Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward il-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijent u spjegat il-kont b’mod dettaljat, u l-klijent fehem li ma kien hemm l-ebda problema fil-mod kif inħareġ il-kont.

bdil ta' post — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7037, tista' l-Ministru tara li jsir kuntatt ma' din l-omm li mhux trid post imma bdil ta' post minħabba mard ħalli kif jitbattal post hija tieħu dak battal u tagħti tagħha lill-Gvern

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ssibha fil-mistoqsija parlamentari 7037.
Leg 12 PQ #8149 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Birkirkara — Dejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas dejn il-Kunsill Lokali preċedenti ta’ Birkirkara taħt sindku Nazzjonalista sal-31 ta’ Marzu 2013??

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-ammont huwa ta’ €313,297.
Leg 12 PQ #8150 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Birkirkara – Dejn ma’ suppliers

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-suppliers li l-Kunsill Lokali preċedenti ta’ Birkirkara taħt sindku Nazzjonalista ħalla dejn magħhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li applika biex isiru xi xogħlijiet fuq il-post?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sinjur li għalih qed issir referenza applika għall-irrangar u titjib fir-residneza privata tiegħu nhar il-21 ta’ Frar 2013. Il-Perit tal-Awtorita’ tad-Djar approva s-segwenti:- § Spustar ta’ tank tal-ilma għal fuq il-ħadid; €200 § Bdil ta’ tieqa li fil-bitħa €400 § Bdil ta’ kontrabejt €894 € 1494 Id-Dħul tas-sinjur jintitolah għal 30% tas-somma approvata mill-Perit għalhekk dan ġie informat li ser jikkwalifika għal €448. Meta ġie mitlub jersaq għall-iffirmar tal-ftehim mal-Awtorità tad-Djar is-Sinjur naqas li jagħmel dan u talab li l-Awtorità tad-Djar li din tiġi riveduta. Irid jiġi stabbilit jekk l-ammont għandux jiġi rivedut.

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-kont tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jiġi rivedut peress li jidher li hemm żball?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijenta fejn din ġiet infurmata li l-każ tagħha qed jiġi investigat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, permezz ta’ spezzjoni li se ssir fuq il-post sabiex jiġi determinat jekk il-meter tal-ilma huwiex jiffunzjona kif suppost u jekk il-qari li qed jinħareġ minnu huwiex korrett. Sussegwentament wara li tkun saret l-ispezzjoni, jekk ikun hemm bżonn ta’ xi reviżjoni, din ser issir hekk kif ikun meħtieġ minn dak li jkun irriżulta.

reserved parking — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raguni għala l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal reserved parking ma ġietx aċċettata?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li l-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni b’Diżabbiltà ma kienx approva din l-applikazzjoni għal parkeġġ riservat minħabba li, skont ir-rapport tat-tabib tal-applikant u ukoll skont ir-rapport tat-tabib tal-Awtorità tat-Trasport, id-diżabiltà mhix sostanzjali li tikkawża diffikultà severa fil-mobiltà. Sussegwentament l-applikant appella d-deċiżjoni tal-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni b’Diżabiltà għand ir-Review Panel tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà. Ir-Review Panel ukoll ma approvax din l-applikazzjoni minħabba li d-diżabiltà mhix sostanzjali li tikkawża diffikultà severa fil-mobiltà.
Leg 12 PQ #7697 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Korrispondenza dwar operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm żball fuq il-korrispondenza dwar operazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mill-Customer Care tal-Ministeru

Home help – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjana bedridden li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn is-servizz tal-home help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu żball f’din il-mistoqsija u fid-dettalji ta’ din il-persuna.
Leg 12 PQ #7722 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-katarretti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu bżonn l-operazzjoni tal-katarretti u ilu fuq il-lista ta’ stennija għal dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Diprtiment tal-Customer Care fil-Ministeru.

Problema ta’ three phase main – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat biex tneħħi il-main tat-three-phase?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm dewmien minħabba li l-applikazzjoni ma kenitx kompluta min-naħa tal-klijenta. Għaldaqstant fil-ġranet li ġejjin il-Korporazzjoni Enemalta se tieħu l-passi meħtieġa biex ikun jista’ jinqala’ l-meter.

Home Help – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema bl-applikazzjoni għall-home help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ mhux eliġibbli għas-servizz tal-HomeHelp. Dan ġie deċiż fil- bord tal-HomeHelp unaninament fid-dawl ta’ parametri cari kif jinghata s-servizz.
Leg 12 PQ #7663 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Applikazzjoni għall-Karta s-Safra – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ilu li applika għall-karta s-safra tal-mediċina (Schedule 5) iktar minn xahrejn u għadu bla risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Customer Care fi ħdan il-Ministeru.

Problema dwar bolol – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li titmexxa l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq bolol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Ħruġ tar-relief – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna li joħroġ ir-relief?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu applikat għal għajnuna soċjali f’isimha fil 21 ta’ Jannar 2014 u l-każ tagħha qiegħed jinħadem.
Leg 12 PQ #7666 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Karta s-Safra – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li applika għall-karta s-safra u għadu bla risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Customer Care fi ħdan il-Ministeru.
Leg 12 PQ #7457 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Problema bil-VAT – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu xi problemi fuq multi tal-VAT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT għamel kuntatt mal-individwu msemmi sabiex jara dwar il-problemi li għandu.

Awtorità tad-Djar – ħlas ta’ kirjiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7233 u tgħid kemm hija l-inqas kera li l-gvern jirċievi mingħand l-inkwilini fuq postijiet tal-gvern? Jekk hemm min iħallas inqas minn dak li titlob il-liġi jiġifieri €196 fis-sena, dan għaliex? Hemm xi liġi li tippermetti dan? Tista’ tgħid kemm hemm minn dawn il-każijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lid-Dipartiment tal-Artijiet peress li huma għad għandhom kirjiet fissi. L-anqas kera li titlob il-liġi hija ta’ €197.58. L-Awtorita’ tad-Djar għandha każijiet fejn ir-revizzjoni tal-kera ssir kull sentejn. Dawk il-każijiet li r-revizzjoni tal-kera kienet is-sena l-oħra l-kera ġiet amendata minn €185 għal €197.58 b’effett mill-ewwel ta’ Lulju, 2013 fis-sena u dawk il-każijiet fejn ir-revizzjoni tal-kera ser issir din is-sena l-kera ser tiġi amendata b’effett mill-ewwel ta’ Lulju ta’ din is-sena.

Kont tad-Dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadu kif ħallas €9,000 kont tad-dawl u għad jonqsu jagħti €7,000 oħra, u qed jitolbuh biex iħallas il-kumplament inkella tinqatagħlu l-provvista tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ġie investigat u nstab li f’Novembru 2013 l-ARMS Ltd baġħtet ittra fejn infurmat lill-klijent li kellu xi pendenzi magħha. F’Novembru 2013 sar ftehim bil-miktub li l-kumplament tal-ammont dovut kellu jitħallas f’rati mensili. Dan il-ftehim ma ġiex onorat u għalhekk intbagħtet notifika oħra, fejn il-klijent ġie mitlub sabiex iħallas l-ammont dovut.