Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-mara tiegħu tinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul u mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qalulu li kellu jieħu xi żieda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Servizz ta’ Telecare – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għat-telecare u għadu mingħajr risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-applikazzjoni ġiet mibgħuta post ħażin u għalekk qatt ma waslet fid-dipartiment tat-Telecare. Għalhekk, din l-applikazzjoni qatt ma ġiet ipproċessata u kien propju għall- din ir-raġuni li il- klijent qatt ma rcieva risposta. Madankollu, il- klijent għandu jirċievi applikazzjoni gdida tat-Telecare Plus, kif wkoll giet spjegat l-indirizz eżatt ta fejn trid tintbat u il-proċedura meħtieġa biex dan il-klijent jibbenefika mis-servizz mill-aktar fis.

Sigurtà Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha każ quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija se tintbagħtilha ittra ta’ spjega.
Leg 12 PQ #169 Sitting 115 2014-02-03 Written · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Permessi għal żvilupp f’Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tiċċekja jekk maġenb il-pompa tal-petrol Santa Rita fi Triq il-Barrani f’Ħal Tarxien hemmx xi permess għall-iżvilupp eress li fl-għalqa tal-ġenb li hija green area qed isir xi xogħol? Jista’ jgħid x’tip ta’ żvilupp qed isir? Jista’ jgħid jekk hemmx permessi? Jista’ jgħid jekk hemmx xi permessi oħra? Jista’ jgħid x’tip ta’ permessi hemm? Jekk hemm permessi, jista’ jgħid fejn waslu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor Interpellant illi li l-izvilupp li lahaq sar fis- sit indikat m'hu kopert b'ebda permess ta' zvillupp. Fill-fatt l-izvilluppatur gie mgieghel iwaqqaf immedjatament kull xoghol li kien qed isir u gie wkoll notifikat b' Avviz Biex Tieqaf u Twettieq skont riferenza ECF 22/14 u dan taht penali li tibqa tiddekorri ghall kull gurnata li l-izvilupp jibqa llegali. Kienet l-intenzjoni ta‘ l-izviluppatur li wara li holoq access mit-triq ghal-go din l-art u nehha xi hamrija, jillivella u juza l-istess art ghall skop ta' parkegg ta‘ 'fuel bowsers' sakemm isir hatt ta 'fuel' ghall-pompa tal-petrol adjacenti. Lahqet saret ukoll applikazzjoni sanatorja li ggib in-numru TRK 155154 (To sanction leveling of site and to propose casting of slab to form temporary bay for fuel supply bowser (to remove unsafe bowser loading bay from existing fuel station). L-Awtorita ser tibqa 'ssegwi il-kaz sakemm jigi konkluz skont il-ligi.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-pensjoni tiegħu hija vera baxxa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Reġistrazzjoni ta’ Karozza – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment peress li għandu problema fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozza?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li Transport Malta għamlet kuntatt mal-individwu kkonċernat u se tara kif tista’ tassistih sabiex tinstab soluzzjoni għal dan il-każ tiegħu.

Servizz ta’ telecare

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi rranġat it-telecare tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsara li kellha din il- persuna jindika li kienet ħsara fuq il-linja tat-telefon. Id-dipartiment ġie infurmat li issa din il- ħsara tranġat u li is-servizz ġie lura għan-normal.

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir il-bdil tad-drenaġġ ta’ Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien (il-parti l-qadima) biex b’hekk il-kunsill lokali jkun jista’ jkompli bix-xogħol ta’ pavimentar, peress li kull meta tagħmel ix-xita, jiżbroffa d-drenaġġ u minn din it-triq jgħaddu t-tfal għall-iskola primarja u sekondarja.

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se terġa tevalwa l-każ u għaldaqstant se tieħu l-provvedimenti kollha neċessarji biex ix-xogħol fi Triq l-Isqajjaq, Tarxien jitlesta mill-aktar fis possibli. Sa frattant se terġa ssir spezzjoni tal-‘main’ eżistenti biex ikun assigurat li sakemm isir ix-xogħol, l-istess main ikun miżmum fi stat ta’ manutenzjoni xierqa, bl-inqas inkonvenjent lill-pubbliku.

