Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Expression of Interest għall-film studios tal-Kalkara?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Expression of Interest għall-film studios intemmet fil-15 ta’ Diċembru 2015 u l-Gvern kellu rispons tajjeb tant li ħames kumpaniji internazzjonali wrew interess li jibdew imexxu dawn il-faċilitajiet. Hekk kif issir l-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet, se tibda mill-ewwel it-tieni fazi fejn ser toħrog “Request for Proposals”.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi qegħdin jittieħdu ħalli ji¿died l-isports tourism f’pajji¿na?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
It-Turizmu Sportiv (Sports Tourism) hija waħda min-niċeċ li l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu identifikat bħala waħda li toffri opportunitajiet li niġġeneraw turizmu ġdid lejn Malta u Għawdex fix-xhur hekk msejħa Low and Shoulder months, jiġifieri ix-xhur minn Novembru sa Marzu.
Minbarra li l-MTA qegħda tara li tkompli tikber l-attivita ta' PR u Marketing fis-swieq barranin ta' attivitajiet sportivi stabbiliti bħalma huma dawk tal-maratona, atletika, ċiklizmu, offroad biking, karozzi, ibburdjar, sailing, għawm, abseiling, trekking u diving, l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu nediet ukoll inizjattivi ġodda.
Fost l-inizjattivi ġodda nista’ nsemmi l-ftehim ma’ marka ewlenija fil-kompetizzjonijiet ta' Triathlons Internazzjonali, id-ditta XTerra li fl-2016 se torganizza f'Malta t-tieni edizzjoni tal-XTerra International Malta Triathlon li mistennija tattira lejn pajjizna għexieren ta' parteċipanti barranin kif ukoll ħbieb u familjari tagħhom li jsegwuhom.
Inizjattiva oħra mħabbra riċentament huwa l-ftehim mal-kumpanija Awstrijaka SLFC sabiex Malta u Għawdex jibdew jilqgħu timijiet famuzi minn kampjonati barranin għal training camps tax-xitwa. Fl-ewwel tlett xhur tal-2016 mistennija jkollna f’Malta madwar 15-il tim, fosthom timijiet famuzi bħal PSV Eindhoven li jinsabu fl-aħħar 16 taċ-Champions League kif ukoll timijiet oħra ta’ klabbs kif ukoll nazzjonali tal-kbar, nisa jew ta’ taħt il-21 sena mill-Polonja, pajjizi Baltiċi, Norveġja, Ġermanja, Georgia, Svizzera, Repubblika Ċeka u New Zealand. Dawn it-timijiet normalment jivjaġġaw b’kontinġenti ta’ bejn 50 u 60 kif ukoll ikunu akkumpanjati minn sponsors, supporters u ġurnalisti. Kull tim mistenni joqgħod Malta tal-inqas bejn 7 u 10 t’iljieli. Minbarra l-kummerċ li dawn it-timijiet se jiġġeneraw fil-lukandi u servizzi relatati ma’ dan l-isport, Malta se tġawdi wkoll minn exposure kbira fir-reġjuni u pajjizi li minnhom ġejjin dawn it-timijiet.
It-tielet inizjattiva li l-MTA qegħda taħdem fuqha hija l-promozzjoni tal-faċilitajiet sportivi ta’ pajjizna ma’ skejjel u istituti barranin li jorganizzaw ġiti għat-timijiet tagħhom ta’ dixxiplini sportivi bħalma huma basketball, volleyball, ġinnastika, futbol u netball fost l-oħrajn.
Din in-niċċa toffri opportunitajiet importanti sabiex niġġeneraw turizmu ġdid fix-xhur tax-xitwa u tista’ tkompli tikber hekk kif iktar faċilitajiet sportivi ta’ kwalita’ għolja ikunu disponibbli għal dan il-għan.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif sejjer is-settur tal-wedding tourism f’pajjiżna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wedding tourism hija waħda min-niċeċ li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu tippromwovi f’diversi swieq, partikolarment fir-Renju Unit fejn ilna attivi għal diversi snin u llum żviluppajna materjal ta’ marketing apposta għal din in-niċċa. Dan il-materjal jinkludi artwork speċifiku għal reklamar, attivita online kif ukoll nipparteċipaw f’fieri speċjalizzati għas-settur fi bliet ewlenin bħal Londra, Manchester, Birmingham u Dublin.
Is-settur ta’
wedding tourism
huwa attrajenti peress li hu stmat li jħalli introjtu għola min-normal fil-pajjiż kemm fil-qasam tat-turiżmu, kif ukoll setturi oħra li joffru servizzi relatati.
wedding tourism
għandu wkoll effett pożittiv fuq in-numru ta’ turisti peress li jiġġenera gruppi ta’ ħbieb u familjari li jabbinaw btala f’pajjiżna mat-tieġ tal-koppja.
Bir-riformi mwettqa fil-liġi taż-żwieġ ċivili llum infetaħ suq ġdid fejn qegħdin nirreklamaw lil pajjiżna bħala post attrajenti għal żwigijiet ċivili bejn persuni tal-istess sess. Fl-2015 saru attivitajiet ta’
marketing
fl-Italja fil-Germanja, Svizzera u Awstrija b’kampanji ta’
marketing
dedikati għal din-niċċa kif ukoll attivitajiet bħal
workshops
u
familiarisation visits
ma’ operaturi turistiċi li jiffokaw fuq turiżmu LGBT.
Fl-2016, il-ħidma ta’ promozzjoni fis-settur ta’
wedding tourism
se tkompli tikkonsolida ruħha fir-Renju Unit, filwaqt li tintensifika fl-Italja u l-Ġermanja, Awstrija u l-Isvizzera u se tiġi varata fil-pajjiżi Nordiċi, L-Olanda, l-Belġju u l-Amerika.
Skond informazzjoni miġbura mir-Reġistru Pubbliku, fl-2015 kien hemm 825 żwieġ fejn il-koppji kienu t-tnejn li huma ta’ nazzjonalita barranija.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li twettaq waqt il-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth matul il-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) li sar f’Malta f’Novembru?
