B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31562, jista’ l-Ministru jgħid x'informazzjoni qiegħda tinġabar peress li dan it-tibdil sabiex Valletta Road tiġi two way ilu li ġie approvat mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn ħames xhur ilu? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi qiegħed iżomm milli dan ix-xogħol jiġi implimentat?
Kunsill Lokali tas-Siġġiewi – Triq Dun Anton Vella – passi kontra min jarmi ħmieġ fejn l-iskips
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27961 datata 26 ta’ Ottubru 2016, fejn kont ġejt infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ma kellu l-ebda każ li fih kien hemm bżonn jittieħdu passi kontra xi persuni rigward rimi ta' skart, jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minħabba li kif jixhdu r-ritratti li kopja tagħhom qed jingħataw separatament għadu jintrema kull tip ta' skart anke fuq il-bankini madwar l-iskips b'detriment u nkonvenjent kbir għar-residenti tal-madwar, anke minħabba l-fatt li issa żdiedet ukoll skip oħra għall-ħwejjeġ użati u li minħabba f'hekk se jagħti lok għal iktar abbuż?
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb u meta ser isiru x-xogħlijiet ta’ asfaltar fuq Sqaq il-Qasba f’Ħal Qormi peress li wiċċ it-triq jinsab fi stat ħażin kif jixhed ir-ritratt li qed jingħata separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq San Oswald fl-Imtarfa, eżattament quddiem iċ-Ċentru ta’ Persuni b’Diżabilità minħabba li qed ikun hemm ostakli għal dawk il-persuni li jużaw il-wheelchair?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq San Oswald fl-Imtarfa, eżattament quddiem iċ-Ċentru ta’ Persuni b’Diżabilità minħabba li qed ikun hemm ostakli għal dawk il-persuni li jużaw il-wheelchair?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li Imtarfa jagħmel il-manutenzjoni neċessarja ta’ din il-pjazza b’mod regolari. Skont ir-rekords tal-Kunsill jidher li l-aħħar darba li sar xogħol bil-cold asphalt kien f’Novembru 2016. Infurmat mill-Kunsill li jerġa’ jagħmel tali xogħol ta’ patching kemm-il darba jsib li reġa’ hemm bżonn.
Intant infurmat mill-Kunsill li qed jaħdem fuq pjan ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza kollha, li tinkludi wkoll ir-
resurfacing
tat-triq u l-parkeġġ biex, kif ikun hemm xi possibbiltà ta’ applikazzjonijiet għall-fondi, ikun bil-lest biex jissottometti l-applikazzjoni tal-proġett.
Għajn Tuffieħa — Triq l-Imġarr u Triq Żebbiegħ - traffic management
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward pjan fuq traffic management jew bini ta' struttuti fi Triq l-Imġarr u Triq Żebbiegħ, Għajn Tuffieħa minħabba li qegħdin isiru diversi aċċidenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tagħmel kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' fostering?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) għaddieli rapport tat-tagħrif meħtieġ dwar dan il-każ miġbur mill-professjonisti tal-Aġenzija Appoġġ. Il-professjonisti qed jagħmlu dak kollu li huwa meħtieġ biex jgħinu lil kull min hu involut f’dan il-każ.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-natura tal-każ ma tippermettix li niżvela dettalji bħala tweġiba parlamentari.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-programm il-ġdid ta' għajnuna li l-Gvern se joħroġ għal dawk li qabel kienu jikkwalifikaw għal għajnuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea imma peress li l-kriterji nbidlu min-naħa tal-Unjoni Ewropea ma baqgħux jirċievu din l-għajnuna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li ġie ffirmat il-kuntratt mal-kumpanija li rebħet it-tender, din il-ġimgħa ser jibda l-ippakkjar ta’ dawn il-pakketti tal-ikel. Dawn ser jitqassmu lil dawk il-familji li:
1. Jirċievu benefiċċju mhux kontributorju u li għandhom wild wieħed taħt is-16-il sena;
2. Persuni waħedhom li jirċievu pensjoni tal-eta mhux kontributorja li hija ‘means tested’;
3. Familji li jirċievu l-‘Energy Benefit’:
- B’wild wieħed taħt is-16-il sena;
- B’żewġ ulied taħt is-16-il sena;
- Bl-ulied kollha l-fuq 16-il sena;
- Mingħajr ulied;
4. Familji li jirċievu pensjoni tad-diżabilita’ u li ma jaħdmux
Huwa stmat li t-tqassim jibda lejn it-tielet ġimgħa ta’ April minn numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex.
