B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17806, jista’ l-Ministru jara li jitranġa gandott li jinsab fi Triq Kardinal Xiberras Ħal Qormi peress li qiegħed joħloq inkonvenjent bl-istorbju li jagħmel bil-lejl meta jgħaddu l-karozzi minn fuqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi vverifika l-informazzjoni fil-mistoqsija parlamentati, fejn ma nstab l-ebda gandott fi Triq il-Kardinal Sciberras. Madankollu, jassumi li l-mistoqsija qed tirreferi għal trinek tal-WSC li saru matul iż-żminijiet u li għalkemm ġew re-instated, f’uħud minnhom it-tarmak niżel ftit.
Għaldaqstant il-Kunsill se jkun qed jitlob l-intervent tal-WSC sabiex jirranġa x-xogħol ta’ trinek li wettaq f’din it-triq.
Ħal Qormi – Triq l-Erba’ Qaddisin – zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni biex issir zebra crossing fi Triq l-Erba’ Qaddisin f’Ħal Qormi peress li hija triq ferm traffikuża u qed jinħoloq inkonvenjent u periklu kbir għar-residenti li jkunu jridu jaqsmu din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal zebra crossing mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. L-Awtorita’ ser tiddiskuti din it-talba mal-kunsill lokali, sabiex din tkun tista’ ssir.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li bagħtula tallinja card mingħajr ritratt u għandha problema fuqha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament u infurmat li l-problema ta’ din il-persuna ġiet solvuta.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat għall-post tal-Housing madwar għoxrin sena u fejn toqgħod la għandha toilet u lanqas shower?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-applikazzjoni tal-klijenti li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, qed tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa bħal kull każ ieħor.
Ħal Qormi — Triq l-Imdina - rampa ħdejn it-traffic lights
Question
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq ir-rampa li tinsab ħdejn it-traffic lights fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, in-naħa li tagħti għal Triq il-Vitorja, peress li din ir-rampa mhix skont l-istandards tas-sigurtà u qegħda wieqfa ħafna u perikoluża speċjalment fix-xita?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin nistudjaw il-possibilita’ ta’ xi forma ta’ intervent/i.
Awtorità tad-Djar — sussidju dwar kera - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandha xi problema rigward sussidju fuq il-kera mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kull talba li tidħol tiġi kkunsidrata fuq il-mertu tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema li għandu fuq il-karta ir-roża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, kien ikkunttjat, bħal kull każ ieħor li jkun hemm talba mill-istess persuna.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq it-traffic lights li jinsabu fi Triq il-Wied ġewwa Ħal Qormi peress li ilhom numru ta' ġranet ma jaħdmux b'inkonvenjenza u perikolu għal kull min irid jaqsam minn din it-triq ferm traffikuża?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta qed tagħmel dak kollu possibli sabiex dawn il-pelican lights jissewwew mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jindika meta se jitlestew ix-xogħlijiet fuq Triq il-Laurenti fil-Buskett li tagħti mill-Palazz Verdala u tibqa' nieżla peress li kienu bdew ix-xogħlijiet li iżda waqqfu u tħalliet fi stat ħażin u perikoluż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet kollha li Transport Malta kellha ppjanati għaż-żona ta’ Lawrenti ġewwa s-Siġġiewi / Rabat, tlestew.
Jista’ l-Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward permess ta’ garaxx peress li hemm allegat ta’ abbuż?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjannar illi l-permess PA1250/03 inħareġ fl-20 ta' Marzu 2008 u l-żvilupp approvat jikkonsisti minn To sanction garage as built for the garaging of heavy goods vehicles (Policy 6.14 DC 2000). Minn spezzjonijiet li saru fuq il-post ġie kkonfermat li dan qed jintuża għall-ipparkjar ta' ingenji kbar u għalhekk l-uzu huwa konformi mal-permess ta' żvilupp.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward permess ta’ garaxx peress li hemm allegat ta’ abbuż?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li dawn qatt ma rċivew l-applikazzjoni tal-MEPA kif riferuta u lanqas xi applikazzjoni oħra dwar xi fond tal-ikel fit-triq indikata. Sar ukoll kuntatt mal-persuna li qed tagħmel l-ilment. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat peress li l-ilment in kwistjoni ma jaqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan id-Direttorat.
