Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f'Ħal Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħal-Qormi huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq: · Triq Ġuże Duca; · Triq Aniċi; · Triq il-Ħelsien. Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.

Ħad-Dingli – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f'Ħad-Dingli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda pjan li jitwaħħlu bus shelters ġewwa Ħad-Dingli.

Ħaż-Żebbuġ – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qegħda tevalwa il-possibilita’ li f’Ħaż-Żebbuġ jitwaħħlu bus shelters ġewwa is-susseġwenti toroq: · Triq Sciortino; · Triq Mikielanġ Sapiano.

Ir-Rabat – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fir-Rabat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda pjan li jitwaħħlu bus shelters ġewwa r-Rabat.

L-Imtarfa – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fl-Imtarfa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Imtarfa huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq · Triq l-Imtarfa; · Triq San David. Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli. Infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda tevalwa il-possibilta’ li fl-istess lokalit’a jitwaħħlu bus shelters ġewwa Triq ir-Regimenti Maltin, Triq Ġuże’ Galea, kif ukoll bus shelter ieħor ġewwa Triq l-Imtarfa.

L-Imġarr– bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fl-Imġarr?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Imġarr huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa Triq Fisher u Triq Sir Temi Żammit. Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.

L-Imdina — bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fl-Imdina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda pjan li jitwaħħlu bus shelters fl-Imdina.

Trasferiment ta’ persuna – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward trasferiment ta’ persuna minn banka tal-lottu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l’Awtorita’tal-logħob hija responsabbli mill-approvazzjoni tal-individwi u ma tkun bl-ebda mod involuta fid-deċizjonijiet kummerċjali li jirrigwardaw il-banek tal-lottu.

Residenza San Vinċenz de Paule – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq il-mistoqsija parlamentari 21026 dwar applikazzjoni ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija qed jiġi kkunsidrat bħal kull applikazzjoni li tidħol.

Applikazzjoni għal night shleter – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ applikazzjoni għal night shelter?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'.

Skemi ta’xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward skemi ta’xogħol għall-persuni b’diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li għaliha qed issir referenza ġiet ikkuntattjata u nfurmata x'għandha tagħmel.

Skemi ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward skemi ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant qed jiġi kkuntattjat.

Stage tal-linja – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bi stage tal-linja li ġie mwaħħal riċentament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-persuna hekk kif ġie irreferut f’din il-Mistoqsija Parlamentari.

Is-Siġġiewi – każ individwali ta’ żgumbrament

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21118, jista l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward karta ta’ żgumbrament mill-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetà li qed issir referenza għaliha hija proprejtà tal-Uffiċju Konġunt u li għalhekk l-Awtorità tad-Djar ma ħarġet l-ebda notifika ta’ żgumbrament.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għall-Benefiċċju tal-Wens – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-Benefiċċju tal-Wens peress li mis-7 ta’ Lulju, għadha ma rċeviet xejn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjoni se tinħadem u se jsir il-ħlas. Id-dewmien ma kienx ħtija tad-Dipartiment.
Leg 12 PQ #21312 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa – Triq Ħal Qormi — monument

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li mill-aktar fis titneħħa l-istruttura hekk imsejħa “monument” li tinsab fir-roundabout ta’ Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa peress li: (a) din l-istruttura ġiet imposta minn Gvern preċedenti mingħajr konsultazzjoni la mal-kunsill lokali wisq anqas mar-residenti Luqin; (b) din l-istruttura ma għandha l-ebda rabta mal-istorja jew mar-residenti Luqin; (c) din l-istruttura kemm-il darba kienet suġġett għal żeblieħ fil-konfront tar-residenti ta’ Ħal Luqa; (d) din l-istruttura qiegħda hemm kontra l-liġi għaliex m’għandhiex permess maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar (MEPA); u (e) hemm enforcement maħruġa fis-sena 2006 mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq din l-istess struttura sabiex titneħħa iżda sal-lum għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Is-Siġġiewi – każ individwali ta’ żgumbrament

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward karta ta’ żgumbrament mill-fond imsemmi separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm bżonn l-indirizz sħiħ tal-persuna kkonċernata biex ikun jista’ jsir kuntatt miegħu.

Rapport l-Għassa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament peress li kellha inċident ta’ Hit and Run u minkejja li għamlet rapport l-għassa ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ksur ta’ liġi – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20217, jista' l-Ministru jispjega kif jista' jkun li l-bejjiegħ l-ieħor tal-ħaxix għandu l-permess mill-Awtorità tal-Artijiet li qiegħed jarma wkoll fuq central strip jekk dan il-permess f'dik it-triq kien diġà ngħata lill-bejjiegħ tal-ħaxix li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Fid-dawl tad-dokumenti provduti separatament, jista' jara li tittieħed azzjoni immedjata sabiex din il-persuna tkun tista' terġa tarma f’dan il-post kif ilha tagħmel skont il-permess tul dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor.i Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.