Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħadet X-ray u kellhom jibagħtu għaliha f’Novembru għall-operazzjoni però għadha bla risposta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Jista’ l-Ministru jara li social worker iżżur u tara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward dħul f’Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Rotta nru 226 li kienet tgħaddi minn Joanne Garden Ħal Tarxien u tneħħiet, issa jekk hemmx il-ħsieb li terġa’ tibda tgħaddi minn dik ir-rotta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passiġġieri tal-inħawi imsemmija jistgħu jagħmlu użu mir-rotta 226 li tgħaddi minn Triq Paola f’direzzjoni waħda u tgħaddi minn fuq bus stops ‘Antnin’ jew inkella ‘Brittanja’, filwaqt li fid-direzzjoni l-oħra tgħaddi minn Triq Ħal Luqa fuq bus stop ‘Nazzarenu’. Dawn il-bus stops jinsabu madwar 350 metru ‘l bogħod minn Joanne Garden ġewwa Ħal Tarxien.
Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi rranġat l-arblu li jinsab fi stat perikoluż ġewwa Raħal Ġdid quddiem il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-arblu indikat jidher li ċċaqlaq minn postu wara li ntlaqat minn vettura f’inċident tat-traffiku fl-inħawi f’dawn l-aħħar jiem. Sfortunatament, ma sar l-ebda rapport lil Enemalta plc wara li saret din il-ħsara. Ħaddiema u kuntratturi ta’ Enemalta qed iwettqu x-xogħlijiet meħtieġa biex l-arblu jiġi rranġat minnufih.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq li l-liċenzja ta’ parker tinqaleb fuq it-tifel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi t-talba tal-Onor. Interpellant ma tistax tkun ikkunsidrata minħabba li skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament 65(4)(a) tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, liċenzja ta’ car park attendant hija personali u mhux trasferibbli.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li avolja ma taqbiżx it-€13,000 fis-sena, xorta qed tħallas taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tat-Taxxi Interni ġa għamel kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikulta li kellha setgħet tiġi indirizzata.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħallset ħafna ħlas żejjed?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tat-Taxxi Interni ġa għamel kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikulta li kellha setgħet tiġi indirizzata.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward membrane tas-saqaf ta’ flat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar l-inkwilin imsemmi kien xtara l-appartament fl-1993 u għaldaqstant huwa responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet neċessarji fl-appartament li huwa proprjeta tiegħu stess.
Awtorità tad-Djar – problema ta’ dħul ta’ ilma minn saqaf – każ ta’ individwu
Question
Jista l-Ministru jara li min-naħa tal-Awtorità tad-Djar jigi vverifikat il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar problema ta’ ilma li dieħel fis-saqaf?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar biex jivverifikaw l-ilment dwar il-ħsarat imsemmija fuq il-bejt.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jsiru t-tiswijiet neċessarji fl-appartament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għanda l-Awtorità tad-Djar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat, kien xtara l-appartament fl-1996 u għaldaqstant huwa responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet fl-appartament li huwa proprjeta tiegħu stess.
Post tal-gvern – spezzjoni fuq gallarija perikoluża – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li ssir spezzjoni fuq gallarija ta’ post tal-gvern li hija perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma jirri¿ultax li l-individwu li qed issir referenza għalih għamel rapport ta’ ħsarat lill-Awtorità tad-Djar. Madanakollu, l-Awtorita’ tad-Djar għamlet kuntatt miegħu, u infetaħ rapport dwar il-każ u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi sabiex jiġi vverifikat l-ilment.
Problema fis-saqaf ta’ appartament – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema fis-saqaf tal-appartament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar, sar kuntatt mal-inkwilin imsemmi fejn dan għamel ilment dwar tiswijiet li kienu saru fl-appartament f’Ġunju tal-2016. Għaldaqastant għandha ssir spezzjoni fil-post biex jiġi vverifikat l-ilment u jsir ix-xogħol rimedjali kif meħtieġ.
Awtorità tad-Djar – xogħlijiet f’appartament – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema fix-xogħlijiet li saru fl-appartament min-naħa tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar sar kuntatt mal-inkwilin imsemmi dwar tiswijiet li għadhom kemm saru fis-saqaf tal-appartament, fejn dan ikkonferma li kien sodisfatt bix-xogħlijiet kollha li saru.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward talba ta’ reserved parking?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni B’Disabilita’ ltaqa’ l-Ġimgha 27 ta’ Jannar 2017 u l-applikant ser jirċievi d-deċiżjoni tal-Bord bil-posta fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq żieda fil-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn ġie spjegat lilha d-diffikultajiet li kellha.