Response (VELLA, GEORGE)
Ma’ nistax naghti rendikont komprensiv dwar il-Commonwealth Heads of Government Meeting (iċ-CHOGM) jekk ma nagħtix ftit dettalji dwar ix-xogħol estensiv li twettaq mill-Ministeru f’dak li jirrigwarda l-aspett politiku taċ-CHOGM qabel ic-CHOGM u matul iċ-CHOGM innifsu speċjalment fuq id-dokumenti li kienu adottati mill-Kapijiet tal-Commonwealth, jiġifieri:
- Il-Leaders’ Statement;
- Il-Communique` finali; u
- Il-Leaders’ Statement on Climate Action
Tajjeb li jingħad li l-abbozz ta’ dawn it-tlett dokumenti finali u li kienu diskussi fil-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth qabel il-laqgħa tal-Kapijiet ta’ Gvern, li kelli l-unur u l-privilegg li nippresidi, kienu suġġett ta’ ħidma u attenzjoni speċjali tal-Ministeru tiegħi.
Fil-laqgħa li nżammet fil-25-26 ta’ Novembru 2015, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ikkunsidraw u ddiskutew diversi suġġetti ta’ materja sostantiva fosthom l-iżvilupp sostenibli, r-reżiljenza, l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw l-pajjiżi ż-żgħar, materji ta’ natura ekonomika u t-tibdil fil-klima. Mill-qasam politiku, il-Ministri taw attenzjoni speċjali fost l-oħrajn il-migrazzjoni, l-estremiżmu vjolenti u r-radikaliżżazjoni, u d-drittijiet tal-bnedmin inklużi suġġetti bħal ġlieda kontra attakki kontra l-pudur u d-dinjita’ waqt il-kunflitti kif ukoll kontra ż-żwieġ kmieni u sfurzat tat-tfal.
F’dan ir-rigward il-Ministri kellhom l-opportunita’ li jorbtu u jaċċennaw għat-tema prinċipali taċ-CHOGM – “The Commonwealth: Adding Global Value” fid-diskussjonijiet u fid-dokumenti finali tal-laqgħa. Aċċenn specjali ngħata għall- “advocacy” u l-kontribuzzjonijiet prattiċi u ta’ sinjifikat globali tal-Commonwealth kif ukoll billi jidentifikaw fejn l-Commonwealth kollettivament tista’ tkompli tkun ta’ forza għall-avvanz pożittiv u globali fis-snin li ġejjin. Suġġetti oħra li l-Ministri kkunsidraw kien it-tiġdid tal-Commonwealth innifsu fejn għandu x’jaqsam il-moviment taċ-ċittadini tal-Commonwealth; riformi fil-governanza; l-introduzzjoni tal-Women’s Forum bħala parti mill-kalendarju ta’ qabel iċ-CHOGM; u s-sinerġiji bejn elementi governattivi u mhux governattivi tal-Commonwealth.
Il-Ministri kellhom wkoll l-opportunita’ li jilqgħu r-rapporti tal-laqgħat tal-Fora li saru f’Malta qabel iċ-CHOGM, jiġifieri il-Commonwealth Youth Forum, il-Commonwealth Women’s Forum, il-Commonwealth Business Forum u l-Commonwealth People’s Forum. Interessanti ħafna d-djalogu li nżamm mill-Ministri mar-rappreżentanti ta’ dawn il-Fora tant li hemm proposta biex il-ħin għal dan id-djalogu ikun jista’ jiżdied fiċ-CHOGM li jmiss.
Il-Ministri semgħu ukoll preżentazzjonijiet magħmula mill-Organiżżazzjonijiet Intergovermentali tal-Commonwealth.
Aspett importanti tal-laqgħa tal-Ministri kien il-kunsiderazzjoni tal-Communique` kif trasmess mill-Committee of the Whole fil-laqgħa li nżammet fl-Londra mill-21-23 ta’ Ottubru 2015.
F’dan ir-rigward ta’ min wieħed ifakkar li d-dokument (il-Communique`) kien ilu qed jinħema bosta xhur qabel iC-CHOGM. Wieħed japprezza li meta tiddiskuti ma` 53 pajjiż u trid issib qbil bejn kulħadd, mhijiex l-iktar ħaġa faċli li wieħed jista’ jwettaq. Madankollu, sforz ix-xogħol kostanti u bla heda li wettaq il-Ministeru tiegħi, irnexxielna naslu għall-abbozz ippreparat flimkien mas-Segretarjat tal-Commonwealth. Irrid insemmi, li d-delegazzjonijiet barranin apprezzaw ferm il-fatt li l-abbozz tal-Communique’ kien iffinaliżżat fil-Laqgha ta’ Londra ftit gimghat qabel ic-CHOGM u li dan ppermettielna li jkollna ħin biżżejjed sabiex waqt iċ-CHOGM niffukaw fuq d-diskussjonijiet bejn il-Ministri nfushom kif ukoll fid-djalogu mas-soċjeta’ ċivili.
Għalkemm ic-CHOGM beda fis-27 ta’ Novembru, fil-fatt il-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin bdiet jumejn qabel, jiġifieri fil-25 ta’ Novembru. L-għan ta’ dan il-pre CHOGM meeting hu li l-Ministri jwittu t-triq għal laqgħat tal-kapijiet tal-Gvern. Fil-fatt, d-diskussjonijiet dwar il-Communique’ saru fil-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin u kif diġa semmejt, minħabba x-xogħol siewi li twettaq qabel iċ-CHOGM, dawn mxew ħarir. Fil-fatt, u eventwalment il-Communique kien approvat u adottat mill-Kapijiet ta’ Gvern b’numru ta’ tibdil aġġornat biex jieħu in konsiderazzjoni ż-żviluppi fix-xena internazzjonali u li kienu diskussi.
