Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3855 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna s-Safra – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tintbagħat il-kartuna s-safra tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li waslu biex isiefru u għandhom bżonn il-mediċini?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Leg 12 PQ #3856 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-hip bone – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha erba’ snin tistenna biex tagħmel l-operazzjoni tal-hip bone u tinsab muġugħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.

postijiet tal-gvern

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3307, fil-każ tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li dan il-post jinsab vojt minħabba li l-anzjani jinsabu ġo home, tista' l-Ministru tara hux possibli li dan il-post jiġi allokat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tgħati s-setgħa lis-sid biex jieħu lura dawk il-postijiet li jkunu battala. Il-Policy li tħaddan l-Awtorità tad-Djar fil-preżent hija li ma titlobx lill-inkwilni li għandhom post mikri mill-Gvern sabiex jiddepożitaw iċ-ċwievet ta’ dawn il-postijiet sakemm huma jkunu residenti ġo dar tal-Anzjani. Din il-Policy qed tkun riveduta.

Djar tal-Anzjani — lista ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 3594 u 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 3799 f’seduta 53.

Post tal-Gvern – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tittranġa l-ħsara li hemm il-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-3 ta’ Lulju l-Awtorità tad-Djar għamlu kuntatt mal-klijenta. Hi iddikjarat li r-residenti li joqgħodu fis-sular ta’ fuqha, biddlu l-kamra tal-banju u probabilment ix-xogħol sar ħażin. B’konsegwenza t’hekk beda jillikja l-ilma ġos-saqaf tal-klijenta fejn ikkawża xi ħsarat. Barra minhekk , hi stqarret li l-istess appartament ta’ fuqha ħa n-nar u għal darb’oħra dan ikkawża ħsarat fis-soqfa tagħha. L-Awtorità tad-Djar bagħtet lill-ħaddiema sabiex isewwu l-ħsarat imsemmija iżda l-klijenta qalet li x-xogħol sar b’mod traskurat. L-istess ħaddiema stqarrew mal-klijenta li s-soqfa kienu perikolużi. Wara l-klijenta applikat għall-iskema “Sir Sid Darek” u saret spezzjoni tal-appartament tagħha. Minn spezzjona dan l-appartament iddikjara li s-soqfa ma kenux perikolużi. Għaldaqstant il-klijenta qed titlob li ssir spezzjoni oħra. Hi se tkun barra minn Malta matul it-tlett ġimgħat li ġejjin, għalhekk tixtieq li tiġi kkuntattjata lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Lulju

Djar tal-anzjani – lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list, kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Tindif ta’ ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitnaddaf il-ġibjun li hemm fejn il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li hemm ħafna nemus?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-tindif ta’ dan il-ġibjun imsemmi huwa ppjanat li jitwettaq matul dan is-Sajf.

Djar tal-anzjani – lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat għal akomodazzjoni soċjali imma sa issa għadha bla risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar il-25 t’April,2013. Hija toqgħod b’tolleranza mal-ġenituri tagħha, d-disa’ ħutha u persuna oħra ġo post bi tlett ikmamar tas-sodda mikri mill-Awtorita’ tad-Djar. Il-lokalitajiet preferuti tagħha huma n-naħa t’isfel ta’ Malta. Hija taħdem part time u d-dħul tagħha għas-sena 2012 kien jammonta għal €6,357. L-applikanta mħeġġa biex tipprova tikri mis-settur privat u tapplika għall-Iskema ta’ sussidju fuq il-kera dejjem jekk tkun konformi mal-kriterji tal-Awtorita’ tad-Djar. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha li applikat mill-2007 għal post tal-Awtorità tad-Djar u s’issa għadha bla risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar it-13 ta’ Frar,2009. Hija separata mingħajr tfal u toqgħod b’tolleranza m’ommha u ż-żewġ ħutha bniet, ġo post bi tlett ikmamar tas-sodda mikri mill-Gvern. Bhala lokalitajiet hija tippreferi kullimkien minbarra l-Kottonera. Hija tibbenefika mill-benefiċċji tal-qagħad u tieħu €76.02 fil-ġimgħa. L-applikanta applikat għal post tal-Gvern peress li għandha problemi familjari. L-applikazzjoni tagħhha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Servizz tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha qed tistenna li jkollha d-dawl u l-ilma ħalli tkun tista’ tidħol fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni ghas-servizzi tal-Ilma se jipprovdu s-servizz imsemmi mill-aktar fis possibbli

