnha.

Is-Siġġiewi – Triq Mons Mikiel Azzopardi – azzjoni biex jitnaqqas il-perikolu

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17807, jista’ l-Ministru jindika x’konklu¿jonijiet kien hemm u x’miżuri ser jittieħdu biex jitnaqqas il-periklu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Immanniġġjar tat-Traffiku reġa’ analizza s-surveys li saru f’din it-triq u kkonferma l-proposti oriġinali li ġew sottomessi lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi f’Marzu ta’ din is-sena. Tali xogħolijiet ser jiġu mplimentati mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi minbarra l-istallazzjoni elettrika tal-pelicn crossing li tali tiġi mplimentata minn Transport Malta meta l-Kunsill ikun implimenta x-xogħolijiet l-oħrajn kollha.

Ħal Qormi — tindif ta' art

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf biċċa art li tinsab fi Triq il-Belt Valletta ġewwa Ħal Qormi peress li kif indikat fir-ritratti qed jingħataw separatament hemm ammont ta' skart li permezz tiegħu qiegħed jinġemgħu ġrieden u nsetti li qegħdin jikkawżaw rwejjaħ u mard? Kif ukoll, jista' l-Ministru jara li jittella' ċ-ċint li jdawwar din l-art peress li jinsab fi stat perikoluż għal kull min jgħaddi minn quddiem din l-istess art?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ntalbet l-għajnuna ta’ diversi entitajiet u dipartimenti oħra tal-Gvern sabiex jiġi identifikat min hu s-sid ta’ din l-art.
Leg 12 PQ #19249 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi — tindif ta' art

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitnaddaf biċċa art li tinsab fi Triq il-Belt Valletta ġewwa Ħal Qormi peress li kif indikat fir-ritratti qed jingħataw separatament hemm ammont ta' skart li permezz tiegħu qiegħed jinġemgħu ġrieden u nsetti li qegħdin jikkawżaw rwejjaħ u mard? Kif ukoll, jista' l-Ministru jara li jittella' ċ-ċint li jdawwar din l-art peress li jinsab fi stat perikoluż għal kull min jgħaddi minn quddiem din l-istess art?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit gie identifikat. Il-MEPA innutat illi tezisti sitwazzjoni ta' periklu minħabba li ċ-ċint ta' mat-triq huwa baxx u l-livell tas-sit huwa xi metri 'l isfel mill-livell tat-triq. Għalhekk qed jittieħdu l-proċeduri neċessarji sabiex jigi identifikat sid l-art sabiex eventwalment din is-sitwazzjoni tigi rrangata. Peress illi hemm kwistjoni ta' periklu, il-Pulizija, Transport Malta, u l-Kunsill Lokali qed jigu informati bil-każ sabiex tittiehed l- azzjoni immedjata li hemm bzonn.

Ħal Qormi — tindif ta' art

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf biċċa art li tinsab fi Triq il-Belt Valletta ġewwa Ħal Qormi peress li kif indikat fir-ritratti qed jingħataw separatament hemm ammont ta' skart li permezz tiegħu qiegħed jinġemgħu ġrieden u nsetti li qegħdin jikkawżaw rwejjaħ u mard? Kif ukoll, jista' l-Ministru jara li jittella' ċ-ċint li jdawwar din l-art peress li jinsab fi stat perikoluż għal kull min jgħaddi minn quddiem din l-istess art?

Response (BONNICI, OWEN)

Peress li l-art in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilita’ tal-Kunsill Lokali rispettiv, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat. Fir-rigward li jittella’ ċint, informat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ressaq it-talba quddiem il-MEPA li hija l-awtorità kompetenti li tista’ tobbliga lis-sid ta’ din l-art biex itella’ ċint. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi huwa impenjat li ġaladarba jiġi identifikat is-sid, jittieħdu l-passi neċessarji flimkien mal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar sabiex jitneħħa l-istat ta’ periklu attwali.

Oġġetti prezzjużi fuq persuni mejta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’jiġri mid-deheb u oġġetti oħra li jinstabu fuq persuna mejta? Jista’ jgħid kif dawn jistgħu jiġu rritornati lura għand il-werrieta? Jista’ jgħid ukoll jekk hemm xi żmien stipulat sa meta dan irrid jiġri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.