Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tqassim ta’ ikel mill-Unjoni Ewropea – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kull ma jieħu huma €120 u jixtieq li jibda jieħu l-ikel mqassam mill-Unjoni Ewropea?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex persuna tkun eliġibbli għall-Għajnuna tal-Ewropa triq tissodisfa t-test tal-mezzi użat sabiex tikkwalifika għall-Karta r-Roża. Il--persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha ħames snin bla dawl u jixtieq jara kif jista’ jħallas il-kontijiet tad-dawl li għandu pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-persuna peress li l-informazzjoni mogħtija mhux biżżejjed.

Post – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux battal jew le?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex ċwievet tal-post indikat. Minn riċerka li għamlet l-Awtorita’ jirriżulta li l-post mhuwiex propjeta’ tal-Gvern.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u li minkejja li saru xi kuntatti xorta jħoss li bħala konsumatur ma kellux ir-risposta li jieħu dan bi dritt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsumatur ġie kkuntattjat fl-14 ta’ Ottubru 2013, fejn l-ARMS Ltd infurmatu illi l-kont jiġi rranġat hekk kif hu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq li jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul jew f’xi home oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija sarilha assessment mit-Tim Multidixxiplinarju fis-16 ta’ Ottubru 2013 fejn ġiet approvata għal kura fit-tul bi Prijorità Għolja. L-applikazzjoni qed tkun ipproċessata.

Żball fil-pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għaliex dan jaħseb li hemm xi żball fil-pensjoni tiegħu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Forzi Armati ta’ Malta – Legal Section — drafting ta’ leġiżlazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qattx kienet involuta u attiva, b’mod dirett jew indirett , fit-tfassil ( drafting ) ta’ leġiżlazzjoni matul iż-żmien li fih ħadem mal-Forzi Armati ta’ Malta minkejja li qatt ma ħadem fi ħdan il-Legal Section tal-istess Armata? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema kienu dawn il-leġiżlazzjonijiet li ħadem fuqhom u jgħid meta sar it-tfassil ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li il-Forzi Armati ta’ Malta mhijiex konxja li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, qatt kien involut fit-tfassil ta’ leġiżlazzjonijiet matul iż-żmien li fih ħadem mal-Forza.

Malta Enterprise – Kumitat tal-Procurement – drafting tal-leġiżlazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx kienet involut u attiva, b’mod dirett jew indirett, fit-tfassil (drafting) ta’ leġiżlazzjoni matul iż-żmien li kien membru tal-Kumitat tal-Procurement fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema kienu dawn il-leġiżlazzjonijiet li ħadem fuqhom il-persuna inkwestjoni u jgħid meta sar it-tfassil ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna indikata ma kenitx involuta u attiva, b'mod dirett jew indirett fit-tfassil (drafting) ta' leġiżlazzjonijiet.

Children’s Allowance – Każ ta’ Individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha sitt xhur ma tirċievi children’s allowance?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna ndikata minnu tħallset iċ-children’s allowane b’mod regolari u mhux minnu li ilha sitt xhur ma titħallas.

Main tad-dawl – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna li jinqaleb il-main tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 3998.

Ħal Għaxaq – Triq il-Garakol — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq Triq il-Garakol ġewwa Ħal Għaxaq, peress li r-residenti ilhom jgħixu ġo triq fi stat diżastruż 25 sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Garakol, ġewwa Ħal Għaxaq, hija triq li l-maġġoranza tagħha taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali minbarra parti żgħira li ġiet iffurmata reċentement u għaldaqstant jonqosha tiġi asfaltata minn Transport Malta. Din il-parti tat-triq tinsab fil-lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru minn Transport Malta.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu kkuntattjati l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li għandhom problema mal-ARMS Ltd dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara diversi tentattivi l-konsumatur ġie ikkuntatjat fid-9 t'Ottubru, 2013
Leg 12 PQ #4287 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni miċ-Ċina – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq oġġett li ġab miċ-Ċina u qed isib ħafna ostakli biex idaħħalhom Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #4288 Sitting 62 2013-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Parir fuq injection – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt fuq każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq parir fuq injection u kull meta jkellem l-isptar, ma ngħatax risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwit u konkluż mid-dipartiment tal-Customer Care.

Stallazzjoni tal-lift – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kien applika għal lift iżda issa qegħdin jerġgħu ġew mitluba japplikaw mill-ġdid?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-19 ta’ Settembru, 2013, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà rrevediet l-parir tagħha dwar l-applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp li għandha l-Awtorità tad-Djar quddiem il-MEPA sabiex jiġi nstallat il-lift fl-indirizz imsemmi. Hekk kif joħroġ il-permess mill-MEPA, l-Awtorità tad-Djar tkun f’pożizzjoni illi toħroġ tender sabiex jiġi installat. Intant l-applikanti ġew mitluba jerġgħu japplikaw peress li Skema E għalqet f’Marzu 2012 u fetħet skema oħra minflokha b’kundizzjonijiet aktar vantaggjużi minn dik ta’ qabilha. Ir-residenti fetħu applikazzjoni ġdida f’Lulju 2013. Il-proċess tagħhom ser jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin fejn ser jiġu mitluba jiffirmaw kuntratt sabiex is-sezzjoni teknika tkun tista’ tipproċedi bl-installazzjoni tal-lift.

Pulizija – ilbies protettiv

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija tat-traffiku jkollhom ilbies protettiv komdu biex jilqgħu għall-exhaust tal-karozzi meta jkunu qed jikkontrollaw it-traffiku f’toroq arterji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-membri fit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija diġà qed jingħataw maskri sabiex jintużaw waqt li jkunu qed jidderiġu t-traffiku fit-toroq.

Kont tad-dawl u l-ilma każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS ghamlet kuntatt mal-klijent u nhareg kont attwali fit-13 t'Awwissu 2013.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li r-residenza tagħha fiha ħsara fis-soqfa u jidħol l-ilma mill-aperturi meta tagħmel ix-xita?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qabdet Perit sabiex jieħu ħsieb jipprepara applikazzjoni għall-MEPA għat-tiswijiet u restawr tal-bini li minnu jifforma parti l-fond imsemmi.

Sistema tad-drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm drenaġġ ħiereġ minn quddiem ir-residenza tagħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn investigazzjoni li saret fuq il-post irrizulta li kien hemm blockage fis-sistema tad-drenagg. Dan gie miftuh u l-pipe imnaddaf. Irrizulta ukoll illi l-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma ma kellhiex rapporti minn konsumaturi fuq dan il-blockage.

Każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nhar it-Tlieta 17 ta' Settembru 2013, l-ARMS għamlet kuntatt mal-konsumatur li kien infurmat li l-każ tiegħu se jiġi riferut lill-Advisory Board. Hu dan il-bord li jikkunsidra l-possibilta' ta' reviżjoni fuq l-ammont dovut tal-ilma.