Fl-istess laqgħat tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, tajt mandat lil grupp ta’ esperti, fosthom tnejn Maltin, sabiex ikomplu jaħdmu fuq id-dokument dwar Azzjoni Klimatika li kellu jiġi adottat mill-Kapijiet tal-Gvern fis-Sessjoni Specjali dfuq it-Tibdil fil-Klima li kella ssir qabel tibda l-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Gvern u fejn ħadu sehem fuq stedina tal-Onor. Prim Ministru Josep Muscat, fost l-oħrajn, il-President Franċiż, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda u l-Prinċep ta’ Wales, apparti l-Kapijiet ta’ Gvern tal-53 pajjiż. Dawn id-diskussjonijiet ma’ kienu faċli xejn, izda wara ħafna xogħol u ħin twil ferm ta’ negozzjati fejn jiena stess kelli kuntatti u laqgħat kontinwi sabiex jiġu megħluba l-problemi li kien hemm, wasalna għal dokument li kien maqbul bejn kulħadd għajr delegazzjoni waħda. Wasalna iżda għal qbil unanimu, inkluż tal-pajjiż li kellu riservi dwar ċertu artikli, li npoġġu riferenza fid-dokument stess għall-dawn l-istess riservi. Dan ippermettielna sabiex d-Dikjarazzjoni fuq l-Azzjoni Klimatika setgħat tiġi preżentata lill-Kapijiet ta’ Gvern waqt is-Sessjoni Speċjali. Din hi l-istess Dikjarazzjoni li l-Onor. Prim Ministru kellu l-l-unur li jippreżenta lill-mexxejja tad-dinja waqt il-Konferenza tal-Ġnus Magħquda fuq it-Tibdil fil-Klima (COP-21) ghan-nom u bħala kontribut tal-Commonwealth u li skont l-esperti, għenet ferm fid-diskussjonijiet ġewwa Pariġi peress li daħlet idejat ġodda u utli li jgħinu fil-ġlieda kontra it-tibdil klimatiku.
Iċ-CHOGM kien jikkomprendi xogħol sħiħ fuq dokument ieħor li jissejjaħ il-Leaders’ Statement. Din hija dikjarazzjoni li tiġbor fiha l-ispirtu tad-diskussjonijiet li ssir bejn il-Kapijiet ta’ Gvern u li l-Ministeru kkontribwixxa bis-sħiħ għall-abbozz tieghu. Din id-diskussjoni misset ħafna temi fosthom l-paċi u s-sigurta’ globali, l-immigrazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, u t-tiġdid tal-Commonwealth. Diskussjonijiet bħal dawn jgħinu sabiex il-pajjiżi membri tal-Commonwealth jifhmu aħjar il-pożizzjonijiet ta’ xulxin u sabiex jaħdmu flimkien biex jipprovaw jilħqu soluzzjonijiet komuni. Bħala riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet, il-Kapijiet tal-Gvern qablu fuq Dikjarazjoni finali li ukoll ġiet adottata unanimament.
Malta ħadet sehem ukoll fis-CMAG fejn bħala Chair-in-Office għas-sentejn li gejjin, bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin ser ikun Membru ex Officia f'dan il-Grupp.
Irrid insemmi wkoll ix-xogħol li twettaq mill-Ministeru f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ftehim ta’ ħruġ ta’ viżi għal Malta minn pajjiżi terzi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ix-xogħol intensiv tad-dipartiment tal-Protokoll. Ma’ dawn insemmi l-għexieren ta’ laqgħat li saru mill-uffiċjali tal-Ministeru fosthom bħala membru tal-iSteering Committee taċ-CHOGM kif ukoll laqgħat diretti ma’ Ministeri oħra.
Qabel ma’ nispiċċa, ta’ min wieħed isemmi l-għexieren ta’ laqgħat bilaterali li żamm kemm il-Prim Ministru kif ukoll jiena ma ħafna delegazzjonijiet u li grazzi ukoll għalihom nispera li pajjiżna ikompli jgawdi iktar frott f’termini ta’ relazzjonijiet politiċi ma’ dawn il-pajjiżi kif ukoll ekonomiċi u turistiċi. Ma nkun qed niżvela xejn meta’ ngħid li x-xogħol ta’ Malta kien apprezzat ferm mid-delegazzjonijiet barranin. Fi kliem is-Segretarju Ġenerali, iċ-CHOGM kien suċċess kbir u rċevejna kummenti sbieħ u nkoraġġanti mingħand sħabna l-pajjizi tal-Commonwealth fir-rigward ta’ Malta. Dan huwa suċċess li fuqu l-Ministeru tiegħi qed ikompli jibni fit-twettiq tal-politika barranija ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-Ministeru tiegħu biex jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi u ekonomiċi mal-Ghana?
Response (VELLA, GEORGE)
Dan l-aħħar, kien hemm żvilupp sostanzjali fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ghana immarkati b’koperazzjoni f’oqsma diversi, li jinkludu l-immigrazzjoni, l-edukazzjoni u t-turiżmu. Iż-żjara ta’ E. T. is-Sinjura Hanna Serwaah Tetteh, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ghana, fit 12 ta’ Settembru 2013 saħħet ir-relazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Waqt laqgħa li kelli mal-Kummissarju Għoli tal-Ghana għal Malta ġejt infurmat bl-intenzjoni tal-Ghana li tinfetaħ Kummissjoni Għolja f’Malta. Il-Kummisjoni Għolja tal-Ghana, fil-fatt, infteħet f’Malta fis 6 ta’Awissu 2014.
Fis-26 ta’ Settembru, 2014, fil-marġini tas-69 laqgħa tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti, ġie iffirmat Memorandum ta’ Ftehim li jistabillixxi t-twaqqif ta’ Kummissjoni Konġunta, li l-għan huwa li jisssaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi speċjalment fl-oqsma tal-ekonomija, tal-kummerċ, tal-industrija, tas-servizzi finanzjarji u tas-settur marittimu. Aspett importanti ta’ din il-Kummissjoni huwa l-aċċenn fuq l-immigrazzjoni rregolari.
