Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5991 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Applikazzjoni għal qabar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għal qabar u għadu mingħajr risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Customer Care

Appuntament mas-CDAU – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna appuntament mas-CDAU?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru għas-Saħħa.

Residenza San Vinċenz de Paul – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq jidħol fir-residenza San Vinċenz de Paul minħabba li jgħix id-dar hi problema?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata saret fit-30 ta’ Ottubru 2013. L-applikazzjoni tiegħu qiegħda fil-proċess li tiġi assessjata minn tim multi-dixxiplinarju fl-Isptar Karin Grech.

Sistema tad-drenaġġ — każ ta' indiviwu

Question

Jista' l-Ministru jara li titġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha ilment rigward sistema tad-drenaġġ mhux kompluta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata.

Problema fil-binja – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problemi fir-residenza tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-ħsarat imsemmija fil-komun tal-blokka, ix-xogħlijiet qegħdin inklużi f’tender li ngħatat riċentament u għaldaqstant ix-xogħlijiet mistennija jibdew f’qasir żmien. Dwar ħsarat strutturali ġewwa l-appartament imsemmi, li kienu ġew irrapurtati separatament, ix-xogħlijiet ser jiġu nklużi f’tender oħra aktar ‘il quddiem filwaqt li dwar il-kamra tal banju, ma jirriżultax li l-Awtorita tad-Djar għandha applikazzjoni pendenti f’dan ir-rigward.

Awtorità tad-Djar – gallarija f’periklu — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5235 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn irrapurtat gallarija hija ta' periklu imma ħadd għadu ma ħa azzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill Onor. Interpellant li saret l-ispezzjoni fil-post imsemmi fit-30 ta’ Ottubru u kif ukoll l-evalwazzjoni tal-ħsarat mit-Tekniċi tal-Awtorità tad-Djar.

Problema bl-arloġġ tal-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq l-arloġġ tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konsumatur ġie kkuntattjat fid-29 t'Ottubru 2013.

Dipartiment tad-Drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ jaraw it-talba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħarġet il-Letter of Acceptance lill-kuntrattur biex isir ix-xogħol meħtieġ.

Sigurtà Soċjali — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4944 u tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Pensjoni — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4945 u tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema li tirrigwarda l-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Provvista ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għad ma hemmx dawl ġol-arblu li twaħħal quddiem ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum ebda applikazzjoni permezz tal-formola STL biex il-lampa tiġi mqabbda mas-sistema tal-elettriku ma ġiet sottomessa mill-Kunsill Lokali lill-Korporazjzoni Enemalta.

Ħlas ta’ kera – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex qed tħallas l-ammont ġust fuq il-kera tar-residenza tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali tad-dħul tal-konjuġi kkonċernati jammonta għal-€32,409,60. Dan l-ammont jinkludi wkoll l-għaxra (10%) fil-mija tad-dħul tal-wild. Peress li din il-familja qabżet d-dħul ta’ € 19,274 mhijiex intitolata għall-ebda sussidju fuq il-kera. Għaldaqstant il-kera li din il familja hija obbligata li tħallas hija ta’ €1,327.74, ċjoè €331.94 kull tlett xhur. Mitluba wkoll sabiex iħallsu €163.06 fis-sena tal-partijiet il-komuni.

Benefiċċji soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi revedut il-benefiċċju soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li taħseb li hemm xi żball?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tas-sinjura reġa' ġie rivedut u instab li huwa maħdum tajjeb. Il-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-miktub.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi trasferita minn dar tal-anzjani għal oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna inkwistjoni trid timla l-applikazzjoni ta’ rilokazzjoni biex ikun jista’ jsir tali trasferiment. Il-persuna ħa titbagħtilha il-formula b’email.

Tiswija ta’ saqaf – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li trid tirranġa s-saqaf tar-residenza tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-każ imsemmi qed jingħata prijorità minn naħa tal-Awtorità tad-Djar. Għalkemm kien hemm xi dewmien biex jinbdew ix-xogħlijiet minħabba proċeduri amministrattivi in konnessjoni mat-tender, qed isir sforz biex tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli sabiex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew mill-kuntrattur possibilment fi żmien ġimgħa.
Leg 12 PQ #5266 Sitting 68 2013-10-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Irkoppa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara x’sar mill-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed jistenna biex issirlu operazzjoni tal-irkoppa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie segwid u konkluż mid-Dipartiment tal-Customer care.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadha ma rċevietx iċ-cheque tal-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub. F’każi simili, wara li l-persuna titlob stop payment, dan jiġi mibgħut il-Bank Ċentrali u malli jkun hemm il-clearance li ma ssarrafx, joħroġ ċekk ieħor bħala replacement immedjatament.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu ma jirċievi l-kont tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumatur ġie kkuntatjat fit-23 t'Ottubru 2013, u li nħariġlu kont datat 12 t'Awwissu 2013.

Manutenzjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4942 u tara li ssir tiswija ta’ gallarija tal-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed fi stat avvanzat li jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.

Sigurtà Soċjali — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4943 u tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni tal-pensjonijiet dwar il-każ tagħha.