Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – xogħol fi blokka – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar terġa' tikkuntattja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħol li qiegħed isir mill-istess awtorità, peress li skont dan l-individwu x-xogħol mhux isir kif suppost u għaldaqstant qiegħed jinħoloq periklu għar-residenti ta' din il-blokka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif intqal f’mistoqsija parlamentari 25284, l-Awtorità tad-Djar diġa’ għamlet kuntatt mall-individwu msemmi kif ukoll mar-rappreżentant tar-residenti tal-blokk ikkonċernat fejn qed jiġi installat lift. L-Awtorità diġà ħadet passi sabiex jiġu ndirizzati l-ilmenti bl-aħjar mod possibbli. L-Awtorità kompliet tissorvelja x-xogħlijiet biex tassigura li m’hemmx periklu, madanakollu, xorta waħda u kif mitlub, għandu jsir appuntament mal-individwu msemmi biex jiġi vverifikat l-ilment tiegħu u jittieħdu l-passi meħtieġa.

Bini ta’ ħajt biswit għalqa – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward bini ta' ħajt biswit l-għalqa tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li uffiċjali mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura ser jikkomunikaw mal-individwu konċernat sabiex jistħarrġu l-każ.

Early Retirement Scheme – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25473 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward pagamenti pendenti mill-MIMCOL?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MIMCOL tinstab diġa nfurmata rigward il-każ ta’ l-individwu msemmi, hu qegħdin għaddejin diskuzjonijiet mal-partijiet konċernati.
Leg 12 PQ #25819 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ inġustizzja fl-Air Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-Ministeru għat-Turiżmu qed jara d-dettalji kontenuti f’din id-domanda parlamentari.
Leg 12 PQ #25473 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Early Retirement scheme – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25347 tal-5 ta’ Mejju 2016, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li għandu problema rigward pagamenti konnessi mal-Early Retirement Scheme tal-Air Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kien impjegat tal-Air Malta u bbenefika mill-iskema ta’ irtirar kmieni offruta fl-2012 skont ftehim milħuq mal-Union ikkonċernata. Għandu jiġi ppreċiżat madankollu, illi huwa l-MIMCOL u mhux l-Air Malta li tamministra l-pagamenti ta’ din l-iskema. Fil-preżent, dan l-individwu għandu wkoll każ quddiem il-Grievance Unit imwaqqaf mill-Gvern għall-ex/ħaddiema tal-Air Malta u għaldaqstant fi kwalunkwe każ huwa dan il-Unit li jidħol fil-mertu tal-ilment tiegħu.
Leg 12 PQ #25444 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Januvia – Formularju tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mediċina Januvia tiġi nkluża fil-formularju tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’April ta’ din is-sena, id-Dipartiment tas-Sahha zied il-medicina gliptins fuq il-formularju tal-gvern.
Leg 12 PQ #25445 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-Dawl u l-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-provvedimenti meħtieġa sabiex dan jissolva.

Liċenzja tal-Karozza — każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bil-liċenzja tal-karozza?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament għandu dawn il-kategoriji fil-liċenzja tas-sewqan tiegħu: B, B+E, B1, C, C+E, C1 u C1+E. Infurmat ukoll li l-persuna konċernata m’għandux il-liċenzja tas-sewqan bil-kategorija D. Il-Learner’s Permit kien inħariġlu fl-2011 u fil-fatt dan kien għamel it-test tas-sewqan għal kategorija D darbtejn f’Ġunju 2011, iżda m’għaddiex. Għaldaqstant, dan l-individwu ma rnexxilux jottjeni l-Kategorija D.

Stage tal-linja – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21377 datata l-1 ta’ Diċembru 2015, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadu bil-problema tal-istage tal-linja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li Transport Malta qegħda fil-proċess li tindirizza l-problema li għandu is-sinjur li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament.
Leg 12 PQ #25347 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Problema fuq taxxa – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li għandu problema fuq it-taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Inland Revenue għamel kuntatt mal-individwu kkonċernat u rriżulta li l-każ tiegħu jirrigwarda pagamenti konnessi mal-early retirement scheme tal-Airmalta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #25348 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – tindif ta’ kamra fit-tarf tat-triq

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17805 datata t-8 ta’ Lulju 2015, jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni peress li kollox għadu kif kien b'deteriment għar-residenti inkwistjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma Lill-Onor. Interpellant li minn spezzjonijiet li saru mid-dipartiment għas-Saħħa Ambjentali ġie kkonfermat li l-akkumulu ta’ ħmieġ li kien hemm fil-kamra li tinsab fit-tarf ta’ Triq Dun Manwel Zammit, Siggiewi ġie mnaddaf u l-kamra ngħalqet bl-injam sabiex ebda ħamiem jew annimali oħra ma jkollhom aċċess għaliha. Is-sitwazzjoni prezenti rigward din il-kamra hija mnaddfa u magħluqa. Kien hemm ukoll ġiebja b’akkumulu ta’ ilma qiegħed li wkoll kien qed jikkawża nkonvenjent u dan l-akkumulu ta’ ilma tneħħa wkoll.
Leg 12 PQ #25349 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu każ ta' kumpens ta' meta kien jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwiet.

Ħal Qormi – Triq ir-Rebbiegħa — stage

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22740 datata 21 ta’ Jannar 2016, jista' l-Ministru jindika xi żviluppi kien hemm peress li dan l-istage għadu fl-istess pożizzjoni u għaldaqstant għadu joħloq inkonvenjent u periklu għal dawn ir-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bit-tibdil li seħħ fin-network tat-trasport pubbliku, il-bus stop li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant m’għadux iservi bħala l-punt minn fejn il-karozzi tal-linja li jkunu qed joperaw fuq ir-rotta 63 jieqfu sabiex jibdew il-vjaġġ lura lejn il-Belt. Minflok, il-karozzi tal-linja fuq din ir-rotta qed jistennew fuq bus stop ġdid li twaħħal fi Triq id-Deheb Fin.

Awtorità tad-Djar — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministeru jara li l-Awtorità tad-Djar tikkuntattja lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħol li qiegħed isir mill-istess Awtorità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament fejn ġiet infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ħadet azzjoni fuq l-ilment tagħha.

Ħal Qormi – Kunsilli Lokali – stat tal-bankini fil-lokal

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar l-istat tal-bankini fil-lokal?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsilli Lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess Kunsilli Lokali. Id-domanda tal-Onor Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ Kunsill Lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi.

Malta — EU Information Centre – ħaddiema - kariga

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 25104 u tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, sena b’sena? Tista’ tgħid x’kienu l-karigi tagħhom? Tista’ tgħid x’kien il-pakkett sħiħ ta’ remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, li kienu jirċievu, kariga b’kariga? Tista’ tgħid fuq liema bażi kienu magħżula dawn il-persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta — EU Information Centre – ħaddiema fis-settur/servizz pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija 25105 u tgħid mill-persuni kollha li ħadmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, kemm kien hemm impjegati li kienu diġà jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku qabel ma bdew jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre u kemm minnhom ma kenux? Tista’ tgħid kemm baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku wara li l-Malta - EU Information Centre ma baqax jopera u f’kull każ fejn baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta — EU Information Centre – lista ta’ konsulenti/kumpanija ta’ konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 25103 u tagħti lista ta' kumpaniji u individwi, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta — EU Information Centre – lista ta’ konsulenti/kumpanija ta’ konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 25102 u tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #25222 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament peress li għandha xi problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ huwa solvut.