Jista’ l-Ministru jindika meta se jsiru x-xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żebbuġ li tibda mis-Saqqajja u tibqa’ sejra lejn Ħaż-Żebbuġ fejn kien inbeda x-xogħol tant li anke sar id-diżlivell tat-triq imma baqa’ ma sarx l-asfalt?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi iżjed informazzjoni dwar liema triq qed jirreferi għaliha minħabba l-fatt li l-informazzjoi provduta mhiex suffiċjenti biex tingħata tweġiba.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ urġenti ta’ applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Ġnien f’Ħal Qormi peress li hemm tappiera li kull meta tagħmel ix-xita qegħda tfur b’konsegwenza li anke ġrieden qegħdin joħorġu minn din l-istess tappiera?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li qatt ma waslula rapporti simili. Din it-triq kienet ingħatat it-tarmac ftit qabel ma saret din il-mistoqsija u l-kuntrattur kien għamel ukoll xi tiswijiet żgħar fuq il-katusa tad-drenaġġ. Saret spezzjoni bis-CCTV camera u ma deher xejn partikolari fil-katusa tad-drenaġġ fit-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Ġnien f’Ħal Qormi peress li hemm tappiera li kull meta tagħmel ix-xita qegħda tfur b’konsegwenza li anke ġrieden qegħdin joħorġu minn din l-istess tappiera?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17801, jista’ l-Ministru jara li jsir follow up rigward ix-xogħlijiet li suppost kellhom isiru fuq mina li minn Triq Bajjada f’Ħal Qormi tagħti għal Santa Venera peress li x-xogħlijiet baqgħu ma sarux?
Response (MIZZI, JOE)
Ser tittieħed azzjoni biex ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jinbeda fl-iqsar żmien possibli.
Applikazzjoni għall-Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal dħul f’Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tigi kkuntatjata din il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li ghandha problema b’rapport lill-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba kunfidenzjalita’ tal-każ, l-informazzjoni mitluba se tingħaddielu personalment.
Persuni li għadhom ma rċevewx il-kumpens ta' meta nqata' d-dawl
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W406, jista' l-Ministru jara li jiġu kkuntattjati l-persuni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadhom ma rċevewx il-kumpens ta' €25 ta' meta kien inqata' d-dawl? Jista' jgħaddi l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali ta' meta u kif ħa jkunu qed jingħataw dan il-kumpens, persuna b'persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każijiet qegħdin jiġu nvestigati wieħed wieħed u nista’ ngħaddilu l-informazzjoni kif talabni.
Ħal Qormi — Triq u Sqaqien ta' Dun Marju - problema ta' għargħar
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19767 rigward il-problema tal-għargħar fi Triq Dun Marju f’Ħal Qormi, fejn il-Ministru wieġeb li ‘l-problema tal-għargħar fi Triq Dun Marju diġà ġiet identifikata u se jsiru culverts biex jinġabar l-ilma tax-xita minn fejn Triq Dun Marju tiltaqa’ ma Triq San Ġorġ sa Triq il-Wied’, jista’ l-Ministru jara li terġa’ tiġi analizzata l-problema sabiex il-culverts jibdew minn Sqaq Numru 2 għaliex il-proposta eżistenti mhux se tkun qed isolvi l-problema tar-residenti ta’ dan l-isqaq u l-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura ser jerġa’ janaliżża s-sitwazzjoni tal-ilma tax-xita fit-triq u sqaqien msemmija u jaghmel rapport b'rakkomandazjonijiet.
Persuni mressqa l-qorti – akkużat li għexu minn qliegħ ta’ prostituzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19267 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi li għexu minn qligħ ta’ prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u x’kienu l-pieni mogħtija? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 20124.