Fil-marġini tal-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda f’ 26 ta’Settembru 2015, il-Prim Ministru kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Ghana, l-Eċċ. Tiegħu John Dramani Mahama. Il-laqgħa ffokat l-aktar fuq ir-relazzjonijiet bilaterali u l-preparamenti għas-Summit tal-Migrazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika li sar f’Malta f’Novembru 2015.
Fil-11 ta’ Settembru 2015, delegazzjoni teknika mill-Ghana żaret Malta għal Kummissjoni Teknika Konġunta u ddiskutiet numru ta’ proposti ma’ diversi uffiċjali ta’ Ministeri Maltin. F’din l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni, li saret fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, iż-żewġ naħat laħqu qbil fuq numru ta’ proposti li jirrefletti l-għanjiet tal-Kummissjoni Konġunta. Il-Minuti tal-laqgħa ġew iffirmati waqt laqgħa li kelli mal-Ministru tal-Affarjiet Barranin tal-Ghana, l-ET Hanna Tetteh, fil-25 ta’ Novembru 2015, fil-marġini taċ-CHOGM.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti ppjanati mill-MATS b’rabta mas-servizz tat-traffiku tal-ajru, kemm dak ta’ effiċjenza kif ukoll fir-rigward ta’ aktar sigurezza?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul dawn l-aħħar erba’ snin, il-Malta Air Traffic Services Ltd (MATS) investiet fi proġetti kapitali diversi. Dawn kienu jinkludu bini u stallazzjoni ta’ ¿ewġ radars ġodda, Voice Communications and Switching System, bini modern għas-Sezzjoni Teknika u Air Traffic Management System li se tkun kummissjonata fix-xhur li ġejjin.
Għas-snin 2015 u 2019, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proġetti u investimenti kapitali, l-pjan tal-Kumpanija hu li tibni Air Trafffic Control Centre ġdid, tinstalla sistema ta’ Aeronautical Message Handling System, stazzjon ta’ radar ġdid u stallazzjoni ta’ Automatic Dependent Surveillance – Broadcast. Dawn il-proġetti huma kollha mmirati biex itejbu l-operat tal-Kumpanija fl-erba’ setturi tar-Regolament tas-Single European Sky, jiġifieri sikurezza, effiċjenza, kapacita’ u ħarsien tal-ambjent. Il-kontrolluri, it-tekniċi u flight data support personnel se jkollhom iktar għodda moderna biex jaħdmu u jagħmlu xogħolhom b’iktar sikurezza u dan għall-benefiċċju ta’dawk kollha li jużaw l-ajru biex jivvjaġġaw.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-pjan komprensiv li saret referenza għalih waqt id-diskors tal-baġit 2016, li se jwassal sabiex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jingħata spinta ‘l fuq għal livelli ogħla li jiggarantixxu kwalità u eċċellenza fis-settur turistiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara perjodu ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi, li dan dawn l-aħħar 10 snin kien ikkaratterizzat minn nuqqas ta' investiment u dgħjufija fl-istrutturi ta' ġestjoni, issa għandna pjan komprensiv li ser iwassal mhux biss għaz-zmien meta l-Istitut kien fl-aqwa tiegħu izda għal livelli għola li jiggarantixxu kwalita’ u eċċellenza fis-settur turistiku.
Huwa għalhekk illi dan il-Gvern ser jinvesti aktar minn €56M f’kampus ġdid għall-Istitut għall-Istudji Turistiċi, li ser jħalli frott kbir fis-settur turistiku u li bih se nbiddlu l-kwalita’ fit-tagħlim u apprentistat fl-ospitalita’. Dan ser ikun kampus state of the art illi ser iservi mhux biss fl-operazzjoni attwali tal-Istitut, imma l-Gvern se jkun qed jirreloka għal darb'oħra mudell ta' negozju ġdid ta' kampus internazzjonali fin-nofsinhar ta’ pajjizna.
Il-fatturi essenzjali tal-pjan ta' trasformazzjoni proposti jinkludu:
· Ir-rilokazzjoni tal-Istitut mill-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan għal Smart City fil-Kalkara;
· L-iżvilupp ta' kampus
all-inclusive
u
state of the art
tat-turizmu u l-ospitalita’;
· Reviżjoni sħiħa tal-programmi akkademiċi - primarjament reviżjoni fil-kontenut, il-firxa u l-livelli tal-programmi akkademiċi li jiġu offruti mill-Istitut;
· Titjib fil-livell tal-programm edukattiv tal-Istitut minn Livell MQF 5 (Diploma) sal-Livell MQF 7 (Grad ta' Masters);
· Formazzjoni t’alleanzi strateġiċi ma' skejjel internazzjonali u rinomati f
’hospitality management.
Tnieda wkoll Kumitat Xjentifiku li ser jiddentifika ‘skill gaps’ u nuqqasijiet fil-ħiliet e¿istenti fl-industrija tat-turizmu sabiex jiġu ndirizzati. Wara li riċentament saret reviżjoni u titjib tal-kurrikulu tal-Istitut, dan il-kumitat ser janalizza wkoll nuqqasijiet li jistgħu jirri¿ultaw mill-kurrikulu u fl-istess ħin se ssir riċerka biex titjieb l-esperjenza edukattiva u l-programmi ta’ taħriġ fi ħdan l-ITS.
Fil-jiem li ġejjin, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandiera u r-Ristoranti (MHRA) u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) l-Istitut ser ikun qed jiftaħ applikazzjonijiet għal kors ġdid u intiż għal dawk il-ħaddiema li diġà jaħdmu fis-settur turistiku u li jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom. Dan il-kors se jkun qed jiġi offrut b’xejn lil dawk interessati bl-iskema ta’ Training Aid Framework ipprovduta mill-ETC u l-Unjoni Ewropea mill-Fond Socjali Ewropew.
