Residenza San Vinċenz de Paule – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara x’jista’ jsir biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata prijorità u jintbagħat fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li jiddependi minn ħaddieħor?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija sarilha assessment f’Ġunju 2013 fejn kien ikkonsidrat li għandu dipendenza baxxa (Low Dependency). La darba s-sitwazzjoni medika tiegħu nbidlet, huwa jeħtieġlu assessjar mill-ġdid biex ikun stabbilit x’inhi l-qagħda preżenti tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għamlet l-eżami taċ-childcare u tixtieq aktar informazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntattjata.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ żbroff tad-drenaġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, meta l-uffiċjal tekniku mill-Awtorità tad-Djar għamel l-ispezzjoni biex jivverifika l-każ f’Diċembru li għadda, sab li x-xogħlijiet kienu tlestew minn kuntrattur imqabbad mill-inkwilina nnifisha. Ma jirrizultax li kien hemm rapport ieħor wara dan.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed tistenna għall-operazzjoni tal-kataretti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz qed jiġi segwid mid-dipartiment tal-Customer Care fil-Ministeru
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se tingħata risposta min-naħa tat-tribunal wara l-oġġezzjoni li għamlet fil-31 ta' Ottubru 2013 sabiex tieħu l-għajnuna għall-qgħad?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent is-smiegħ tal-każijiet huwa wieqaf, però kif appena jerġgħu jibdew jinstemgħu s-seduti hu maħsub li l-każ li għalih qed jagħmel referenza l-Onor. ħa jkun appuntat biex jinstema mill-Arbitru.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hija l-inqas kera li l-gvern jirċievi mingħand l-inkwilini fuq postijiet tal-gvern? Jekk hemm min iħallas inqas minn dak li titlob il-liġi jiġifieri €196 fis-sena, dan għaliex? Hemm xi liġi li tippermetti dan? Tista’ tgħid kemm hemm minn dawn il-każijiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li l-arloġġi li hemm fil-bus stops jiġu mħaddma biex juru l-ħin it-tajjeb u jekk huma weqfin issir il-manutenzjoni li hemm bżonn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kawża tal-maltemp li kellna riċentament kif ukoll minħabba fatturi tekniċi oħra, numru ta’ arloġġi li jinsabu f’diversi lokalitajiet madwar Malta għandhom bżonn ta’ xi manutenzjoni.
Infurmat ukoll li diġà beda eżerċizzju ta’ manutenzjoni fuq dawn l-arloġġi, u li dan ix-xogħol huwa mistenni li jkun komplut fil-jiem li ġejjin. Ta’ min isemmi wkoll li tlieta minn dawn l-arloġġi se jiġu mibdula minħabba li għandhom ħsara estensiva u m’humiex fi stat li jiġu irranġati.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti li saru f’dawn l-aħħar għaxar snin fuq il-qagħda tal-faqar fin-nofsinhar ta’ Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra l-pubblikazzjonijiet ta’ statistika maħruga mill-Awtorità Nazzjonali tal-Istatistika, ma jidhirx li l-Ministeri responsabbli mill-qasam tal-politika soċjali f'dawn l-aħħar għaxar snin, ippubblikaw xi rapport iffokati biss fuq il-qagħda tal-faqar fin-nofsinhar ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kienet ilha tmien snin tieħu l-mediċina tal-cholesterol b'xejn u issa qalulha li m'għadiex intitolata għalihom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Custemer Care tal-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta’ post?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat sabiex tpartat il-post tal-Gvern fejn tgħix nhar l-20 ta’ Marzu, 2013 u l-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
L-Awtorita’ tad-Djar preżentament għandha 394 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.
Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għanda s-saqaf tad-dar perikoluż?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, diġà saret spezzjoni fuq il-post u ġiet miġbura stima tax-xogħol neċessarju mit-tekniċi tal-Awtorita’. Il-każ qiegħed fil-lista ta’ priorita’ sabiex jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha l-kont tad-dawl żbaljat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS Ltd għamlet kuntatt mal-klijent sabiex nivverifikaw il-qari tal-meters meħudin direttament mis-sistema ma’ dawk li kellu l-klijent f’idejh. Wara li ġew evalwati dawk tal-konsumatur, il-kont eżistenti ġie rivedut bil-qari li tana hu stess. Kont ġdid inħareġ u ntbagħat lill-konsumatur.
Transport Malta – Arranġamenti ta’ linji fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna li jsiru xi arranġamenti dwar lines tat-triq u kull meta jitkellem mal-kunsill, jgħidlu li kollox jinsab għand Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-individwu kkonċernat relatata ma’ sinjali taż-żebgħa fit-triq u li għaliha qed jagħmel referenza fil-mistoqsija tiegħu.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qalulu li se jmexxu fuq ix-xogħol tad-drain?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fil-blokk fejn ġew irraportati l-ħsarat u ġiet miġbura stima tax-xogħol neċessarju mit-tekniċi tal-Awtorità. Il-każ qiegħed fi stat avvanzat sabiex jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tikkuntatjha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba ħsara li sofriet fil-karozza tagħha minħabba tappiera mkissra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat li l-ewwel darba li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, tkellem ma’ Transport Malta kien nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar 2014. Transport Malta nfurmat lill-individwu li Triq is-Salina taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, filwaqt li ġie nfurmat ukoll li t-tappiera msemmija taqa’ taht ir-responsabbiltà tal-Korporazzjoni tal-Ilma. Għaldaqstant, il-klijent ġie nfurmat sabiex jagħmel kuntatt mal-Kunsill u mal-entità imsemmija.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS Ltd infurmat lill-klijent li l-każ tiegħu jaqa' taħt id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema dwar housing?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ikkuntattjat lill-din il-persuna u fil-ġranet li ġejjin ser issir spezzjoni minn Tekniku sabiex isir rapport tal-ħsarat irrappurtati mill-individwu.
Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li jidher li hemm żball fil-pensjoni li jirċievi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema fir-residenza tiegħu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, intbagħtitlu ittra mill-Customer Care sabiex jagħmel kuntatt mal-Awtorità tad-Djar u jispjegalna il-problema tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5992 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna appuntament mas-CDAU?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Costemer Care.