Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati mill-1998 sa 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’legiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor. Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Ministeru għal Għawdex – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn l-2008 sal-lum, hemm żewġ Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni li kienu jew għadhom jokkupaw xi kariga f’entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Dawn huma:
1. Dr. George Hyzler – Chairman taċ-Ċentru Malti tal-Arbitragg. Jieħu onorarja ta’ €3494.04 p.a. Ilu maħtur mit-23 ta’ Frar, 2010 u għadu jservi.
2. Dr. Frank Portelli – Direttur tal-Bord tal-PBS. Jieħu onorarja ta' €3,000 p.a. Inħatar f’April 2013 u għadu jservi.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tagħha sa mill-2008 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (DALLI, HELENA)
OHSA – Is-Sur Michael Bonnici li kien membru tal-bord u kellu pakkett finanzjarju ta €2795.
BICC – Il-Perit Ċensu Galea li kien jokkupa l-kariga ta’ Chairman u kellu pakkett finanzjarju ta €29,101.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati mill-1998 sal-2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’legizlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor. Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – impjegati mill-1998 sal-2013
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 u kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rrid nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f'leġislaturi preċedenti fejn informazzjoni ta' natura personali kif mitluba minnu tingħata biss bil-kunses tal-individwi konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 u kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, li kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f'leġislaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li informazzjoni ta' natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Ministeru għall-Finanzi – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f'leġislazzjoni preċidenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ta' natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ir-records juru li kien hemm żewġ Membri Parlamentari li kienu jew għadhom jaħdmu fl-entità li taqa’ taħt ir-responsabbilità ta’ dan il-Ministeru. Il-kelliema preżenti tal-oppożizzjoni għall-Ambjent, Enerġija u Trasport kienet tifforma parti mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija WasteServ. Hija kellha onorarja ta’ €3,494.04 fis-sena u “Gozo expense allowance” ta’ €582.36 fis-sena. Apparti minn hekk kienet titħallas ukoll €35 għal kull extra session illi kienet tattendi. Ex-membru tal-Parlament fl-amministrazzjoni preċedenti, illum jokkupa l-kariga ta’ Project Management Adviser fuq bażi part-time, u jitħallas €16.29 fis-siegħa. Huwa ntitolat ukoll għal €815 mobile allowance, performance bonus u car allowance ta’ €4,659. Il-car allowance tiġi mħallsa pro rata skond l-ammont ta’ siegħat li jinħadmu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga mal-Università ta’ Malta huma elenkati hawn taħt:
1.
Hon. Jason Azzopardi
– Visiting Assistant Lecturer (T1) –
Dipartiment tad-Dritt Kriminali – Fakultà tal-Liġi
Pakkett Finanzjarju: 1,263 Euros - Perkaċċi oħra: 136.38 Euros
2.
Hon. Joseph Cassar
– Visiting Senior Lecturer (T3.5) – Dipartiment tal-Psikjatrija – Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
Pakkett Finanzjarju: 5,943 Euros - Perkaċċi oħra: 465.22 Euros
3.
Hon. Mario De Marco
– Visiting Senior Lecturer (T3) – Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali –
Fakultà tal-Liġi
Pakkett Finanzjarju: 5,094 Euros - Perkaċċi oħra: 397.03 Euros
4.
Hon. Albert Fenech
– Visiting Professor (T1) –Dipartiment tal-Mediċina – Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
Pakkett Finanzjarju: 2,120 Euros - Perkaċċi oħra: 155.86 Euros
5.
Hon. Tonio Fenech
– Visiting Senior Lecturer (T2) – Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali – Fakultà tal-Liġi
Pakkett Finanzjarju: 3,396 Euros - Perkaċċi oħra: 272.75 Euros
6.
Hon. Mario Galea
– Visiting Assistant Lecturer (T1) – Dipartiment tal-Infermerija – Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa
Pakkett Finanzjarju: 1,263 - Perkaċċi oħra: 136.38 Euros
7.
Hon. Carmelo Mifsud Bonnici
–Visiting Senior Lecturer (T3.5) – Dipartiment tad-Dritt Ċivili – Fakultà tal-Liġi
Pakkett Finanzjarju: 5,943 Euros - Perkaċċi oħra: 465.22 Euros
8.
Hon. Clyde Puli
– Teaching Associate – L-Istudju taż-Żgħażagħ u l-Komunità – Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà
Teaching Associate – Dipartiment tal-Politika Pubblika – Fakultà tal-Ekonomija, l-Management u l-Accountancy
Teaching Associate – Dipartiment tat-Teoloġija Pastorali, il-Liturġija u l-Liġi Kanonika – Fakultà tat-Teoloġija
Jitħallsu fl-aħħar tas-semestru billi jimlew formola bis-sigħat
9.
Hon. Francis Zammit Dimech
– Visiting Senior Lecturer (T2) – Dipartiment tad-Dritt dwar il-Midja, il-Kommunikazzjoni u t-Teknoloġija – Fakultà tal-Liġi
Pakkett Finanzjarju: 3,396 Euros - Perkaċċi oħra: 272.75 Euros
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f’legiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda membru Parlamentari tal-Oppożizjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entita’ li taqa’ taħt ir-responsabilita tiegħi fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa fejn hu magħruf, ir-records juru li kien hemm żewġ membri parlamentari li kienu jew għadhom jaħdmu f’xi dipartiment fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Il-kelliemi preżenti tal-Oppożizzjoni għall-Biedja u Sajd preżentament jokkupa il-kariga ta’ Senior Architect, b’salarju ta’ ‘l fuq minn €25,00 fis-sena u allowances ta’ madwar €4651. Deputat ieħor tal-Oppożizzjoni kien jokkupa il-kariga ta’ Chairman u Chief Executive Officer tal-Building Industry Consultative Committee (BICC) b’ salarju ta’ €29,101 fis-sena, liema somma akkumulata eċċediet is-somma stipulata u dovuta, u li d-differenza għadha ma tħallsitx lura.
Ministeru għat-Turiżmu – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-2008 sal-lum, ma kien hemm l’ebda membru parlamentari tal-Oppożizzjoni, preżenti jew passati, li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm hawn kumpaniji li jipprovdu servizz privat ta’ carers u nurses?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, tali lista m’hijiex disponibbli fil-Ministeru tiegħi. Jista’ jagħti l-każ li tali lista tkun tista’ tingħata mill-Ministeru tal-Finanzi minħabba li r-Reġistru tal-Kumpaniji jaqa’ taħtu.