Conventions Malta – pjanijiet fil-qasam ta’ konvenzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-qasam tal-konvenzjonijiet u kungressi, issa li tniedet Conventions Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara li ġiet varata f’Mejju tal-2015, Conventions Malta talbet lill-istakeholders prinċipali fil-qasam tal-Konferenzi li huma d-DMCD (li tirrapreżenta lid-Destination Management Companies) u l-MHRA (li tirrapreżenta lill-Lukandiera u r-Ristoranti) biex jappuntaw żewġ rappreżentanti għal kull organizzazjoni fuq Working Group. Dan il-Working Group jinsab għaddej b’ħidma biex tinbena kampanja ta’ rebranding għas-settur. Din il-kampanja ser tkun qiegħda tagħti dehra ġdida għal mod ta’ kif jiġu reklamati l-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni ideali għall-konferenzi u avvenimenti oħra. Il-Kampanja ser tkun qiegħda tagħmel enfażi biex tattira aktar konferenzi u avvenimenti fix-xhur kajmana tax-Xitwa.
Xogħol ieħor li qiegħed isir bħalissa hija l-kreazzjoni ta’ Sit Elettroniku ġdid. Dan ser ikun għodda vitali mhux biss għal min irid ikun jaf dwar id-destinazzjoni tagħna, iżda ser tkun qiegħda iġġorr informazzjoni b’aċċess kontrollat għall-istess stakeholders fl-industrija. Fiha ser ikun hemm informazzjoni teknika li wieħed ikun jista jaċċessa online meta jkun qiegħed jinnegozja ma’ klijenti barranin madwar id-dinja. Dan huwa mportanti ħafna f’dan il-qasam biex tingħata informazzjoni pronta.
Huwa ppjanat li l-kampanja ta’ promozzjoni kif ukoll is-Sit Elettroniku jkunu lesti biex jiġu varati f’April 2016, fil-ħin għal IMEX ġewwa Frankfurt il-Ġermanja illi hija waħda mill-aktar fieri importanti fil-qasam tal-Konferenzi.
Conventions Malta qiegħda wkoll tippjana biex tipparteċipa mal-istakeholders, f’fieri Internazzjonali differenti minn dawk li normalment tieħu sehem fihom. Partikolarment fi swieq ġodda illi ser inkunu qegħdin nesploraw.
Ħidma oħra minn Conventions Malta hija l-kollaborazzjoni ma’ entitajiet Governattivi bħall-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Transport Malta, GHRC, Pulizija u aktar, fuq proġetti infrastrutturali ta’ skala Nazzjonali. Din il-kollaborazzjoni hija mportanti ħafna biex l-istakeholders jiġu nfurmati b’xogħlijiet li jista’ jaffetwa l-gruppi u Konferenzi li jaħbtu meta jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet.
Ħidma oħra li qed issir minn Conventions Malta flimkien mal-istakeholders tinkludi reviżjoni ta’ skemi u ħolqien ta’ oħrajn ġodda biex ninċentivaw Konferenzi minn assoċjazzjonijiet internazzjonali; programmi edukattivi biex nimmeljoraw il-kwalità tas-servizzi li noffru; u studju dwar l-infrastrutturi u l-faċilitajiet eżistenti u xi żvillupp ser ikun meħtieġ li jsir f’pajjiżna biex nilqgħu għad-domanda tal-industrija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Ministeru għat-Turiżmu biex isaħħaħ is-settur tal-avjazzjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Is-settur ta’ l-Avvjazzjoni esperjenza tkabbir ta’ 69% matul dawn l-aħħar erba’ snin – hekk kif rajna li sa’ l-aħħar ta’ l-2015, id-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili rreġistra iktar minn 200 ajruplan fuq ir-Reġistru Malti; 29 Air Operator Certificate holders; 29 Continuing Airworthiness Management Operators; 5 organizzazjonijiet ta’ taħriġ fl-avjazzjoni; 5 organizzazjonijiet li jispeċċjalizzaw f’manutenzjoni ta’ l-ajruplani (magħrufa bħala Part 145) u 4 organizzazjonijiet oħra li jispeċċjalizzaw fit-taħriġ f’manutenzjoni (magħrufa bħala Part 147). Dawn in-numri ma jinkludux kumpaniji oħra li ddeċidew li jkunu lliċenzjati taħt reġistri oħrajn Ewropej għal diversi raġuniijiet, fosthom prattiċi tal-kumpaniji nfushom. Wieħed għandu wkoll jinnota li l-kumpaniji lokali ta’ manutenzjoni baqgħu jkabbru l-firxa ta’ klijenti, investew f’liċenzji ġodda u servizzi speċjalizzati, hekk kif il-fiduċja f’dan is-settur baqgħet tissaħħaħ u tikber lokalment.
Għal dan il-għan, il-Ministeru kompla x-xogħol fuq dan is-settur mil-lat leġislattiv, amministrattiv u politiku. Mil-lat legislattiv, il-Ministeru għat-Turizmu qiegħed jaħdem flimkien mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, sabiex isir titjib fl-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Inġenji ta’ l-Ajru. Dawn l-emendi qegħdin jiġu imħejjija wara li ġiet ikkunsidrata l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin u proċessi ta’ kif dan ir-Reġistru jista’ jsir iktar kompettitiv u effiċjenti. Filwaqt li nikkunsidraw l-izviluppi li qed iseħħu fid-dinja ta’ l-avjazzjoni u fl-isfera tas-sigurta’ fl-avvjazzjoni, ammont ta’ xogħol qiegħed ukoll iseħħh fuq ir-regolamentazzjoni ta’ l-uzu tad-
drones
fl-ispazju ta’ l-ajru tagħna. Għalkemm il-ligi adha ma ġietx ippubblikata, l-analizi meħtieġa qegħda sseħħ mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, kif ukoll mad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili - b’dan ta’ l-aħħar isegwi kostantament l-izviluppi li qegħdin iseħħu f’dan is-settur min-naħa tal-
European Aviation Safety Agency
. Flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali, qegħdin naħdmu sabiex Malta tkun parti mill-pajjizi li jħaddmu b’mod sħiħ il-Konvenzjoni ta’
Cape Town
li permezz tagħha xerreja ta’ ajruplani li jkunu rreġistrati fuq ir-reġistru Malti, jkunu jistgħu jibbenefikaw minn massimu ta’ 10% inqas mis-somma totali mislufa sabiex ix-xiri ta’ l-ajruplan iseħħ. Flimkien mal-Ministeru ta’ l-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali qegħdin naħdmu sabiex l-aħħar emendi li seħħew fil-Protokoll ta’ Montreal jiġu trasposti fl-Att tas-Sigurta’ ta’ l-Avvjazzjoni Nazzjonali. Flimkien ma’ Finance Malta, qegħdin ukoll f’diskussjonijiet sabiex intejbu mizuri relatati ma’
aircraft leasing
.
