Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ pensjoni mal-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fir-ristrutturar li sar fil-PBS fl-2004, il-persuna li detallji dwarha intghataw separatament għażlet skema tal-irtirar ‘A’ li silta minnha tgħid kif ġej:
“Din l-iskema ta’ rtirar kmieni mix-xogħol hi miftuħa għal dawk l-impjegati li jkunu għalqu 56 sa l-24 t’April 2004. Dawn l-impjegati jistgħu jagħżlu li jieħdu pagamaent kull xahar sakemm jilħqu l-eta’ pensjonabbli tagħhom skont il-liġi, ikkalkulat fuq il-paga bażika preżenti tagħhom.
Impjegat li japplika għal din l-iskema jkun intitolat għal żewġ terzi tal-paga bażika sakemm jilħaq l-eta’ tal-pensjoni. L-ogħla rata li impjegat jista’ jieħu bħala pagament kull xahar taħt din l-iskema hi ta’ żewġ terzi ta’ Lm6,749 li hi l-pensjoni massima preżenti skont il-liġi Att Dwar is-Sigurta Soċjali, Kap 318). Kull min jieħu din l-iskema jkun intitolat ukoll għal żewġ terzi taż-żieda li tingħata kull sena għall-għoli tal-ħajja, kif ukoll għall-bonus sħiħ ta’ Ġunju u Diċembru u ż-żewġ terzi tal-bonus ta’ Marzu u Settembru.”
L-aħħar grad tiegħu fil-PBS kien Receptionist/Telephone Operator, cioe grad li ma baqax fis-seħħ wara r-ristrutturar tal-2004. Dan l-individwu sar pensjonabbli fl-Lulju 2008 u beda jieħu l-pensjoni skont il-proċeduri normali tas-Sigurtà Socjali Nazzjonali. Għaldaqstant jien informat li l-PBS m’għandha l-ebda obbligu fuq dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li għandu problema ta’ parkeġġ quddiem il-ħanut tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet kuntatt mal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament u se tkellem lill-Kunsill Lokal kkonċernat sabiex tinstab soluzzjoni għal dan il-każ.
Ħaż-Żebbuġ – Triq Dun Salv Ciappara – ċint madwar għalqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tara li l-liġi tiġi osservata u jinbena ċint madwar l-għalqa li tinsab fi Triq Dun Salv Ciappara f’Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita qiegħda tħejji pjan mal-Cleansing Directorate sabiex, fejn qiegħed jintrema skart b'mod illegali fuq plots privati, tkun tista' tittieħed dik l-azzjoni neċessarja biex il-ħsara u l-inkonvenjent jitneħħew mill-aktar fis possibbli.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25349 datata 5 ta’ Mejju 2016, fejn ġejt infurmat li l-każ qiegħed jiġi segwit, jista' l-Ministru jinfurmani xi żviluppi kien hemm dwar il-każ ta' kumpens li dan l-individwu kellu meta kien jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, peress li għadu mingħajr risposta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit u l-imsemmija persuna ngħatat risposta mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Skart mormi f’għalqa biswit residenza – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba li qiegħed jintrema skart f'għalqa biswit ir-residenza tagħha u li qegħda toħloq problemi ta’ saħħa u sigurtà?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċerant.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jitneħħa l-abbuż u l-periklu li hemm għall-baħħara fil-bajja tax-Xemxija hekk kif indikat fir-ritratti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tieħu l-passi neċessarji biex kull periklu jitneħħa mill-aktar fis possibli.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tiġdid ta' kuntratt fuq il-post tax-xogħol tagħha minn xahar għal xahar?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija tressaq għal l-attenzjoni meħtieġa tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER).
Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta – EU Information Centre – lista ta’ kumpaniji u individwi
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kumpaniji u individwi, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Ninform lill-Onor, Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
San Vinċenz – ħlas mill-pensjoni għall-akkomodazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament rigward ħlas mill-pensjoni għall-akkomodazzjoni f'San Vinċenz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-kontribuzzjoni li l-persuna msemmija qiegħda tħallas hija korretta u minħabba li hija residenti f’San Vinċenz de Paul tħallas 80% skont d-dħul tagħha minn kull pensjoni li tirċievi, skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318 u LS 318.13).
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji fi Triq Bertu Hyzler f’Ħal Qormi peress li hemm parti minnha li qed iżżomm għadajjar tal-ilma bil-konsegwenza li qiegħed jinħoloq inkonvenjent għar-residenti ta’ din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali se jgħaddi dan l-ilment lill-Perit tal-Kunsill sabiex jiġi evalwat, u jimxi skont ir-rakkomandazzjoni tiegħu u skont jekk il-Kunsil ikollux fondi biżżejjed għall-ispejjeż involuti biex isiru tiswijiet neċessarji fi Triq Bertu Hyzler f’Ħal Qormi.
Jista’ l-Prim Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex fiż-żona Ta’ Farsina Ħal Qormi fejn hemm il-flats tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qiegħed jinqata’ d-dawl ta’ spiss?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li minn spezzjoni li saret fuq il-post imsemmi, rriżulta li l-qtugħ kien ikkaġunat minn installazzjoni interna. Għaldaqstant l-infrastruttura tal-kumpanija f’dawn l-inħawi qed tiġi ri-inforzata. Ix-xogħlijiet mistennija li jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward possibbilità ta’ għajnuna għall-pubblikazzjoni ta’ poeżiji?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsill Malti għall-Arti joffri servizz ta’ brokerage għall-klijenti li permezz tiegħu kull min huwa interessat li jersaq lejn xi fond immexxi mill-Kunsill jew għandu xi mistoqsija dwar is-setturi kulturali u kreattivi, ikun jista’ jagħmel dan.
Il-persuna li dettalji dwaru ingħataw separatament għamlet użu minn dan is-servizz nhar it-28 ta’ Marzu 2016 meta għamlet kuntatt mal-Kunsill Malti għall-Arti permezz tat-telefon u kellmet lil wieħed mill-Creative Brokers.
Bħal ma jiġri f’kull każ, ingħatat spjegazzjoni ddettaljata dwar il-fondi mmexxija mill-Kunsill li jistgħu jkunu ta’ rilevanza għall-artist partikolari – bħal Malta Arts Fund u l-fond Komunitajiet Kreattivi. Minbarra spjegazzjoni fuq it-telefon, tingħata r-referenza tas-sit fejn wieħed jista’ jsib id-dettalji kollha marbuta mal-fondi u l-inizjattivi tal-Kunsill u tiġi offruta laqgħa li matulha tingħata aktar informazzjoni.
Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom sena b’sena, matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Tista’ l-Ministru tgħid mill-persuni kollha li ħadmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, kemm kien hemm impjegati li kienu diġà jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku qabel ma bdew jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre u kemm minnhom ma kenux? Tista’ tgħid kemm baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku wara li l-Malta - EU Information Centre ma baqax jopera u f’kull każ fejn baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, sena b’sena? Jista’ jgħid x’kienu l-karigi tagħhom? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett sħiħ ta’ remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, li kienu jirċievu, kariga b’kariga? Tista’ tgħid fuq liema bażi kienu magħżula dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Skema għall-persuni b’diżabilità – trasferiment ta’ karozza – każ ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema li qiegħed isib dwar trasferiment ta' karozza taħt l-iskema għall-persuni b'diżabilità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru diġa għamel kuntatt mal-individwu kkonċernat u l-problema tiegħu ġiet solvuta.