Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li skont ir-records se tispiċċa ta’ 63 sena u se tispiċċa b’pensjoni ta’ 10 snin bolol fejn se tispiċċa b’€65 fil-ġimgħa u taħseb li hemm xi żball?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u s-Sinjura ser tkun infurmata permezz ta' ittra uffiċjali.

Problema ta’ infurzar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infurzar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett tkellmu mal-persuna ikkonċernata u minn naħa tagħhom ser jieħdu azzjoni għall-infurzar tal-liġi, relatat ma’ l-ilment tal-istess persuna.

Dar tal-Anzjani – Applikazzjoni – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni biex tidħol f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #31555 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Meter tad-Dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meter tad-dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.
Leg 12 PQ #31556 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problemi fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problemi fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.

Santa Luċija – Triq il-Bruka — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Bruka f’Santa Luċija tingħatax it-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #31564 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta' dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta' dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u qed jingħata l-appoġġ meħtieġ.

Ħlas – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadha bla bonus?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ tal-persuna msemmija ġie maħdum u s-Sinjura ġiet infurmata permezz ta’ ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Ħlas – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dritt ta’ bolol li ħallset?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija titħallas l-Għotja għall-Anzjani ta’ €300. Filfatt tħallset mal-ewwel pagament li sar fl-4 ta’ Frar 2017. Ta’ min ifakkar li l-għotja ta’ €250 li qed issir referenza għaliha mill-Onor. Interpellant b’mod separat, hija applikabbli għal dawk il-persuni li jkunu ħallsu aktar minn 5 snin bolol u ma jikkwalifikawx għal pensjoni kontributorja u li għandhom bejn it-62 sena u l-75 sena.

Benefiċċju tas-supplimentari – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema tal-benefiċċju tas-supplimentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna msemmija ser tiġi kkuntatjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex tingħata spjegazzjoni.

Żball fil-pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward żball fil-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija ġie maħdum u ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Persuna b’diżabilità –Problema bil-kera

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hi persuna b’diżabilità u għandha problema bil-kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti.
Leg 12 PQ #31521 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta' persuna — dental appointment għat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dental appointment tat-tfal tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #31309 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – xogħol – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xogħol fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie segwit.

Xogħlijiet f’shaft ta’ flat – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fix-shaft ta’ flat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li l-Awtorità tad-Djar kienet irċeviet ilment mingħand l-inkwilin imsemmi. Madanakollu, sar kuntatt mal-inkwilin, fejn huwa stess ikkonferma li m’hemm l-ebda ħsarat fil-katusi. Huwa ġie mgħarraf li xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinajra bħal żebgħa, taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-inkwilin.

ħlas ta' bolol — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħlas ta' bolol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru tal-Finanzi kif filfatt hija indirizzata l-ittra li ġiet mgħoddija b’mod separat ma’ din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 12 PQ #31359 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Grievance ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward grievance u li minkejja li kien hemm deċiżjoni, xorta baqa' jbati l-inġustizzja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija minnu ingħatat ir-rimedju skont kif ġie deċiż mill-grievances board.

Lokalitajiet – toroq — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ngħataw it-tarmak mis-sena 2013 sal-lum f’dawn il-lokalitajiet: a. Paola; b. Ħal Tarxien; c. Il-Fgura; d. Il-Marsa; e. Il-Gudja; f. Santa Luċija; g. Valletta; h. Floriana; i. Tal-Pietà; j. Il-Ħamrun; u k. Santa Venera? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm biex aktar toroq jingħataw it-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-pjanijiet biex aktar toroq jingħataw l-asfalt, ix-xogħlijiet fuq it-toroq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.

Stallazzjoni ta’ lift – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward stallazzjoni ta’ lift f’post tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Ħaddiem tax-xatt – ħlasijiet – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħlas b’lura lil missieru bħala ħaddiem tax-xatt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.