Bħalma semmejt, is-settur ta’ l-avjazzjoni esperjenza tkabbir sostanzjali f’dawn l-aħħar erba’ snin u għalhekk hemm iktar ħtieġa ta’ ħaddiema f’dan is-suq. Flimkien mal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknologija qegħdin nibqgħu nħeġġu korsijiet li jipprovdu t-taħrig neċessarju f’diversi oqsma ta’ l-avjazzjoni, inkluz manutenzjoni, enġinjerija u
flight operations
. L-Istitut tat-Teknologija fl-Avjazzjoni, fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta, ser ikun ukoll punt importanti fejn studenti jispeċċjalizzaw f’diversi oqsma relatati ma’ l-Avjonika, Maniġjar ta’ Traffiku fl-Ajru kif ukoll diversi tipi ta’ Manutenzjoni li jseħħu fuq inġenji ta’ l-ajru. Qegħdin ukoll naħdmu sabiex ikollna inċentivi li jħeġġu ħaddiema, kwalifikati fis-settur ta’ l-Avjazzjoni izda li l-ħiliet tagħhom ma jinstabux fis-suq tax-xogħol lokali, biex jitrassferixxu ruħhom għal-ammont tas-snin Malta u fl-istess waqt jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-kumpaniji lokali u jgħallmu ħaddiema oħra f’dan is-settur.
Kumplimentari ma’ Regulatur efficjenti u ħaddiema imħarrġa, l-Industrija tħoss li hawn l-opportunita’ għall-riċerka li sseħħ lokalment, sabiex ukoll tgħin fl-izvilupp tal-kumpaniji lokali. Għal dan il-għan, il-Ministeru għat-Turizmu qiegħed jaħdem bis-sħiħ sabiex jitwaqqaf iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni. L-ewwel fazi ta’ dan il-proġett qiegħed jiġi implimentat permezz ta’ fondi Ewropej taħt il-programm
Horizon 2020
; fejn flimkien man-
National Aerospace Centre
, ibbazzat fl-Olanda, kif ukoll mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, qegħda ssir ħidma sabiex iċ-ċentru jkollu pjan ta' implimentazzjoni mill-aspett ta' riċerka filwaqt li noħolqu l-istruttura amministrattiva, finanzjarja u leġislattiva, sabiex dan iċ-ċentru jopera b'mod effiċjenti. Dan il-pjan għandu jkun lest sa' nofs is-sena 2016. Bħala Ministeru, lesti li nibdew natwaw dan il-pjan permezz ta’ fondi lokali u eventwalment, inkabbru dan iċ-ċentru kemm f’termini infrastrutturali u operattivi permezz ta’ fondi Ewropej allokati għall-proġetti ta’ din in-natura. Apparti riċerka, dan iċ-Ċentru ser iservi bħala
focal point
fejn l-Industrija ta’ l-Avjazzjoni tiddiskuti magħna l-ħtiġijiet kurrenti u futuri tagħha filwaqt li nsibu soluzzjonijiet fattibli b’koperazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet oħra konċernati. Iċ-Ċentru ser ikompli bil-ħidma tal-Ministeru għat-Turizmu billi jagħti l-appoġġ konsultattiv tiegħu waqt li temi pertinenti għas-settur ta’ l-avjazzjoni, ikunu qegħdin jiġu diskussi fuq livell Ewropew u flimkien ma’ Ministeri u entitajiet oħra, inqisu l-impatt rispettiv.
Bħalma ġie imħabbar ftit tal-jiem ilu, il-
Malta International Airport
ħabbar tkabbir fin-numru ta’ passiġġiera li uzaw l-ajruport tagħna matul l-2015 u jidher li ser ikun hemm andament pozittiv anki matul l-2016. L-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu, flimkien mal-
Malta International Airport
, ser tkompli taħdem sabiex tagħti s-
support
neċessarju biex ikunu attratti iktar linji ta’ l-ajru lejn pajjizna u titjieb il-konnettivita’. Fl-ambitu ta’ konnettivita’, il-ħidma tkompli biex jitwessa’ n-
network
ta’
Air Service Agreements
li bħalissa jammontaw għal 70
agreement
, inkluz numru minnhom li beda l-proċess ta’ ratifikazzjoni. Il-
Malta International Airport
ħabbret ukoll investiment sostanzjali fl-infrastruttura tat-
terminal
, il-bini tal-madwar u
runways
. Il-
Malta Air Traffic Services
kompliet bil-pjani ta’ investiment taghha, fejn ikkommettit ma’ l-Unjoni Ewropeja illi sa’ l-aħħar tas-sena 2019, se tinvesti madwar 28 miljun Ewro sabiex issaħħaħ il-faċilitajiet u t-tagħmir li topera bih. Kif għamlet ukoll matul it-tliet snin ta’ qabel, il-Kumpanija qegħda tiffinanzja l-ispi¿a kapitali kollha mill-
working capital
tagħha u mingħajr il-ħtiega illi tirrikorri għal self mingħand il-Gvern jew banek kummerċjali (kif kien jiġri fis-snin ta’ qabel). Dan il-Gvern kontinwament ifittex li jimmoderni¿¿a l-apparat operattiv u tekniku sabiex jibqa’ aġġornat fuq ¿viluppi li qed isiru kontinwament fis-settur tal-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru madwar l-Ewropa. Sa’ issa, l-
Malta Air Traffic Services
kompliet xogħolha fuq il-proġett ta’ l-Air Traffic Management (ATM) System Upgrade; l-Aeronautical Message Handling; Centru ta’ Kontroll gdid ghat-traffiku ta’ l-ajru; bdil tal-primary radar ta’ Had-Dingli u l-introduzzjoni tas-sistema Automated Dependent Surveillance Broadcast.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tkun effettiva l-Film Commission biex ittejjeb ir-riżorsi umani f'dan il-qasam?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sentejn li għaddew il-Film Commission wettqet b’suċċess proġett ta’ taħriġ li sewa’ aktar minn Euro 800,000 li kien iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.