Persuni mressqa l-qorti fuq tlajjar għall-skop ta’ prostituzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19266 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u jgħid f’liema lokalitajiet inqabdu? Jista’ jgħid x’pieni ngħataw?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 20123.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jindika meta ser isiru x-xogħlijiet neċessarji fl-isqaq ħdejn Triq Stellara fiż-żona ta’ Wied iċ-Ċawsli ġewwa Ħal Qormi, eżattament ħdejn Għar il-Ħanżir?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20103 peress li ma kien hemm l-ebda prattika marbuta ma’ membri parlamentari kif hemm fit-tweġiba u ċjoè jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu ta' bejn l-2008 sal-lum kien hemm dawn il-membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni li kienu jokkupaw kariga f'entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħi hekk kif ġej:
Clyde Puli ilu impjegat mal-FMS mis-sena 1999. Huwa għandu kuntratt indefinit bħala PR & Communications Manager b'salarju ta' €30,029.08 fis-sena, €4332 car allowance, €488 Professional Membership Allowance u €700 CPD Allowance fis-sena. Total ta' €35,549.08. (ħamsa u tletin elf, ħames mija, disgħa u erbgħin Euro u 8 ċenteżmi).
Dr Joseph Cassar ilu minn April 2013 impjegat mal-Mental Health Services bħala Consultant Psychiatrist b'salarju annwali fi Skala 4 ta' €32,239, Consultant Allowance ta' €698, Post Graduate Allowance ta' €7,700 u Job Plan ta' €12,064. Total ta' €52,701 (tnejn u ħamsin elf, seba' mija u Ewro).
Mario Galea huwa impjegat bħala Senior Staff Nurse b'salarju fi Skala 8 ta' €21,507 (wieħed u għoxrin elf, ħames mija u seba' Ewro).
Dr Francis Agius kien impjegat bħala Consultant (Public Health) b'salarju fi Skala 4 ta' €32,239, Post Graduate Allowance ta' €7,700 u Job Plan ta' €12,064. Total ta' €52,003 (tnejn u ħamsin elf, u tlett Ewro).
Claudette Buttigieg kienet tokkupa l-kariga ta' Communications Co-ordinator mal-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar b’salarju fi Skala 6 ta’ €23,928, Allowance ta’ 20% ta’ Skala 7 li kienet tammonta għal €4454.45 , Car Allowance ta’ €4658.75 u telefon ċellulari mħallas. Total ta’€33,041.20 (tlieta u tletin elf, wieħed u erbgħin Ewro u 20 ċenteżmu).
Ministeru għall-Finanzi – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20098 peress li ma kien hemm l-ebda prattika marbuta ma’ membri parlamentari kif hemm fit-tweġiba u ċjoè jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda membru parlamentari mill-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jokkupaw xi kariga f’xi entita li taqa taħt ir-reponsabbilta tiegħi.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba l-fatt li hemm allegazzjoni ta’ prekarjat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant ġiet ikkuntattjata u ntalbet tissottometti informazzjoni dwar l-aħħar pagamenti li saru lill-impjegati tagħha biex jiġi vverifikat jekk hemmx prekarjat jew le.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq pannelli fotovoltajiċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikant ġie infurmat permezz ta’ ittra formali bid-deċiżjoni li ttieħdet mir-Review Committee tar-Regolatur.
Jista' l-Ministru jistħarreġ il-każ li d-dettalji fuqu qed jingħataw separatament fejn qed jiġi allegat li qiegħed isir abbuż bil-konsegwenza li qed tinħoloq inġustizzja bejn dawk il-kuntratturi li jiġbru l-iskart għall-kumpaniji privati ma' dawk li jiġbru l-iskart ta' Dipartimenti tal-Gvern u Kunsilli Lokali?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsijja tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Qormi — Triq id-Dragun - Problema tal-għargħar - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Minsitru jara li jiġi kkuntattjat dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-problema tal-għargħar vis-a-vis l-installazzjoni tal-culverts il-ġodda fi Triq id-Dragun Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-persuna imsemmija mill-Onor. Interpellant sar kuntatt magħha mid-dipartiment konċernat u l-kwistjoni ġiet riżolta.