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-Awtorità tad-Djar tikkomunika mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fil-post li tgħix fih?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-peruna li għaliha qegħda ssir riferenza applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-6 t’Awwissu, 2008. Huwa joqgħod ġo “elavated groundfloor” li huwa mikri mingħand il-Gvern. Huwa jixtieq ipartat minħabba li għandu kundizzjoni medika (Fibromyalgia) f’għonqu u f’daru li ma tħallieħx jagħmel l-iċken xogħlijiet tad-dar. Minħabba hekk huwa għandu problema biex joħroġ mill-post peress li jinsab f’toroq li fihom hemm ħafna tlajja’ u nżul. Il-lokalitajiet preferuti tas-Sinjur huma kullimkien minbarra Belt u Cottonera. Fl-applikazzjoni għandna ċ-ċertifikati mediċi li jirreflettu l-mard tiegħu iżda m’hemm xejn x’jindika li l-post għandu xi ħsarat. L-Awtorita’ tad-Djar ghamlet kuntatt ma’ dan il-peruna fejn stqarr li hemm xi problema bi dħul ta’ ilma minn xi appartament iehor. Meta dan prova jara minn fejn gejja din il-problem dan ma sab l-ebda kooperazzjoni mill-inkwilini l-oħra anzi jidher li l-blokk huma vandalizzat u saħansitra anke il-lift ma qiegħed jaħdem. Minħabba f’dan is-Sinjur jixtieq li jingħata post alternattiv.

Postijiet tal-gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-postijiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament humiex battala, u jekk humiex proprjetà tal-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar l-10 ta’ Settembru, 2007. Hija toqgħod ġo post mikri mis-settur privat u tħallas kera ta’ € 2,796 iżda tibbenefika mis-sussidju tal-kera li jammonta għal €745.40 fis-sena u għaldaqstant hija tħallas kera ta’ € 2,050.60 jiġifieri €170.88 fix-xahar. Il-lokalitajiet preferuti tal-persuna koncernata huma Floriana u Valletta. Minn records li għandha l-Awtorità tad-Djar: · 14 Triq il-Batterija, Valletta huwa proprjetà tal-Gvern iżda l-Awtorità m’għandhiex ċwievet ta’ dan il-post. · 41 Triq Zekka, Valletta m’huwiex proprjetà tal-Gvern · 61, 62, 63, 64, 65, 66, 67 l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex informazzjoni fuq dawn il-postijiet għalhekk mitlub tressaq din-il-mistoqsija lill-Uffiċċju Konġunt.

Ħaddiema tal-GO mislufa lill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem tal-GO ġie misluf lill-Gvern mil-2000 sal-lum, u fejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex din l-informazzjoni.

Leave speċjali għal min jirrappreżenta lill-Malta f’team nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt ingħatatx xi tip ta’ għajnuna bħal leave speċjali għal min jirrappreżenta lill-Malta bħal coach f’xi team nazzjonali Malti u jaħdem mas-settur privat? Jista’ l-Gvern jagħmel xi ħaġa biex jgħin lil dawn il-coaches li qed jagħtu kontribut lis-soċjetà Maltija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li filwaqt illi l-Gvern għandu skema fejn l-impjegati tiegħu japplikaw għal tali leave speċjali, din l-iskema qatt ma ġiet estiża għal coaches li jaħdmu mal-privat. Min-naħa l-oħra fl-aħħar baġit kien imħabbar li minn din is-sena l-iskema 20/20 sport training scheme li bħalissa tapplika għall-atleti li jaħdmu kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat ser tkun estiża wkoll għall-coaches li jaħdmu kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. B’hekk coaches li jkunu qed iħarrġu lill-atleti jkunu jistgħu japplikaw sa massimu ta’ 20 siegħa leave fil-ġimgħa bi ħlas.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Coaches u amministraturi full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu coaches u /jew amministraturi impjegati miegħu full-time, u x’inhi l-proċedura biex wieħed ikun jista’ japplika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport m'għandu l-ebda full-time coach u/jew amministratur impjegat miegħu. Kull impjieg mal-Kunsill Malti għall-Isport jimtela wara li ssir sejħa u l-applikanti jattendu għall-intervista.

Djar tal-anzjani – lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li applikaw u qed jistennew sabiex jidħlu f'dar tal-anzjani? Minn din il-waiting list kemm huma dawk l-applikanti li huma residenti fin-Nofsinhar ta' Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #3213 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta’ indivdiwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li tinsab muġugħa u tixtieq li tingħata prijorità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwit u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu jieħu xi flus lura fuq kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rappreżentant tal-ARMS Ltd ikkuntattja lill-persuna msemmija u ngħatat spjegazzjoni għal kjarifikazzjoni fuq il-każ.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li sena ilu kellha problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u kienet ġiet irranġata però issa reġa’ ġie kont għoli ħafna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u llum stess ittieħed qari attwali li fuqu se joħroġ kont ġdid (attwali).