B'kollox ingħataw taħrig 384- il persuna fl-industrija tal-films. Din il-figura hija ħafna akbar minn dak antiċipat, għaliex il-mira oriġinali tal-proġett kien li jingħataw taħrig 100 persuna biss. Tant kien hemm rispons tajjeb li l-Film Commission estendiet l-Korsijiet kemm f’Malta u anke f’Għawdex.
B'kollox saru 19-il kors speċjalizzat f'Malta, 10 workshops f'Għawdex, sensiela ta' master classes u sar ukoll film b'kollaborazzjoni ma' esperti minn Film London fejn studenti ingħataw taħriġ b'mod prattiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irnexxilhom jattiraw xogħol u jiġġeneraw attività ekonomika minn meta l-Gvern ħa lura t-tmexxija tal-film studios fil-Kalkara?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2015 kien hemm 6 produzzjonijiet internazzjonali li ħadmu fil-Film Studios fil-Kalkara. B’kollox, f’Malta, dawn nefqu aktar minn tnax –il miljun ewro. Magħhom ħadmu numru kbir ta’ nies, kemm fl-istudios u anke f’diversi locations oħra li kellhom f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit tal-Commerce Department fis-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Il-Business Care Unit (BCU) fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ, matul is-sena 2015 ipproċessa 10,750 rikjesta. Dawn kienu mqassma f'1,410 b'mod eletroniku permess tal-emejl; 5,678 permess ta' telefonati filwaqt li 3,657 bil-klijenti jiġu personalment biex jinqdew mill-uffiċini tal-BCU,
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet il-Malta Gaming Authority għal kull settur li tirregola fis-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fis-sena 2015, il-Malta Gaming Authority irċeviet is-sussegwenti applikazzjonijiet ġodda:
· 95 applikazzjoni għall-logħob mid-distanza (i.e. "online gaming"),
· applikazzjoni 1 għal kazino,
· 2 applikazzjonijiet għal kazino abbord cruise ships.
Dawn ma jinkludux applikazzjonijiet għal-non-profit tomobolas u lotteriji oħra li jkunu proċessati f’isem id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet għall-iskema Micro Invest fis-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru totali tal-applikazzjonijiet sottomessi għall-iskema tal-Micro Invest fil-2015 għal-spejjez ta' 2014 huwa 1344.
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni rigward l-iskema Start-Up Finance?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li kif imħabbar fid-diskors tal-budget, l-skema ħa tipprovdi assistenza finanzjarja li tista tlahhaq sa €200,000, pari passu mal-ekwità privata (private equity). Fil-każ ta’ impriża innovattiva li qed tiżviluppa prodotti, proċessi jew servizzi ġodda u li huma ta’ livell ogħla minn dak li qed jiġi offrut mill-industrija, l-assistenza tista tlaħħaq sa nofs miljun ewro u tingħata għax-xiri ta’ apparat. Tista’ tingħata wkoll assistenza lill-kumpaniji li jipprovaw jiġġeneraw fondi permezz ta’ ‘Crowdfunding’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma importanti r-rabtiet tajbin tal-MATS mal-Unjoni Ewropea u x’jinvolvi l-ftehim bejniethom dwar l-investiment li se jwassal sas-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bħal kull air navigation service provider ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-Malta Air Traffic Services (MATS) hi regolata minn liġijiet Ewropej u, f’dan il każ, mil-liġijiet u regolamenti relatati mas-Single European Sky (SES). Fost ir-regolamenti hemm dak li jesiġi li kull pajjiż irid jagħmel pjan ta’ ħames snin li jindirizza erba’ setturi, jiġifieri sikurezza, effiċjenza, kapaċita’ (li tlaħħaq mal-volum tat-traffiku mingħajr ma tikkawża dewmien jew ittardjar fit-trasport bl-ajru) u ħarsien tal-ambjent. Il-Kummissjoni Ewropea (KE) tiddeċiedi, wara sensiela ta’ konsultazzjonijiet u taħditiet f’livell Ewropew, x’għandhom ikunu l-istandards u l-miri li għandhom jintleħqu, f’dan il-każ, fil-perjodu ta’ bejn l-2015 u l-2019. Jekk xi pajjiż ma jilħaqx dawn il-miri jkun qiegħed jissogra li jinfetħu proċeduri kontrieh mill-KE.
Ir-rabtiet mal-UE huma importanti ħafna ghall-MATS u għal Malta peress li l-UE qiegħda dejjem tisħaq fuq tnaqqis ta’ spejjeż fl-operat tal-air navigation service providers, u dan għaliex skond il-KE s-servizz fl-Ewropa hu ogħla minn dak f’kontinenti oħrajn bħall-Istati Uniti. Dawn ir-rabtiet iservu wkoll biex fil-kontinent Ewropew jinżamm livell għoli ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru.
