Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li ilha ma tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma ix-xhur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li se jintbagħat meter reader ħalli jieħu r-reading biex issir regulazzjoni fil-kontijiet.

Postijiet tal-Gvern — Talba għal bdil

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilu bla risposta mill-Awtorità tad-Dar rigward bdil ta' post?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikant u l-mara tiegħu applikaw biex ibiddlu l-fond tagħhom nhar l-24 ta’ Diċembru, 1993. Huma għandhom bżonn post isfel peress li l-koppja għandhom probema ta’ mobilità u ma jistgħux jitilgħu taraġ. Il-lokalità preferuta tagħhom hija Paola. L-applikazzjoni tagħhom qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Konvenji — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tixtieq tixtri l-post fejn qed tgħix u wara li għamlet il-kuntratt tal-konvenju qalulha li ma tistax?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma akkwistatx il-permessi neċessarji sabiex tkun tista’ tipproċedi bil-bejgħ ta’ dan il-post mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet peress li l-art għadha ma ġietx akkwistata mill-Gvern.

Awtorità tad-Djar — skemi għal xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38364, jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-applikazzjonijiet li faddalhom issir l-ispezzjoni finali li tikkonferma li x-xogħlijiet approvati mill-Awtorità tad-Djar huma lesti min-naħa tal-applikant? Jista' jgħid kemm huma dawk l-applikazzjonijiet li għadha ma saritilhomx l-ewwel spezzjoni teknika li toħroġ l-istima ta' kemm l-awtorità se tapprova bħala għoti f'każ li l-applikant ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-iskemi? Jista' jispjega l-fatt li fit-tweġiba jidher li hemm spezzjonijiet b'lura din is-sena meta mqabbel mas-sena 2011 u jekk dan hux jaffetwa l-applikant f'dewmien ta' ħruġ ta' pagament fuq ix-xogħlijiet ta' rranġar li jkunu ġa tkomplew mill-applikant, kif ukoll hux jaffettwaw l-applikant billi żżommu milli jibda x-xogħlijiet ta' rranġar minħabba li qabel tkun trid tinħareġ l-istima approvata mill-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar ghandha: i) 15-il applikazzjoni pendenti ghall-ispezzjoni li tikkonferma li x-xoghlijiet huma lesti minnaha tal-applikant. ii) 170 applikazzjonijiet pendenti ghall-ewwel spezzjoni li tidentifika x-xoghlijiet necessarji u l-ghotja ntitolata Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispezzjonijiet kellhom jieqfu għal xi ¿mien minħabba inċident stradali li sofrew i¿-¿ewġ tekniċi inkarigati minn din l-iskema waqt li kienu qed jagħmlu l-ispezzjonijiet. L-applikazzjonijiet pendenti ġew indirizzati, u matul dawn l-aħħar xhur kwa¿i inqatgħu għal kollox. Fil-fatt qed isiru madwar 25 spezzjoni fil-ġimgħa.

Servizz ta' Home Help — nuqqas ta' helper

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' din il-kopja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li ma hemmx reliever, qed tispiċċa għal ġranet sħaħ mingħajr helper?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-servizz tal-Home Help lill-klijenta li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant dejjem ingħata regolarment ħlief fid-19 ta’ Ottubru u fit-30 ta’ Novembru meta is-Social Assistant inzertat fuq vacation leave. Qabel dawn id-dati sa l-aħħar ta’ Settembru din il-klijenta kemm-il darba ibbenefikat mis-servizz tar-reliever meta għal xi raġuni is-Social Assistant ta’ din il-klijenta ma’ setgħatx tipprovdilha servizz.
Leg 11 PQ #38709 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Intern

Local Enforcement System — Authorised Officer li jagħtu servizz ma' kull kumitat reġjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-authorised officers fi ħdan il-Local Enforcement System? B'liema sistema qed jitħallsu? Kemm daħħlu fi flus kull authorised officer li qed jagħtu s-servizz ma' kull Kumitat Reġjonali kull xahar bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38710 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Intern

Kumitat reġjonali — impjieg ta' skrivani u uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012, kull kumitat reġjonali, kemm qed jimpjega skrivani u uffiċjali full-time direttament miegħu? Kemm qed jimpjega part-timers u kemm qed jimpjega b'kuntratt definit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38711 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Intern

Local Enforcement System — prosekuturi fit-Tribunal Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma il-prosekuturi fit-Tribunali Lokali fi ħdan il-Local Enforcement System? B'liema sistema qed jitħallsu? Kemm daħħlu fi flus kull prosekutur bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38712 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Intern

Kumitat Reġjonali — kumpanija tal-Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hija l-kumpanija tal-gwardjani lokali kuntrattati ma' kull kumitat reġjonali? Minn meta bdew il-kuntratti ma' kull kumitat reġjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ex Ħaddiema tat-Tarzna li daħlu jaħdmu mal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ħaddiema tal-ex Tarzna li wara li spiċċaw mit-Tarzna ħadu s-somma u daħlu mal-gvern? Jekk iva, kemm kienu u fejn daħlu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat jiġifieri lil Ministru responsabbli mill-ETC

ARMS Ltd — meter

Question

Jista' l-Ministru jara li xi ħadd mill-ARMS Ltd. jikkuntatja lill-kopja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha peress li ħiereġ l-ilma mill-meter ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — skema biex tgħin fix-xogħlijiet ta' rranġar fir-residenzi