Is-Siġġiewi – Żona magħrufa bħala Tal-Ħofor – tfigħ ta’ drenaġġ tal-annimali fit-triq
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18530, jista' l-Prim Ministru jindika x'inhi l-possibbiltà li tittieħed azzjoni diretta permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar peress li dan l-abbuż qiegħed jibqa' għaddej minħabba burokrazija u proċeduri legali oħra li ilhom pendenti għal numru ta' snin għad-detriment tas-saħħa tan-nies u tal-ambjent tal-madwar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill l-Awtorità li l-istess Awtorita diġa wettqet Direct Action fuq is-sit inkwistjoni fejn gie imbattal id-demel li kellu il barra mid-demmila u ordnat lis sid sabiex jibni il-ġwiebi reqwisiti fil permess biex jigi evitat ħruġ ta’ dranagg fil-madwar. L-Awtorità ordnat ukoll sabiex jattempera ruhu mall-permess billi fost affarijiet ohra idahhal Waste Management Plan. Huwa fl-obbligu tas-sid li l-ġwiebi ma jkunux imfawwra bil-materjal. Fin nuqqas ta’ dan l-Awtorità mhux teskludi li tiskala l-azzjonijiet fil-konfront tas-sit inkwistjoni. L-Awtorità hija nfurmata li għaddejjin diversi kazijiet legali minn Awtoritajiet/Dipartimenti kontra sid ir-razzett u għaldaqstant kull tip ta’ azzjoni li tittiehed għandha tkun konġunta.
Ħaż-Żebbuġ – Triq Dun Salv Ciappara – ċint madwar għalqa
Question
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22501, 24977 u 27162, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni neċessarja peress li ma kien hemm l-ebda żviluppi dwar is-sitwazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita wettqet spezzjoni fuq is-sit li huwa suggett ghall ECF 14/09 fejn irrizulta li is-sit huwa diga mdawwar b’cint baxx li jindika dimarkazzjoni ta’ l-art. Intant ser jigu organizzati laqgħat mall-Kunsill Lokali ta’ Haż-Żebbuġ sabiex jintlahaq ftehim dwar ix-xogħolijiet meħtiega ghar-rigward ta’ kostruzzjoni ta’ ċint li qed jigi riferut għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talba mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex Triq in-Nassab issir one way?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm talba mill-Kunsill Lokali biex parti minn Triq in-Nassab issir One-Way iżda kif kien propost mill-Kunsill Lokali kien ser jiżdied it-traffiku fi Triq Ħal-Qormi u fis-Slip Road li tagħti għall-Ħamrun/Marsa By Pass. Għalhekk din il-proposta ma’ ġietx milqugħa mill-Kumitat responsabbli mill-Immaniġġjar tat-Traffiku.
Ħal Qormi — Triq u Sqaqien ta' Dun Marju - problema ta' għargħar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20936, jista’ l-Ministru jgħid xi żvilupp kien hemm fuq il-każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab informat li wara li sar studju u ttieħdu l-konsiderazzjonijiet kollha taż-żona ta’ Triq Dun Marju, jirriżulta li f’din it-triq m’hemmx problema ta’ għargħar. Minkejja dan, l-ilma tax-xita li jinżel bis-saħħa matul Triq Dan Marju joħloq inkonvenjent għal xi djar li hemm fi Triq Aloisio, faċċata ta’ Triq Dun Marju. Minħabba f’hekk, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura ser joħroġ sejħa għall-offerti biex isir culvert fil-parti t’ isfel ta’ Triq Dun Marju biex jittaffa dan l-inkonvenjent. Ma jirriżultax li hemm bżonn li dan il-culvert jibda minn Sqaq Numru 2.
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kumpens dwar triq li għaddiet mill-proprjetà tiegħu snin ilu però l-Gvern preċedenti baqa' ma ħallasx lis-sidien?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill- Onorevoli Interpellant biex jindika l-art in kwistjoni fuq pjanta jew jagħti aktar dettalji.