Jista’ l-Ministru jara li parti minn Triq Ġużeppi Ellul f’Ħal Luqa tiġi resurfaced bit-tarmac peress li tinsab fi stat diżastruż minħabba li fost oħrajn sabiex tlesta x-xogħol fi Triq Ħal Qormi, it-traffiku kien devjat f’din it-triq inkluż heavy vehicles xi ħaġa li din it-triq ma tiflaħx għaliha u u kif tista’ tara wkoll mill-korrispondenza li qiegħed nibgħat separatament, ir-responsabiltà ta’ din it-triq hija tal-Gvern Ċentrali anke għaliex din ilha tiġi mwegħda fil-programm tat-toroq residenzjali sa mis-sena 2006 u minkejja li l-Kunsill Lokali kemm-il darba lmenta ma’ Transport Malta imma din it-triq baqgħat ma saritx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm xi obbligi pendenti fuq din it-triq.
Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Mitjar f’Ħal Luqa tiġi resurfaced bit-tarmac anke kif il-Gvern preċedenti kien wiegħed lill-Kunsill Lokali peress li sabiex tlesta x-xogħol fi Triq Ħal Qormi, it-traffiku kien devjat f’din it-triq inkluż heavy vehicles, xi ħaġa li din it-triq ma tiflaħx għaliha u l-Gvern kien ser jikkumpensa dan billi tiġi resurfaced bit-tarmac, imma sal-lum il-ġurnata din għada ma saritx fuq din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm xi obbligi pendenti fuq din it-triq.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16860, jista’ l-Ministru jara li ż-zebra crossing issir fi Triq il-Kanun bejn Triq Karm Debono u Triq Mikiel Anton Vassalli?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fi Triq il-Kanun f’Ħal- Qormi bejn k/m Triq Karm Debono u k/m Triq M.A. Vassalli tista’ issir zebra crossing. Minħabba li din it-triq mhix arterjali jew distributorja, din il-Mistoqsija Parlamentari ser tiġi riferuta lil Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21027, rigward il-problema ta’ żbroff ta’ drenaġġ fi Triq il-Ġnien Ħal Qormi, jista' jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress qed ikun hemm żbroff mit-tappieri indikati separatament? Fid-dawl ta’ dan kollu, jista' jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji li suppost saru qabel saret it-triq sabiex ir-residenti ta’ din iż-żona ma jibqgħux ibatu minn dan l-inkonvenjent?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li f’Novembru l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha laqgħa fuq il-post mas-Segretarju tal-Kunsill u mal-kuntrattur. Ġew spezzjonati diversi tappieri u fl-ebda waħda ma nstab xi sadd. Jidher li l-problema qed tinħoloq biss waqt ix-xita. Għaldaqstant il-Korporazzjoni se tara jekk hemmx xi culverts tax-xita mqabbdin iktar ‘il fuq mis-sistema tad-drenaġġ, filwaqt li tkompli tinvestiga wkoll bis-CCTV l-katusa prinċipali tad-drenaġġ ‘l isfel fi Triq San Bastjan biex tara jekk hemmx xi sadd li forsi qed ixekkel il-passaġġ tad-drenaġġ meta jiżdied bix-xita.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fis-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġewwa is-Siġiewi huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq:
· Triq Mangion;
· Triq Blat il-Qamar;
· Triq Lapsi.
Dawn il-Bus Shelters huma ippjanti li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f’Ħal Luqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħal-Luqa huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq:
· Triq Valletta;
· 2
bus shelters
fi Triq Hal-Qormi
Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.