Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara fiex wasal il-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema mal-Awtorità tad-Djar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirrizultax li wasal rapport mill-persuna indikata għand l-Awtorità tad-Djar. Madanakollu qed tittiehed nota tal-każ imsemmi sabiex issir spezzjoni mit-teknici tal-Awtorità f’qasir zmien.
Leg 12 PQ #6782 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kiri ta' garaxx — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament rigward kiri ta’ garaxx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-garaxx li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, huwa mikri u m’għadux disponibbli.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema biex tirranġa r-residenza tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser issir spezzjoni sabiex jiġi verifikat ix-xogħol li sar min-naħa tas-Sinjura li se tintalab ukoll biex tersaq għall-iffirmar tal-ftehim fuq l-għotja li l-Awtorità tad-Djar ser tagħti lilha. Fil-fatt nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar, din is-Sinjura ġiet mitluba sabiex tiġi tiffirma dan il-ftehim. Tali appuntament ġie kkonfermat mis-Sinjura ukoll. Hekk kif ix-xogħljiet approvati mill-Awtorità jiġu verifikati kollha li tlestew, l-Awtorità tad-Djar ser tkun f’pożizzjoni li toħroġ il-pagament.

reserved parking – Applikazzjoni ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għala l-applikazzjoni għal reserved parking tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma ġietx aċċettata?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li din l-applikazzjoni għal Parkeġġ Riservat għal Persuni b’Diżabbiltà ġiet approvata fit-23 ta’ Diċembru 2013, u l-applikant ġie nfurmat bil-miktub b’ittra bid-data 27 ta’ Diċembru 2013.

Tiswijiet f’residenza – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat għal sussidju fuq xogħlijiet ta’ rranġar fir-residenza tagħha mill-2012 u għadha qed tistenna?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sinjura li għaliha qiegħda issir referenza, saritilha l-ispezzjoni fid-9 ta’ Jannar 2014 fejn ġie vverifikat li x-xogħlijiet tlestew. Fil-ġranet li ġejjin is-Sinjura se tintalab sabiex tiġi l-Awtorità tad-Djar flimkien mal-kuntrattur li għamel ix-xogħlijiet sabiex ikun jista’ jsir il-pagament kontra l-irċevuti fiskali.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-konsumatur ġie kkuntatjat fil-11 ta' Dicembru, 2013 fejn gie infurmat x'ghandu jagħmel fuq ir-revizjoni dwar in-numru ta' persuni fuq il-kont.
Leg 12 PQ #6691 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Esproprjazzjoni ta’ art – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi każ pendenti ta' ħlas ta' esproprjazzjoni fuq talba magħmula mill-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward xi teħid ta' art min-naħa tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet għamel diversi esproprjazzjonijiet fl-inħawi tal-art li d-dettalji tagħha ġew indikati separatament. F’uħud minn dawn l-esproprji s-sidien għadhom ma ġewx ikkumpensati. Madankollu, peress li mid-dettalji li ngħataw ma jistax jiġi stabbilit preċiżament għal-liema parti mill-art qed issir referenza għaliha, id-Dipartiment ser jagħmel kuntatt dirett mal-familja indikata u jagħti kull għajnuna neċessarja.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tħoss li l-kont tad-dawl u ilma qed jiġi għoli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ARMS Ltd għamlet kuntatt mal-klijent u ġie spjegat kif għandu jħallas.

Problema ta’ drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema ta’ drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li uffiċjal tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tkellem mal-individwu u rriżulta li kien hemm ‘infiltration’ xi drabi meta għamlet xita qawwija. Dan id-dipartiment se jibgħat is-sezzjoni nkarigata mit-tindif tal-mejnijiet tad-drenaġġ, fejn se ssir spezzjoni u tindif bħala proċedura prekawzjonali.

Problema ta’ dħul ta’ ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha dħul ta’ ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni mmedjata fuq l-ilment u rriżulta li l-ilma, filfatt kien qed iqattar mis-saqaf tar-residenza u allura hija ħsara interna bla ebda possibilita li setat kienet kaġun tal-mejn ta’ l-ilma fl-akwati.

