Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba l-main tad-dawl u tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tgħin il-persuna ssolvi l-problema ta' leak tal-ilma, filwaqt li l-persuna ġiet mitluba tissottometti applikazzjoni u l-pagament dovut biex l-Enemalta tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa.
Tista’ l-Ministru tara għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, mhix tirċievi l-benefiċċji tar-relief u taċ-children’s allowance?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar dettalji dwar il-persuna msemmija.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li applika biex jidħol f’dar tal-anzjani imma s’issa għadu bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Il-persuna msemmija applikat biex tidħol ġewwa dar tal-anzjani fis 26 t’Awwissu 2013. Il-persuna qed tingħata kura ta’ rihabilitazzjoni ġewwa Karen Grech.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu bżonn operazzjoni urġenti imma għadu bla appuntament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat għal sussidju mal-Awtorità tad-Djar imma s’issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3996 f’seduta 59.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li spiċċa bla pensjoni minkejja li ħadem Malta u anke l-Ingilterra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu giet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha u d-Dipartiment għadu qed jistenna tweġiba għall-ittri li ntbaghtulhom biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-qliegħ tiegħu.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li se tiġi mkeċċija minn darha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sinjur m’għandux applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. Sa dan ittant il-Customer Care se jaghmlu kuntatt miegħu sabiex jiggwidawh biex japplika għall-post bil-kera.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema ta’ smigħ u għalkemm dan mhux suppost iħallas il-liċenzja tat-triq ilu jħallasha żmien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta hija f’pussess ta’ eżenzjoni fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq il-vettura tal-istess individwu, kif ukoll fuq il-liċenzja tas-sewqan tiegħu. Infurmat ukoll li Transport Malta m’għandha l-ebda eżenzjoni approvata mill-Ministeru tal-Finanzi għall-liċenzja tat-triq. Sfortunatament, fin-nuqqas ta’ dan, il-klijent jintalab iħallas il-liċenzja tat-triq b’mod regolari.
Ninsab infurmat li Transport Malta ser tikkuntattja lil dan l-individwu sabiex tassistih u tigwidah f’dan ir-rigward.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se toħroġ l-iskema li tippermetti lil dan is-sid, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jixtri d-dar tiegħu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tinsab għaddejja minn proċess ta’ diskussjonijiet sabiex jiġi deċiż il-ħruġ ta’ skema għax-xiri ta’ residenzi mikrija minnha jew mingħand il-Gvern, u l-kunizzjonijiet relatati ma’ din l-iskema. Meta din tiġi ppublikata, l-inkwilin ġentilment mitlub jirrikorri l-Customer Care sabiex jara jekk jikkwalifikax min dawn il-kundizzjonijiet.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba l-bhejjem li trabbi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament, m’għanda l-ebda problema sabiex tkun tista' trabbi l-bhejjem jekk timxi mal-proċeduri stabbiliti. Sfortunatament, minħabba l-marda li tfaċċat f’Malta tal-Q-Fever, kien hemm waqfien fil-movimenti tal-annimali minn razzett għall-ieħor. Minħabba din ir-raġuni dan id-Direttorat, temporanjament, ma setgħax jagħtiha l-permess li xtaqet. Dan kollu kien spjegat lil din il-persuna msemmija.
Tista’ l-Ministru tara x’sar mill-każ f’idejn l-Awtorità tad-Djar fejn fl-24 ta’ Ġunju 2013 mar il-perit u minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma kellhiex risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li perit tal-Awtorità tad-Djar spezzjona l-fond fl-24 ta’ Ġunju, 2013, talab informazzjoni oħra rigward l-okkupanza tal-blokka fl-1 ta’ Lulju, 2013 għax rriżulta illi hemm diversi illegalitajiet fuq il-bejt li qegħdin jagħmlu ħsara. It-tweġiba bid-dettalji mitluba waslet għand il-perit fil-25 ta’ Settembru, 2013. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li ngħatat ser jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-illegalitajiet jitneħħew. Sadanittant, se jsiru ukoll xi tiswijiet oħra neċessarji fil-komun fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif jiġi magħżul kuntrattur sabiex iwettaqhom.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha problema dwar l-income tax?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-
Taxpayer Service
fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed tistenna li jinqaleb il-meter tad-dawl u l-ilma peress li ilha li applikat snin u għadha bla risposta?
Jista’ l-Ministru jara li jsir surfacing ta' Triq Bur Ġlat fil-lokalità tal-Gudja peress li minn informazzjoni li għandi, kien hemm drabi fejn il-Kunsill ivvota flus biex din it-triq titranġa però dan qatt ma sar? Ittra ta’ lment miktuba minn resident qed tintbagħat separatament.
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li diġa kien sar xogħol ta’ patching fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Infurmat ukoll li fil-preżent il-Kunsill Lokali qed jikkunsidra li jerġa’ jagħmel tiswijiet fejn ikun meħtieġ u ser jagħmel talba għall-fondi minħabba l-għargħar f’dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha bżonn ta' LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Istatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni għan-nom tal-persuna ndikata fil-Mistoqsija Parlamentari. Madanakollu, ġie kkuntattjat il-ġenitur u ġie spjegat il-proċess ta' applikazzjoni.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward is-servizz tal-home help?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjura msemmija diġà tingħata s-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar permezz tal-kuntrattur. Hija għandha tliet sigħat fil-ġimgħa.