Jista’ l-Ministru jara li titranġa t-triq fejn tirrisjedi l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li toqgħod qalb ir-raba’ u kull meta tagħmel ix-xita ma jkunux jistgħu jidħlu f’darhom minħabba l-istat ħażin tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parti tat-Triq Birżebbuġa, Gudja li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija triq rurali li taqa' taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali tal-Gudja.
Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jidher li hemm xi problema fuq main tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-individwu mill-WSC fejn ingħata parir x'għandu jagħmel.
Jista’ l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata s-servizz tad-dawl peress li ilha 35 sena mingħajr dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta m'ghandha l-ebda applikazzjoni pendenti fuq l-indirizz imsemmi. Filfatt ufficjali tal-Korporazzjoni ghamlu kuntatt mal-klijent u nfurmawh li jrid jissottometti applikazzjoni sabiex ikun jista' jinghata s-servizz mehtieg.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha ma ħaditx is-sussidju fuq il-kont tad-dawl?
Tista’ l-Ministru tara fejn waslet l-applikazzjoni għall-fostering tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret l-ewwel żjara għand il-koppja wara li huma applikaw sabiex jibdew il-process tal-‘Fostering’. Huma ntalbu sabiex jirriflettu sew fuq il-ħsieb tagħhom.
Kuntatt mad-Direttur tat-Taxxa – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mad-direttur tat-taxxa fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex ikunu magħrufa dettalji tal-każ. Wara sar kuntatt mal-Ministeru li min-naħa tiegħu qed jikkunsidra l-każ
Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li m’għadhiex tirċevihom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista’ l-Ministru jgħid kif baqa’ l-każ tal-individwi li dettalji tiegħu qed jintbagħtu sepratament li kien ressaq ilment l-ARMS rigward kont eċċessiv li rċieva f’Marzu 2013 peress li l-ARMS ikkonfermat li kien hemm żball però xorta baqa’ ma sar xej?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sar meter test mhux biss tal-individwu iżda tal-area kollha. Infurmat ukoll li l-prassi hija li ma jinħariġx kont mill-ewwel iżda wara żewg actual readings biex tiġi kkalkulata l-average consumption.
Jista’ l-Ministru jara li jitnadedaf il-ġibjun li hemm fit-Triq tal-Barrani inti u sejjer lejn Bulebell peress li qed jintefa’ ż-żibel fih b’mod li qiegħed ikerrah l-ambjent?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tindif tal-ġibjun ser isir mis-sezzjoni tal-Valley Management Unit. Għalkemm l-iskart li hemm imxerred fiż-żona tal-madwar, huwa fir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali Żejtun xorta waħda ser naraw li jittieħdu il-passi neċessarji biex isir dan it-tindif.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat il-ġenitur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema dwar il-learning support assistant ta’ ibnu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-ġenitur indikat mill-Onor. Interpellant ġie kkuntattjat.
Jista’ l-Ministru jara l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għamlet rapport dwar problema tad-drenaġġ u għadha bla risposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi ghadhom ghaddejjin diskussjonijiet fil-WSC rigward dan il-kaz.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kellha tirċievi xi arretrati fuq taxxa tad-dħul imma s’issa għandha bla risposta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli nterpellant li dwar materja bħal din. Kien ikun bizzejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana jew ċemplet il-Call Centre fejn normalment jiġu ttrattati kaijiet bħal dawn minn taqsima apposta.
Tista’ l-Ministru tara li l-Awtorità tad-Djar tagħmel kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fir-residenza fejn tgħix?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan ix-xogħol kien fost tmien xogħlijiet differenti li kellhom isiru min kuntrattur u li ngħataw lilu permezz ta’ ħruġ ta’ quotation. Sfortunatament ix-xogħol meħtieġ f’din ir-residenza ma sarx,. Għalhekk, l-Awtorità se ssib kuntrattur ieħor sabiex jagħmel it-tiswijiet neċessarji mill-aktar fis.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li jgħix ġo post li huwa overcrowded u jekk din il-problema titqies bħala waħda ta’ prijorità, tingħata preċedenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-27 ta’ Lulju, 2001. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kellha tirċievi sussidju mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNDP) imma s’issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont intbagħat lill-persuna konċernat fid-19 ta' Lulju 2013.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha ħames snin tistenna biex issirilha l-operazzjoni tal-katarretti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz ġie segwid u konkluz mid-Dipartiment tal-Customer Care.