Question

Rigward l-iskema li ħarġet din is-sena l-Awtorità tad-Djar sabeix tgħin speċifikament lill-persuni 'l fuq minn 60 sena sabiex jagħmlu xogħlijiet ta' irranġar fir-residenza tagħhom, jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien damet miftuħa u f'liema ġurnata għalqet din l-iskema? Jista' jgħid jekk din l-iskema kinetx fis-seħħ bejn is-sena 2008 u 2011?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-iskema msemmija ghall-persuni ‘l fuq minn 60 sena kienet skema gdida, u l-Awtorita’ tad-Djar ma kellhiex skema bl-istess kundizzjonijet bejn is-sena 2008 u s-sena 2011. L-iskema ‘Nirranga d-Dar Tieghi’ giet ippubblikata fit-28 ta’ Mejju 2012 u ghalqet fit-28 ta’ Lulju 2012.

Servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha bżonn is-servizz ta' home help ta' erba' sigħat fil-ġimgħa u din mhux l-ewwel darba qegħdha tispiċċa mingħajr servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna msemmija tinsab mingħajr servizz tal-Għajnuna fid-Dar minħabba li preżentament l-Assistenta Soċjali allokata lilha qiegħda fuq leave fit-tul minħabba raġunijiet familjari. Madankollu din is-sitwazzjoni dalwaqt tiġi għan-normal la darba jibda jopera s-servizz tal-kuntrattur.

Awtorità tad-Djar — policy dwar talbiet ġodda għall-allokazzjoni ta' post

Question

Rigward l-allokazzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad-Djar, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Awtorità għal talba mill-ġdid għall-allokazzjoni ta' post minn l-inkwilini li jkun ġa rikonnoxut u jgħix f'post mogħi mill-Awtorità u/jew Dipartiment tal-Artijiet? Jista' jgħid wara kemm żmien l-inkwilin jkun jista' japplika sabiex jiġi allokat post ieħor flokk dak li għandu u jekk qattx ġiet miksura din il-proċedura? Jista' jikkonferma u jispjega jekk hux possibli li r-raġunijiet dwar meta u jekk saru eċċezjonijiet għal ksur ta' din ir-regola?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy li tħaddan l-Awtorita’ tad-Djar fil-preżent hi li talbiet għat-tpartit jintlaqgħu biss wara tlett snin minn meta l-applikanti jkunu ġew allokati post bil-kera. L-Awtorita’ tilqa’ xi eċċezzjonijiet bhal f’ każijiet ta’ mard, fejn ikun hemm tilwim ta’ natura gravi bejn ir-residenti.

Art mogħtija liċ-Ċentru għall-Ħarsien tal-Annimali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38429 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid il-klawsoli li fihom lil min ta l-art biex jibda jopera ċ-ċentru għall-ħarsien tal-annimali, kemm ingħata ħlas ta' kera fis-sena? Kemm ingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea? X'kundizzjonijiet il-gvern ta lil min qed jieħu ħsieb dan il-proġett? Kemm huwa obligat li jħallas kull persuna biex tagħmel użu minn dan is-santwarju? Il-gvern jagħti sussidju? Jekk iva, kemm u jekk le, hemm il-ħsieb? Dan jitmexxa b'mod kummerċajli jew b'mod volontarju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Applikazzjoni għal linja tat-telefown

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna li jkollha linja tat-telefown mill-aktar fis?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Kuntratt għall-ħlas tal-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li din tieħu ħsieb tifel li ommu tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u tixtieq li jsir kuntratt biex tkun tista' tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma b'mod raġjonevoli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijent.

Ċentri tas-Saħħa — security gaurds

Question

Wara memo phcd 55/2012 fejn qed titlob li securities fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma jibqgħux tnejn f daqqa imma wieħed biss filgħaxija, jista' l-Ministru jara li wara xi sentejn u nofs ilu jew aktar kien ikun hemm security wieħed biss fiċ-Ċentri tas-Saħħa fejn jibqgħu miftuhin 24 siegħa u wara li sar inċident u ġie aggredit tabib beda jidħlu żewġ security issa wara li l-Ħadd 25 ta' Novembru wieħed mis-security ġie agredit minn pazjent u għalhekk jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li ikun hemm security wieħed? Jista' jara li mill-1 ta' Diċembru jkun hemm żewġ security b risħett lejn il-ħaddiema security?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn statistika li għandu d-Dipartiment tal-Kura Primarja jidher li bil-lejl in-numru ta’ attendenzi fiċ-ċentri tas-saħħa jonqos ħafna meta tipparaguna mal-attendenzi ta’ matul il-ġurnata. Barra minn hekk, is-servizzi li jkunu qegħdin jingħataw dak il-ħin huma biss tat-tabib u tan-nurse u servizzi oħra jkunu magħluqa. Għaldaqstant in-numru ta’ attendenzi u ta’ servizzi ma jirrekjedux li jkun hemm żewg security guards f’dak il-ħin bħal ma jkun hemm matul il-ġurnata. Id-Dipartiment għandu tolleranza żero għall-każijiet fejn l-impjegati tiegħu jiġu aggrediti kemm b’mod verbali u kemm b’mod fiżiku u jittieħdu l-passi kollha neċessarji, inklużi dawk legali, kontra min ikun ħati ta’ dan.

talba għal kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuan li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma peress li hi biss għadha ma rċevitux?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient