Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Freeport – żieda fin-numru ta’ cranes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żieda fin-numru tal-cranes fil-Malta Freeport u jekk iva, għaliex sar dan l-investiment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dan l-aħħar waslu erba' cranes ta’ fuq il-moll ġodda fil-Malta Freeport. Dawn, flimkien ma numru ta’ cranes oħra kemm ta’ fuq il-moll kif ukoll tal-bitħa, kienu obbligati li jinvestu fihom il-Malta Freeport Terminals Limited skond il-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-kumpanija li topera il-Freeport fl-2007. Dan il-ftehim kien marbut ma estensjoni tal-kuntratt.

Containers li għaddew minn Malta – żieda/tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żidied jew tnaqqis fin-numru ta’ containers li għaddew minn Malta bejn l-2014 u 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2014 u 2015, kien hemm żieda fin-numru ta' containers li għaddew minn Malta.

Computers tal-Gvern — upgrades

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru upgrades ta’ computers tal-Gvern matul l-2013, l-2014 u l-2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2015 il-MITA wetqet ‘Operating System upgrades' fuq diversi komputers tal-Gvern: · Fl 2013, twettqu 4,615 software upgrade · Fl 2014, twettqu 4,951 software upgrade · Fl 2015, twettqu 2,203 software upgrade Dawn l figuri jeskludu komputers ġodda u upgrades fl-iskejjel.

Liċenzji ta’ Importazzjoni u Esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-sena 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 inħarġu 1544 liċenzja ta’ importazzjoni , 118 liċenzja ta’ esportazzjoni u 132 liċenzja ta’ oġġetti b'użu doppju/Militari.

MITA – Innovation Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru fis-sena 2015 permezz tal-MITA Innovation Hub?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul 2015 il-MITA Innovation Hub niedet numru ta’ proġetti pilota u ta’ natura esperimentali. StartAPP 15K kienet call li permezz tagħha ġew finanzjati u mgħejjuna żewġ startups li żviluppaw żewg apps, waħda biex issebbaħ l-esperjenza ta’ kull min iżur it-tempji tat-Tarxien, u l-oħra biex toffri liċ-ċittadini l-opportunita’ li jikkonsultaw li statut ta’ żvillup għall-applikazzjoni tal-ipjanar jew biex jirrapurtaw illegalitijiet ta’ natura ta’ pjanar. L-istartups ingħataw grant ta’ €15,000 kull wieħed. L-app tat-Tarxien se tiġi mnedija dalwaqt. L-app tal-ippjanar hija kompluta wkoll u ħa tiġi mnedija aktar tard din is-sena. Gamify-IT kienet seħja li permezz tagħha ġew finanzjati u mgħejjuna żewġ timijiet li żviluppaw tlett logħbiet diġitali iddisinjati biex jappoġġaw it-tagħlim tal-bioloġija, storja u ICT. Saru wkoll xi korsjijiet u bootcamps fuq l-użu tat-teknololġija u design thinking min numru ta’ startup founders u professjonisti ta’ l-informatika.

Każ ta’ frodi – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment, dwar frodi li sofra minnu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatment, ġiet ikkuntatjata mill-Pulizija dwar il–każ in kwistjoni.

Għajnuna supplimentari – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema bl-għajnuna supplimentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwa konkluż.

Problema mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni– każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba problema li għandha mad-dipartiment tal-edukazzjoni ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntattjata. Rigward id-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #21834 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema bil-bieb ta’ garaxx tad-Dipartiment tal-Artijiet – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li għandu xi problema bil-bieb tal-garaxx li hu tal-Lands?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed jiġi stabbilit jekk il-ħsarat li ġew irappurtati mill-perit tal gvern, li hemm fil-garaxx li dettalji tiegħu ingħataw separatament , ġewx kaġunati minnħabba nuqqas ta’ manutenzjoni li l- inkwilin kien obbligat li jagħmel skont il-kundizzjonijiet tal -kirja.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, minħabba li għandu problema rigward pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, ingħata l-attenzjoni meħtieġa u ġie solvut.

Transport Malta – Is-Siġġiewi – Triq il-Kilpa — xogħlijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi xogħlijiet pendenti li jridu jsiru minn Transport Malta fi Triq ta’ Kilpa fis-Siġġiewi? Jekk hemm xixogħlijiet xi jsiru, jista’ jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni ta’ meta se jsiru?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq huma lesti pero’ qegħdin jiġu studjati xi ilmenti minn terzi.

Ħal Qormi – xogħlijiet fiż-żona ta’ Wied iċ-Ċawsli

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta se jsiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex isir l-isqaq ħdejn Triq Stellara fiż-żona ta’ Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi, eżatament ħdejn Għar il-Ħanżir?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Problema ta’ għargħar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ għargħar?

Response (MIZZI, JOE)

Sar kuntatt mal-persuna indikata mill-Onor. Interpellant u d-Dipartiment ser jindaga din il-problema u jekk ikun meħtieġ jieħu l-azzjoni neċessarja biex tittaffa din il-problema.

Skema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward l-iskema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed tiġi evalwata.

Skema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward l-iskema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) għamlet kuntatt mal-individwu konċernat.