Fost l-investimenti prinċipali li l-MATS dieħla għalihom f’dawn il-ħames snin insibu l-bini ta’ Air Traffic Control Centre, xiri ta’ Radar biex jissostitwixxi ieħor qadim, stallazzjoni ta’ sistema Automatic Dependent Surveillance - Broadcast u stallazjoni ta’ Aeronautical Message Handling System. Hemm ppjanati proġetti oħrajn iżgħar li wkoll huma mmirati biex tiżdied is-sikurezza u l-effiċjenza fl-operat tal-MATS. B’kollox in-nefqa kapitali għal dawn il-ħames snin tammonta għal madwar 28 miljun Ewro, illi ser tkun iffinanzjata mill-kumpanija MATS stess u mhux mill-Gvern ċentrali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-kumpanija MATS se tkun qed tutilizza s-sistemi ta’ upgrade b’immodernizzar fit-teknoloġija tagħha sal-ewwel kwart tal-2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
L-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Air Traffic Management (ATM) System li wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Permezz tal-ATM System, il-kontrolluri tal-ajru jkollhom quddiemhom, fuq screen elettroniku, stampa sħiħa tat-traffiku tal-ajru li jkun qiegħed juża l-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ ta’ Malta.
L-informazzjoni kollha li tinġabar mis-sistemi ta’ sorveljanza, e.g. radars diversi kif ukoll minn strumenti ta’ navigazzjoni kemm fuq l-art u fl-istess ajruplani, tidħol b’mod koordinat fl-ATM System u, permezz ta’ processors elettroniċi tagħti stampa preċiża tas-sitwazzjoni. Permezz ta’ dan il-proċess, il-kontrollur tal-traffiku tal-ajru jkun jista’ jikkoordina u jikkontrolla t-traffiku b’mod sikur u effiċjenti.
Is-sistema l-ġdida, meta tkun kummissjonata, se tipprovdi lill-kontrolluri b’għodod moderni biex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b-iktar effiċjenza. Fost oħrajn, l-ATM System il-ġdida għandha fiha għodda (Medium Term Conflict Detection) li permezz tagħha l-kontrolluri ikollhom indikazzjoni ċara li fl-għoxrin minuta li jmiss jista’ jinħoloq konflitt bejn żewġ ajruplani. Għalhekk il-kontrolluri jkollhom ħin biżżejjed biex jikkoreġu l-għoli u d-direzzjoni tal-ajruplani sabiex ir-riskju li dawn javviċinaw jew jaħbtu f’xulxin jitbiegħed. Għalhekk din l-għodda se tgħin ukoll biex tiżdied is-sikurezza fit-traffiku tal-ajru u fix-xogħol li twettaq il-Malta Air Traffic Services Ltd.
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar l-iskema StartAPP v2.0?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-iskema StartAPP v2 ġiet mnedija perezz ta sejħa f Diċembru 2015. Is-sejħa għada miftuħa u se tagħlaq fi Frar 2016.
L-iskema hija miftuħa għal żewg start-ups, li ħa jingħataw fondi b’valur ta €22,000 kull wieħed, li minnhom €15,000 huma cash grant.
Permezz ta' din is-sejħa qed tingħata l-opportunità lil kull start-up sabiex jirriċerkaw, jiżviluppaw u joħolqu proprjetà intellettwali tagħhom stess, filwaqt li jsolvu problema partikolari jew ħtieġa fl-amministrazzjoni pubblika jew fis-soċjetà ċivili.
Kull min japplika għall din is-sejħa irid
juża geo-spatial
data
kif ukoll
earth observation data
li hija pubblikament disponibbli mill-proġett tal-Kummissjoni Ewropea Kopernikus, biex b’hekk ikunu jistgħaw joħolqu u jesperimentaw applikazzjonijiet ġodda li jkunu jistaw jintuzaw fis-suq.
Kull start up ħa tingħata iċ-ċans turi u tipreżenta l-idejat tagħha ta’ kif problema magħżula mil-istart up stess tista tiġi solvuta. Din il-proposta għandha tiġi validata b’numri ta riċerki li juru li din l-ideja hija soluzzjoni viabli u li din is-solluzzjoni se tiġi użata mil-pubbliku u s-soċjeta.
Il-MITA Innovation Hub se tkun qed tgħin l-istart-ups magħzula b’numru ta’ servizzi, fosthom kuntatti ma organiżżazjonijiet li jirraprezentaw lil
European Space Agency
, kif ukoll se tkun qed toffri kompetenza diġitali flimkien ma’ nies b’esperjenza, li se jkunu qed jgħinu lill-istart-ups waqt il-proċess tagħhom.
Green Paper for a National Cyber Security Strategy
Question
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni rigward il-Green Paper for a National Cyber Security Strategy?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta dwar Informazzjoni Diġitali (Digital Malta) għas-snin 2014-2020, permezz tal-punt ta’ azzjoni nru. 53 isemmi l-ħtieġa ta’ Strateġija Nazzjonali dwar Sigurta’ Diġitali. Huwa f’dan l-isfond li ġiet mnehdija Green Paper dwar din l-Istrateġija bil-għan li twassal għal konsultazzjoni wiesgħa, mad-diversi setturi tas-soċjeta Maltija, fuq suġġett li jolqot lil kulħadd. F’ Novembru tas-sena l-oħra, inbdiet konsultazzjoni pubblika onlajn li se tibqa’ miftuħa sa l-aħħar ta’ Jannar. Tul l-ewwel xhur ta’ dis-sena huwa wkoll ippjanat li jsiru diversi laqgħat konsultattivi pubbliċi, li għalihom il-Green Paper qed isservi ta’ qafas.
L-Istrateġija, kif muri fil-Green Paper, qed telenka tisħieħ f’ oqsma diversi, li huma: governanza u koordinament f’kazijiet ta’ attakki fuq infrastruttura kritika diġitali, introduzzjoni ta’ leġislazzjoni, regolamenti u użu ta’
standards
u
best pactice
internazzjonali relatati mas-sigurta’ diġitali, sigurta’ nazzjonali, kapaċita’ nazzjonali fil-glieda kontra is-cybercrime, edukazzjoni u għarfien, kif ukoll kooperazzjonali nazzjonali u internazzjonali dwar sigurta’ diġitali.
Il-konsultazzjoni mill-Green Paper, għandha twassal għat-tnehdija tal-Istrategija Nazzjonali dwar is-Sigurta’ Digitali fit-tieni nofs ta’ din is-sena, liema Strateġija għandha tpoġġi lil Malta mal-bosta pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja li diġa għandhom dan il-pjan