Jista’ l-Ministru jgħid hemmx pjanijiet li jkun hawn titjira diretta tal-ajru minn Malta għal Ġinevra, fl-Iżvizzera, peress li bosta Malti jżuru din il-belt minħabba l-uffiċċji importanti li jinsabu fiha?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta fil-fatt ittir dirett bejn Malta u Ġinevra darba fil-ġimgħa kull nhar ta’ Sibt bejn April u Ottubru. Għalissa m’hemmx ħsieb li ttir għal din il-belt anki fix-xitwa.
Pero’ l-Air Malta ittir ukoll bejn Malta u Zurich kuljum fis-sajf u ħames darbiet fil-ġimgħa fix-xitwa.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 2601 u 2286 u tara li titranġa l-ħsara li hemm fil-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-fond ġie spezzjonat fit-22 ta’ Marzu, 2012 minn uffiċjal tekniku tal-Awtorità tad-Djar iżda ma nstabietx ħsara fis-sistema tad-dranaġġ. Saret spezzjoni oħra fl-20 ta’ Ġunju, 2013 fejn reġa’ ma rriżultax l-ebda leakage. Minkejja dan, l-Awtorità tad-Djar ser tbiddel il-katusa minħabba illi din hija tal-asbestos.
Ser issir ukoll spezzjoni oħra fuq il-fond minn Perit tal-Awtorità nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju, 2013 rigward rapport ta’ ħsara f’gallarija li għamel l-istess inkwilin.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwara qed jintbagħtu separatament peress li ilha li applikat biex tidħol fi dar tal-anzjani u s'issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-koppja li qed jirreferri għalija l-Interpellant. Applikaw biex jidħlu f’dar għall-Anzjani tal-Mtarfa
Fi 23-08-2012. Is-Social Report sar 15/11/2012 u ġew approvati mill-bord fis-06/12/2012. Is-Sinjuri ngħataw kopja tal-korrispondenza.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li dan kien intitolat għal pillolli iżda issa jidher li dan is-servizz mhux se jitkompla jingħata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li dan il-każ ġie indirizzat u konkluż mill-Ministeru għas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li ilha ma tirċievi l-kont għal ħafna xhur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS Ltd hija infurmata b'dan il-każ u qed jittieħdu l-mużuri neċessarji biex tiġi indirizzata l-problema, inkluż li se ssir komunikazzjoni diretta mal-klijent.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2286 u tara li titranġa l-ħsara li hemm fil-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2288 u jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal xiri ta' oqbra dan għaliex qabel l-elezzjoni tal-2008 persuni ntalbu jekk hux interessati u fl-2013 talbuhom iħallsu €2,500? Fiex wasal ix-xogħol? Jista' dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jiġi kkuntatjat biex ikun jaf eżatt x'għandu jagħmel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent għaddejjin fuq ġbir ta’ informazzjoni fuq dak li kien sar qabel kif ukoll ninsabu f’kuntatt mal-MEPA rigward il-permessi meħtieġa. Qed jiġi wkoll studjat tender li kien għalaq f’Ottubru tal-2012.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1144 u tara li jitmexxa l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li għandu applikazzjoni pendenti għall-Meals on Wheels?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-fatt li s-sistema preżenti tal-meals on wheels ma tistax tilqa’ għat-talba li hemm għal dan is-servizz, fil-preżent id-Dipartiment qiegħed iħares lejn dan is-servizz biex mhux biss isaħħu iżda jestendih b’mod sostenibbli.
Tista’ l-Ministru tara li tinħadem ir-rata ta’ kemm se jkollu f ‘idu mill-pensjoni, l-pensjonant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minkejja li ilu li applika minn Frar 2013 għadu ma rċieva xejn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija fil-Mistoqsija Parlmentari numru 1919 se tiġi infurmata personalment permezz ta’ ittra.
Problema ta’ vit perikoluż – każ ta’ numru ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ta’ numru ta’ nies li għandhom problema ta’ vit perikoluż u li minkejja li ilhom jilmentaw ix-xhur għadu ma sar xejn dwar din il-problema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru fuq il-post u tkellmu mal-persuna kkonċernata.
Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li qiegħed quddiem is-servizzi soċjali ta’ Raħal Ġdid, fejn din il-persuna kienet ħallset tal-arloġġ tal-ilma li mhux suppost kienet tħallas għalih peress li l-persuna ma taħdimx minħabba raġunijiet ta’ mard?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tara li tittranġa l-ħsara li hemm il-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal xiri ta' oqbra dan għaliex qabel l-elezzjoni tal-2008 persuni ntalbu jekk hux interessati u fl-2013 talbuhom iħallsu €2,500? Fiex wasal ix-xogħol? Jista' dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jiġi kkuntatjat biex ikun jaf eżatt x'għandu jagħmel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jittela' ħajt jew issir xi forma ta' sapport biex jitneħħa l-periklu fl-east part taċ-Ċimiterju tal-Addolorata peress li huwa perikoluż ħafna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ż-żona ndikata fil-mistoqsija jiġifieri hija żona vasta fejn fid-disgħinijiet kienet saret estensjoni tac-cimiterju. F’din iż-żona, d-dislivelli huma aktar prominenti minn żoni oħra. Fil-partijiet li kienu ikkunsidrati l-aktar meħtieġa sar ilqugħ bil-wire fencing sabiex jitneħħa l-periklu.
Għaldqastant jekk l-Onorevoli Interpellant jista; jindika xi partijiet speċifiċi fejn iħoss li għad hemm periklu konsiderevoli, wieħed ikun jista` jikkunsidra jekk
wire fencing
f’dawn il-partijiet ikunx possibli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1663, 1315, 581 u 116 li oriġinarjmanet saru lill-Ministru għall-Ekonomija u Investiment u li issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk hux qed isiru diskussjonijiet fuq arretrati tal-ħaddiema tax-xatt?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 306, u ċioè li l-arretrati tal-ħaddiema tax-xatt huma s-suġġett ta’ erba’ kawżi miftuħa mill-ħaddiema tax-xatt, ħaddiema tax-xatt irtirati u werrieta tal-ħaddiema tax-xatt li kienu rtiraw.
Tista’ l-Ministru tara li tinħadem ir-rata ta’ kemm se jkollu f ‘idu mill-pensjoni, l-pensjonant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minkejja li ilu li applika minn Frar 2013 għadu ma rċieva xejn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li jidher li hemm xi problema dwar income tax?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.