Problema tad-drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li dawn irrappurtaw fuq problema tad-drenaġġ u għadhom mingħajr risposta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni mmedjata fuq il-każ u wara spezzjoni li saret fil-post indikat, irriżulta li l-problema hija ‘House Connection’. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandiex ġurisdizzjoni la fuq il-‘House Connection’ u wisq iżjed fuq katusi interni u għaldaqstant dan l-ilment għandu jgħaddi għand l-awtorità kompetenti responsabbli mid-djar tal-gvern.

Kontijiet tal-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq il-kont tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ARMS għamlet kuntatt permezz ta’ notifika lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jinvestigaw dan il-każ minn naħa tagħhom.
Leg 12 PQ #6131 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati tal-Maġistrati — kumpilazzjonijet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6067 u jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm ingħalqu kumpilazzjonijiet mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat? Jista' jagħti l-ammont ta' kumpilazzjonijiet pendneti li għandu kull maġistrat u kell ilhom pendneti sena b'sena? Jista' jagħt lista tal-kumpilazzjonijiet kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistart in kwestjoni f'kull kumpilazzjoni u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat? Kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati f'kull kumpilazzjoni wieħed wieħed mill-2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-kumpilazzjonijiet vis-à-vis kull espert minn kull maġistrat individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

1. Quddiem il-Qrati tal-Maġistrati (Malta) sat-30 ta’ Settembru, 2013 kien hemm 1519-il kumpilazzjoni pendenti filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), sal-istess perijodu kien hemm 259. 2. Tabella A turi kemm kien l-ammont ta’ kumpilazzjonijiet li ingħalqu minn kull Maġistrat mis-sena 2010 sat-30 ta’ Settembru, 2013 TABELLA A MALTA GĦAWDEX 3. Tabella B turi l-ammont ta’ kumpilazzjonijiet li kull Maġistrat għandu pendenti sat-30 ta’ Settembru, 2013 però ma tinkludiex kemm ilhom pendenti peress li tali statistika preżentement ma tinżammx. TABELLA B MALTA INKJESTI PENDENTI - 30/09/2013 MAĠISTRAT Gabriella Vella103 Saviour Demicoli1 Giovanni Grixti27 Miriam Hayman174 Audrey Demicoli27 Marse-ann Farrugia469 Anthony Micallef Trigona89 Doreen Clarke126 Edwina Grima128 Clarie Stafrace Zammit101 Consuelo Scerri Herrera10 Antonio Giovanni Vella35 Francesco Depasquale84 Neville Camilleri38 Carol Peralta42 Ian Farrugia24 Natasha Galea Sciberras23 Aaron Bugeja18 Charmaine Galea0 TOTAL1519 GĦAWDEX INKJESTI PENDENTI - 30/09/2013 MAĠISTRAT Edwina Grima95 Giovanni Grixti0 Paul Coppini3 Consuelo Scerri Herrera0 Anthony Ellul0 Neville Camilleri160 Josette Demicoli1 TOTAL259 4. Tabella Ċ hija lista ta’ kumpilazzjonijiet li kull maġistrat ħa sena b’sena mill-2010 sal-30 ta’ Settembru, 2013. Mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni dwar liema esperti tqabbdu f’kull każ mill-imsemmi maġistrat stante li tali statistika ma tinżammx. TABELLA Ċ 5. Ma tinżammx statistika għall-flejjes li tħallsu lill-esperti nominati f’kull kumpilazzjoni wieħed wieħed mill-2010 sal-lum. 6. Ma tinżammx statistika għall-ammont kumulattiv ta’ ħlas għall-kumpilazzjonijiet vis-à-vis kull espert minn kull maġistrat individwali. (Ara dokument 1898 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 97 nhar l-Erbgħa 27 ta' Navemrbu 2013)
Leg 12 PQ #6132 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Paediatrics — Operazzjonijiet ta’ preputioplasty

