Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fil-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumatur ġiet ikkuntattjata fit-22 ta' Otturbu 2013, fejn din kienet infurmata li l-kont għoli li rċeviet huwa kont stima.
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jitqiesx bħala wieħed ta’ prijorità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar l-14 t’Ottubru, 2013. L-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jidħol f’dar tal-anzjani? Jista’ jiġi offrut servizz ta’ care worker sakemm jidħol f’dar tal-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kkonfermajna mad-Dipartiment li l-klijent għadu ma ssottomettix applikazzjoni u b’hekk se tintbgħatlu l-applikazzjoni.
Dan is-servizz tal-home help jista’ jiġi offrut wara li timtela applikazzjoni li tista’ tinġabar miċ-Ċentru Servizz Anzjan jew miċ-Ċentru Ħidma Soċjali f’Santa Venera.
Awtorità tad-Djar – gallarija f’periklu — każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn irrapurtat gallarija hija ta' periklu imma ħadd għadu ma ħa azzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jidhierx li hemm problemi fir-rigward tal-benefiċċji li qiegħda tirċievi l-persuna msemmija, għaliex ir-rata li qegħda titħallas hi korretta u bbażata fuq l-informazzjoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn apparat mediku li jingħata mill-isptar imma s’issa għadha mingħajru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha qed tistenna biex tingħata l-kartuna s-safra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn gold implant imma s’issa għadha bla risposta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul fejn hemm ir-raġel tagħha peress li għandha 88 sena u qed issibha diffiċli biex tmur iżżuru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna msemmija sarilha assessment mit-Tim Multidixxiplinarju fid-13 ta’ Settembru 2013 u fit-18 ta’ Ottubru 2013 fejn ġie deċiz li l-applikazzjoni biex tiġi ammessa fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul hija ta’ Priorita’ Media. B’hekk din l-applikazzjoni tqiegħedet fil-lista ta’ stennija biex tkun annessa skond l-urġenza tal-Każ.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kellhom jikkuntattjawha mill-ophthalmic outpatients?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jara li jerġa’ jidħol jaħdem il-ħaddiem li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien jaħdem mal-Korporazzjoni Enemalta u kien sospiż u li issa ġie lliberat mill-Qorti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa l-każ imsemmi u qed tieħu l-pariri legali neċessarji. Dan qed isir skond ir-regolamenti tad-dixxiplina hekk kif stabbiliti fil-Ftehim Kollettiv.