Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1664 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 453, peress li tal-Customer Care kellhom jikkuntajtaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u milli jidher dan l-individwu għadu ma ġiex ikkuntatjat, jista' jagħmel follow up ta' dan il-każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-każ ġie solvut.

Enemalta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jitneħħew wires biex ikun jista’ japplika biex jissewwa saqaf li waqa’?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar kuntatt bejn l-individwu u d-distrett ta' Raħal Ġdid fejn ġew spjegati lilu l-proċeduri f'dawn iċ-ċirkostanzi.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sabiex tkun ikkunsidrata mill-ġdid it-talba tagħha għal reviżjoni tal-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ għadda għand l-ARMS Ltd u qed jiġi investigat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li xi ħadd mill-impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jikkuntatjaw lis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kkuntatjat lis-sinjura msemmija dwar il-problema li għandha u ġiet iggwidata x'għandha tagħmel.
Leg 12 PQ #1461 Sitting 17 2013-05-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

income tax — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward income tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1223.

Djar tal-Anzjani — Każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 635 u 299 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla però issa lesta li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Il-persuna msemmija kienet applikat sabiex tidħol f’dar tal-anzjani tal-Gvern l-ewwel darba fl-1996. Din ġiet ammessa fid-Dar ta’ Bormla fis-sena 2002 u telqet mir-residenza minn jedda. Din il-persuna reġgħet applikat biex tidħol fl-istess dar fis-sena 2006 u ġiet ammessa mill-ġdid iżda reġgħet telqet mid-dar ta’ Bormla minn jedda. Fis-sena 2009 reġgħet applikat biex tidħol fl-istess dar u l-Bord approvaha bħala Prijorità Għolja. Saret ‘update’ tal-applikazzjoni fl-4 ta’ Novembru 2010 u l-Bord ikkonfermaha bħala Prijorita’ Għolja. L-istess proċedura ta’ ‘update’ reġgħet saret fis-26 ta’ Settembru 2012 u f’Ottubru 2012 din l-applikazzjoni reġgħet ġiet konfermata mill-Bord ta’ l-Ammissjonijiet bħala Prijorita Għolja. B’hekk din l-applikazzjoni tinsab fil-lista ta’ stennija ma’ applikazzjonijiet oħra.
Leg 12 PQ #1314 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 607 u jagħti l-informazzjoni ta' kemm saru operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni pediatric f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Meals on Wheels — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li għandu applikazzjoni pendenti għall-Meals on Wheels?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #1145 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sussidju fuq restawr ta' gallarija — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat biex tieħu sussidju fuq restawr ta' gallarija u minkejja li x-xogħol sar, għadha ma ħaditx il-flus tal-iskema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-records li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-persuna msemmija mill-Onorevoli Membru qatt m'applikat għall-iSkema ta’ Għoti ta’ Flus għall-Gallariji ta’ L-Injam, biex jieħu sussidju fuq restawr ta' gallarija. Ta' min jinnota li l-applikazzjoni msemmija (PA numru provdut - Minor internal alterations, extension of Maltese Balcony and completion of an existing room on the fourth floor of town house) fil-Mistoqsija, hija applikazzjoni ta’ ¿vilupp tal-MEPA u l-applikant ta’ din l-applikazjoni mhux il-persuna msemmija. Din l-applikazzjoni, li fost affarijiet oħrajn tikkonċerna wkoll talba għal bdil ta’ gallariji, kienet ġiet rifjutata fis-7 ta’ Novembru 2008.

tibdil ta' post — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li xi ħadd jikkuntattja lil din is-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha tliet itfal u tgħix ġo post tal-gvern u tixtieq li tibdel il-post biex iżżid kamra tas-sodda oħra biex t-tfal jgħixu f'ambjent aħjar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ikkonċernata ġiet ikkuntattjatha mill-Head of Customer Care u il-każ beda jitmexxa.

Djar tal-Anzjani — Każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 299 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla però issa lesta li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata aktar tard.

talba għal stairlift — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li applikat għal stairlift imma s'issa għadha bla risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni mingħand il-persuna msemmija fit-2 t'April 2013, u għalhekk l-applikazzjoni għadha fil-fażi inizjali tagħha.

Imrieħel — dawl mitfi

Question

Jista' l-Minsitru jara li mad-dawra tal-fabbrika fl-Imrieħel, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tkun mixgħula?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta qed tistenna l-applikazzjoni mill-Kunsill Loakli ta' Birkirkara biex is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata.

Każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex tkun tista' tiġi kkuntatjata bl-aħħar żviluppi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjatha u informatha mill-Customer Care Officer li qed jittieħdu l-passi neċessarji mall-Awtorità tad-Djar sabiex il-proċess jitħaffef.

Ilment rigward Bus Shelter

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38225 tal-leġiżlatura preċedenti, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li għandha lment rigward bus shelter?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata minn Transport Malta u jirriżulta illi fl-akwata fejn qiegħed jintalab sabiex jiġi stallat bus shelter, il-bankina hija dejqa ħafna u għaldaqstant mhux possibbli illi jitwaħħal tali bus shelter. Madankollu Transport Malta qiegħda tevalwa jekk tistax issib alternattivi oħra sabiex ikun jista’ jitwaħħal mezz ta’ kenn f’dawn l-inħawi.
Leg 12 PQ #607 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni ta' kemm saru operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni pediatric f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Children's allowance — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li għandha problema minħabba children's allowance?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tar-raħal tagħha għal aktar dettalji.