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6062 u jgħid kemm saru operazzjonijiet magħrufa bħala preputioplasty / prepuce plasty f’Pediatrics f’dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet magħrufa bħala ‘preputioplasty/prepuce plasty’ (ICD 9 CM code: 64.93) f’dawn l-aħħar tliet snin jinsab fit-tabella hawn taħt. Sena Numru ta' Operazzjonijiet 2010 32 2011 26 2012 25
Leg 12 PQ #6133 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati ta' Malta — inkjesti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6068 u jgħid: a) kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrat (Malta) u Għawdex; b) kemm ingħalqu inkjesti mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat; ċ) l-ammont ta' inkjesti pendenti li għandu kull maġistrat u kemm ilhom pendenti sena b'sena; d) jagħmel lista tal-inkjesti kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistrat li ordna l-inkjesti u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat; e) jgħid kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati, wieħed wieħed mill-2010 sal-lum; u f) jgħid kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-inkjesti vis à vis kull espert minn kull maġistrat individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

A. Quddiem il-Maġistrati Inkwirenti (Malta) sat-30 ta’ Settembru, 2013 kien hemm 1519 inkjesti pendenti waqt li f’Għawdex kien hemm 340 inkjesti pendenti. B. Tabella A turi kemm il-inkjesta giet magħluqa minn kull Maġistrat inkwirenti mis-sena 2010 sat-30 ta’ Settembru, 2013 TABELLA A MALTA GĦAWDEX C. Tabella B turi l-ammont ta’ inkjesti pendenti li għandu kull Maġistrat inkwirenti sat-30 ta’ Settembru, 2013, però ma tinkludiex kemm ilhom pendenti stante li tali statistika ma tinżammx. TABELLA B MALTA GĦAWDEX INKJESTI PENDENTI - 30/09/2013 MAĠISTRAT Paul Coppini 194 Antonio Micallef Trigona 56 Anthony Ellul 0 Joseph Apap Bologna 0 Josette Demicoli 90 TOTAL 340 D. Mhux awtorizzat mill-liġi li tingħata tali informazzjoni peress li l-inkjesti Maġisterjali huma sigrieti. Għalhekk risposta għal din id-domanda mhix tingħata. E. Minħabba l-Protezzjoni tad-Data ma tistax tingħata informazzjoni ta’ kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati, wieħed wieħed mill-2010 sal-lum. It-totali sena sena kienu s-segwenti: 2010 € 943,327.35 2011 € 825,217.07 2012 € 830,540.93 2013 € 1,288,457.56 F. Ma tinżammx statistika ta’ kemm kull Maġistrat individwali jkun innomina esperti. (Ara dokument 1899 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 97 nhar l-Erbgħa 27 ta' Navemrbu 2013)
Leg 12 PQ #6062 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Paediatrics — Operazzjonijiet ta’ preputioplasty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet magħrufa bħala preputioplasty / prepuce plasty f’Pediatrics f’dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6067 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati tal-Maġistrati — kumpilazzjonijet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm ingħalqu kumpilazzjonijiet mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat? Jista' jagħti l-ammont ta' kumpilazzjonijiet pendneti li għandu kull maġistrat u kell ilhom pendneti sena b'sena? Jista' jagħt lista tal-kumpilazzjonijiet kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistart in kwestjoni f'kull kumpilazzjoni u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat? Kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati f'kull kumpilazzjoni wieħed wieħed mill-2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-kumpilazzjonijiet vis-à-vis kull espert minn kull maġistrat individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #6068 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati ta' Malta — inkjesti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: a) kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrat (Malta) u Għawdex; b) kemm ingħalqu inkjesti mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat; ċ) l-ammont ta' inkjesti pendenti li għandu kull maġistrat u kemm ilhom pendenti sena b'sena; d) jagħmel lista tal-inkjesti kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistrat li ordna l-inkjesti u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat; e) jgħid kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati, wieħed wieħed mill-2010 sal-lum; u f) jgħid kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-inkjesti vis à vis kull espert minn kull maġistrat individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Manutenzjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li ssir tiswija ta’ gallarija tal-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed fi stat avvanzat li jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.

Sigurtà Soċjali — każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba sigurtà soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni tal-Pensjonijiet dwar il-każ tagħha.