Jista’ l-Ministru jara li jsiru testijiet fuq l-ilma fl-indirizz li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat kemm mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali li minn testijiet li saru fuq l-ilma, jikkonfermaw li l-ilma huwa tajjeb għax-xorb u ma nstabu l-ebda batteri li jistgħu jikkaġunaw dannu għas-saħħa pubblika.
Problema bil-bieb ta’ garaxx tad-Dipartiment tal-Artijiet – każ ta’ individwu
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21834, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu sabiex jiġi konkluż dan il-każ anke peress li l-istess garaxx għandu s-soqfa fi stat ta’ periklu u li qegħdin ikomplu jiddeterjoraw iktar ma jgħaddi ż-żmien?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha qed tittieħed l-azzjoni kif ġie rappurtat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamenatri 21834.
Fabbriki żgħar – xiri ta’ makkinarju jew miżuri oħra relatati – skema għal fondi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi skema għal għotja ta’ fondi li jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom dawk il-fabbriki iż-żgħar li jkunu jridu jinvestu f’xi makkinarju jew miżuri oħra relatati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise toffri numru ta' skemi immirati lejn kumpaniji żgħar biex jinvestu f'makkinarju u investiment. L-Investment Aid tassisti intrapriżi biex jagħmlu investiment li jwassal għal ħolqien ta’ kumpaniji ġodda jew tkabbir fl-operat tagħhom. Minkejja li din l-għajnuna tingħata primarjament b’forma ta’ kreditu ta’ taxxa, għotja ta’ flus kontanti tista' tingħata f’kas li l-Korporazzjoni jidrilha li l-proġett huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomija ta’ Malta.
Il-Korporazzjoni tassisti wkoll lil dawn l-intrapriżi permezz tal-Micro Invest. Din l-iskema hija miftuħa għall kumpaniji u
self employed
li jimpjegaw anqas minn 30 ħaddiem u jinvestu fil-kumpanija tagħhom, jixtru vetturi jew jimpjegaw nies ġodda.
Permezz tal-Micro Guarantee, il-Korporazzjoni tippprovdi garanzija sa 80% fuq self ta’ mhux aktar minn €100,000 biex jiffinanzjaw proġetti li għandhom għan li jiżviluppaw l-intrapriża tagħhom.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu ammont ta’ żmien jistenna sabiex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul u jinsab għaddej minn tbatija kbira minħabba mard?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu kawża għaddejja l-Qorti li ilha għaddejja aktar minn għaxar snin u tinsab sine die?
Response (BONNICI, OWEN)
Peress li rriżulta li l-kawża de quo hija waħda ta’ natura penali, ikun indikat li l-individwu jirrikorri għand avukat tal-fiduċja tiegħu sabiex jiggwidah aħjar dwar id-drittijiet li jista’ jeserċita.
Residenza San Vinċenz de Paul – applikazzjoni ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hija bedridden u ilha żmien twil li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Residenza San Vinċenz de Paul — trasferiment ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jiggwidawha x'inhi l-proċedura sabiex qarib tagħha li jinsab Zammit Clapp home jiġi trasferit f'xi dar oħra bħal Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Ono. Interpellant li l-każ imsemmi ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hija marida u ilha snin twal tistenna sabiex tidħol f’Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li mhux jirċievi l-benefiċċju tal-mard minkejja li hu intitolat għalihom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prsuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet ikkuntattjata u nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21573, jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex it-traffic lights li jinsabu fi Triq il-Wied ġewwa Ħal Qormi jissewwew minnufih peress li għadhom ma ssewwewx u għalhekk issa ilhom diversi xhur ma jaħdmux b’periklu kbir għar-residenti tal-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights li jinsabu fi Triq il-Wied ġewwa Ħal Qormi ġew imsewwija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18797 datata fil-bidu t'Ottubru fejn kont ġejt infurmat li x-xogħlijiet fuq it-triq imsemmija kellhom isiru fil-ġimgħat ta' wara, jista' l-Ministru jagħti update dwar meta se jsiru x-xogħlijiet fuq l-imsemmija triq peress li issa diġà għaddew numru ta' ġimgħat però għadu ma bediex ix-xogħol b'konsegwenza li qed tikkawża inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi għalkemm il-Kunsill kien lest biex jibda tali xogħlijiet, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġitlu avviż illi l-iżvillupp kien mingħajr il-permessi meħtieġa. Għaldaqstant il-Kunsill qed jerġa’ jevalwa is-sitwazzjoni.
Korrezzjoni: (Ara dokument PL 6627 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 359, nhar it-Tnejn, 22 ta' Frar 2016)
Residenza San Vinċenz de Paul – applikazzjoni ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hija bedridden u ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul żmien ilu u għadha mingħajr risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ipparkjar ta’ karru tat-trailer – każ ta’ individwu
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21726, jista’ l-Ministru jara li jerġa’ jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kellu jerġa’ jiġi kkuntattjat mid-dipartiment rispettiv, iżda baqa’ mingħajr risposta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-individwu.
Jista’ l-Prim Ministru jara li jittella’ ċint madwar għalqa li tinsab fi Triq Dun Salv Ciappara f’Ħaż-Żebbuġ, peress li qed jinħoloq inkonvenjent għar-residenti ta’ din it-triq u tal-madwar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għelieqi li hemm fi Triq Dun Salv Ciappara f’Ħaż-Żebbuġ mhumiex reġistrati bħala proprjetà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jiggwidawh xi skema ta’ finanzi hemm rigward installazzjoni ta’ lift fin-negozju tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li sar appuntament mal-individwu indikat nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar fejn ġew diskussi miżuri ta' assistenza fuq investimenti u spejjez relatati.
Residenza San Vinċenz de Paul — applikazzjoni ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjatha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li din ilha tbati bil-Parkinsons Disease għal dawn l-aħħar seba' snin u qiegħda tistenna li tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule u bħalissa tinsab rikoverata l-Isptar Karen Grech?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu, qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema dwar sussidju fuq il-kera mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu huwa magħluq u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista' l-Ministru jara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xi diskrepanzi fil-grad fuq il-post tax-xogħol tiegħu f'Mount Carmel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema sabiex jiġbor xi senter mingħand il-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Għalkemm dan il-Ministeru ma jidħolx f’każi ta’ natura bħalma hija dik mqajjma mill-Onor. Interpellant, dan il-Ministeru iċċekkja u jidher li ma hemm ebda problema fil-każ tal-individwu.