Servizz ta’ Home Help – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta’ home help tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat xhur ilu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma rċieva l-ebda applikazzjoni għas-servizz tal-Home Help mill-persuna kkonċernata.

Kont tad-Dawl u l-Ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klijent ġie ikkuntatjat minn ARMS Ltd u sar appuntament biex jiġi diskuss il-każ tiegħu.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kellu xi żball fil-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Leg 12 PQ #7456 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

kontijiet tal-VAT – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li rċieva li jrid iħallas xi kontijiet tal-VAT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu kkonċernat ġie kkuntattjat mid-Dipartiment tal-Vat u ġie ggwidat fuq x’għandu jagħmel.

Benefiċċji soċjali — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għadu ma ħax il-benefiċċju soċjali li suppost kellu jieħu fl-4 ta' Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar ħlas mingħand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata bħalissa qed tircievi l-beneficcju tal-qagħad. Li mhux jirċievi huwa d-differenza fir-rata tal-qagħad minħabba li qed jagħmel xi xogħol bi skema ma’ l-E.T.C. Dan minħabba li kienu għaddejin xi investigazzjonijiet fuq il-każ li għandhom jiġu konklużi dalwaqt.
Leg 12 PQ #164 Sitting 113 2014-01-28 Written · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Cartilage — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna l-operazzjoni tal-cartilage?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li dan il-kaz qed jiġi segwid mill-Customer Care tal-Ministeru.

Residenza San Vinċenz de Paule – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-pressuna inkwistjoni applikat biex tidħol f’residenza għall-anzjani tal-Gvern fit-30 ta’ Novembru 2011, iżda din ma kinitx approvata mill-Bord tal-Ammissjoni għad-Dħul fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. Il-Bord reġa’ rreveda l-applikazzjoni fit-22 ta’ Marzu, 2012, fis-26 ta’ Lulju 2012 u fis-6 ta’ Diċembru 2012 fejn kienet approvata u klassifikata bħala prijorità għolja. B’hekk sar appuntament fid-29 ta’ Jannar 2014 biex il-klijenta terġa’ tiġi assessjata fl-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech u jiġi stabbilit eżatt il-prijorità tal-pazjent.

Bdil tal-Karta tal-Identità – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Wara li saret riċerka fir-rekords tal-aħħar tnax-il xahar tas-sezzjoni tal-karta tal-identita’, ma rrizultax li daħal rapport mingħand jew dwar din il-persuna. Iżda, wara li sar kuntatt magħha ‘llum (23/01/2014), ġie stabbilit xi ħtiega għandha, u qed tingħata s-servizz f’darha minnufih biex, fil-ġranet li ġejjin, din il-persuna jkollha karta tal-identita’ ġdida

Problema f’binja – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema fuq il-bejt?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li hemm talba jew rapport pendenti mingħand l-inkwilin imsemmi. Madanakollu għandha ssir spezzjoni fuq il-post mill-uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex tiġi verifikata l-ħsara indikata u min hu responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet jew manutenzjoni meħtieġa.

Schedule tal-pensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se joħroġ ir-rendikont tal-pensjonanti li joħroġ kull sena biex l-anzjani jkollhom schedule ta’ kull meta se jirċievu l-pensjoni peress li kull sena kienu jirċievu din il-karta u din is-sena għadhom ma rċevew xejn? Tista’ tgħid jekk hux se tintbagħat u meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rendikont tal-pensjoni li joħroġ kull sena mistenni li jkun intbagħat lill-pensjonanti sa l-aħħar ta’ Frar.

Servizz tat-Telecare – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha s-servizz tat-Telecare bil-ħsara?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsara li kellha l-persuna msemmija ġiet imsewwija u s-servizz ġie lura għan-normal.