Legislature:
Category:
Reset
Active:

Irranġar ta’ saqaf – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat saqaf ta’ kamra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li minkejja li rrappurtat dan sena ilu, ħadd għadu ma kellimha? Jista’ jara li l-ħaddiema jaraw l-ilment u jieħdu azzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, ma jidhirx li dan l-ilment kien ġie rrapurtat qabel. Madanakollu l-inkwilina msemmija ġiet ikkuntatjata, u ttieħdet nota tal-ħsarat filwaqt li ġiet mgħarrfa li għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġi vverifikat l-ilment.

Akkomodazzjoni Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward akkomodazzjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar diġà qegħda f'kuntatt mal-persuna kkonċernata.

House Visit – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir house visit lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 29875. Il-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Programm tas-Sedqa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward programm tas-Sedqa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b'mod separt qed jiġi segwit u jingħata l-għajnuna neċessarja.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fejn ingħatat il-parir sabiex tapplika għall-Pensjoni tar-Romol.

Tneħħija ta' Supplimentari — każ ta' persuna

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29325, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadu ma sarx kuntatt magħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, ġiet ikkuntatjat mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, illum 23 ta’ Jannar 2017.

Każ ta’ LSA – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament fuq każ ta’ LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li rigward il-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hemm proċess x'jiġi segwit. Iktar informazzjoni dwar dan il-proċess qed tingħata lill-Onor. Interpellant separatament b'mod kunfidenzjali.

Problema ta’ tank tal-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li fil-blokk flats fejn joqgħod, hemm tank tal-ilma tal-asbestos? Jista’ d-dipartiment jara li dan it-tank jinbidel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, it-tankijiet tal-ilma jappartjenu għall-inkwilini nfushom u għaldaqstant jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom stess. Diġà sar kuntatt mal-inkwilin li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat, fejn ingħata din l-informazzjoni.

Kalaxlokk — somma - każ ta' indivdwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward somma mill-Kalaxlokk?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna msemmija għadha ’l bogħod mill-età tal-irtirar u għalhekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux somom x’jagħti lill-imsemmi individwu.

Applikazjoni għal home – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ dħul ġewwa home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Programm tad-droga – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familjari tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ programm tad-droga?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, sar kuntatt mill-Aġenzija Sedqa mal-familjari tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ġie mfisser lilhom il-proċess neċessarju sabiex wieħed ikun jaf xi jrid jagħmel.

Aġenzija Appoġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta servizz mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Aġenzija Appoġġ kienet diġa’ qiegħda ssegwi l-każ inkwistjoni u tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-familja indikata.

Maltacom — Flus minn Shares - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29359 u 29222 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward flus minn shares tal-Maltacom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant qed tingħata f'xi seduta oħra.

Home Visit – każ ta’ anzjan

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ssirilha home visit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #29879 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Hip Bone – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27292, jista' l-Ministru jerġa' jara li jsir kuntatt mal-individwu peress li għadu ma sar l-ebda kuntatt miegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kuntatt mal-imsemmija persuna sar mill-ewwel u l-każ għadu qed jiġi segwit.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jiġi vverifikat mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, it-tiswijiet imsemmija kienu saru sena ilu u ma kien wasal l-ebda lment dwar xi ħsarat li setgħu rriżultaw fil-gallerija tal-appartament sottostanti. Madanakollu, għandha ssir spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar biex jiġi vverifikat dan l-ilment.

Persuni li twieldu fl-1947 — pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid individwu li twieled fl-1947 li ħadem u ħallas il-bolla dejjem u kellu paga ta' LM100 fil-ġimgħa u li spiċċa ta' 61 sena, kemm għandu pensjoni llum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa wieħed partikolari, għalhekk nitolbu li jirreferi l-persuna fl-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-lokalità tiegħu.

Persuni li twieldu fl-1952 — pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid individwu li twieled fl-1952 li ħadem u ħallas il-bolla dejjem u kellu paga ta' LM115 fil-ġimgħa u li spiċċa ta' 62 sena, kemm għandu pensjoni llum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa wieħed partikolari, għalhekk nitolbu li jirreferi l-persuna fl-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-lokalità tiegħu.

Persuni li twieldu fl-1952 — pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid individwu li twieled fl-1952 li ħadem u ħallas il-bolla dejjem u kellu paga ta' LM160 fil-ġimgħa u ħallas il-bolla full għall-20 sena u li spiċċa ta' 62 sena, kemm għandu pensjoni llum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa wieħed partikolari, għalhekk nitolbu li jirreferi l-persuna fl-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-lokalità tiegħu.
Leg 12 PQ #29348 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Drenaġġ miftuħ — sqaq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi rranġat drenaġġ miftuħ fi sqaq li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-individwu ġie kkuntatjat u deher biċ-ċar li l-problema mhijiex ta’ drenaġġ iżda ta’ natura sanitarja li hija riżultat ta’ xogħlijiet li saru minn terzi fil-propjeta biswit dik indikata fil-mistoqsija parlamentari,