Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8281 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara jekk tistax issir reviżjoni tal-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Leg 12 PQ #8289 Sitting 127 2014-03-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Taxxi interni — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu xi problemi fuq it-taxxi interni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna ndikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba. Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.

Benefiċċji Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jieħu xi benefiċċji soċjali nieqsa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jidher li r-rati dovuta tal-benefiċċji li qed jirċievi l-persuna msemmija minnu, inkluż il-Pensjoni Kontributorja għal-Irtirar, huma korretti.

Sadd tad-drenaġġ — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema bid-drenaġġ fit-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu ġie ikkuntatjat u immedjatament bdew l-ispezzjonijiet fit-triq imsemmija fejn il-problema ġiet identifikata f’qasir żmien. Dan is-sadd ġie imneħħi u saret tindifa metikoluża tal-istess medda bħala azzjoni preventiva.

Pensjoni – ħlas ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li saret inġustizzja miegħu fuq pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata tal-Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar li qed tirċievi l-persuna imsemmija minnu hi legalment korretta u għaldaqstant ma seħħet l-ebda inġustizzja fil-konfront tiegħu.

Problema mis-Social Services – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kienet ingħatat parir ħażin mis-Social Services u qed tbati l-konsegwenzi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li qed tirċievi pensjoni tal-età tista' taħdem, però kull dħul jiġi mnaqqas gross mill-intitolament tal-pensjoni.

Ħlas – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadda bord u għadu qed jistenna li jitħallas?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pensjoni għall-Invalidità tal-persuna msemmija minnu għada kif ġiet iffinalizzata u għaldaqstant il-benefiċċjarju qed jiġi nfurmat bil-każ tiegħu.

Post tal-Gvern – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se joħroġ għall-bejgħ il-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Iskema fejn inkwilini ta’ proprjetà tal-Gvern isiru sidien ta’ darhom ġiet varata il-Ġimgħa 21 ta’ Frar 2014. Applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar fil-Furjana.

reserved parking — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7907, jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif il-persuna msemmija hija fil-pussess tal-card is-safra tad-diżabilità maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità kif ukoll għandha fil-pussess tagħha l-parking card il-blu?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li l-kartuna s-safra tad-diżabilità u l-blue badge għall-persuni b’diżabilità ma jinħarġux mill-Awtorità tat-Trasport u għaldaqstant din mhiex l-awtorità kompetenti li tista tagħti risposta għal din id-domanda.

children's allowance — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma rċevitx iċ-children's allowance?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Home help — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7659, tista' l-Ministru terġa' tara l-każ peress li hemm bżonn urġenti ta' home help għax inkella dan l-individwu se jispiċċa ġo dar tal-anzjani peress li l-familja ma tistax tieħu ħsiebu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ġie rivedut. Dan ġie deċiż fil-Bord tal-HomeHelp unaninament fid-dawl ta’ parametri ċari kif jingħata s-servizz.
Leg 12 PQ #8151 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Birkirkara – Ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu jieħu sal-31 ta’ Marzu 2013 l-kuntrattur li jiġbor il-boroż is-suwed, jiġifieri l-iskart domestiku, minn Birkirkara?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-ammont huwa ta’ €169,279.45.
Leg 12 PQ #8152 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Birkirkara – Knis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu jieħu sal-31 ta’ Marzu 2013 il-kuntrattur li hu responsabli mill-knis tal-lokalità ta’ Birkirkara?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-bilanċ huwa ta’ €76,069.48.
Leg 12 PQ #8153 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Birkirkara – Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara f’kontijiet tad-dawl u l-ilma sal-31 ta’ Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-bilanċ huwa ta’ €140,113.54.
Leg 12 PQ #8154 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Birkirkara – Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm arbitraġġ għaddej bejn il-Kunsill Lokali preċedenti ta’ Birkirkara u l-Arms? Jekk fl-affermativ, kemm kien l-ammont in kwestjoni?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li saru laqgħat u dak iż-żmien (Diċembru 2012) l-ammont li kienu qed jitolbu l-Arms kien ta’ € 139,546.50. Wara diversi diskussjonijiet però, l-ftehim baqa’ ma ntlaħaqx.
Leg 12 PQ #8155 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Birkirkara – Dejn mal-WasteServ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħalla dejn mal-WasteServ sal-31 ta’ Marzu 2013 mill-Kunsill Lokali preċedenti ta’ Birkirkara? Minħabba dan l-iżbilanċ u n-nuqqas ta’ responsabbiltà mis-Sindku Nazzjonalista, kemm hu l-ammont li qed jittieħed mill-allocation tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara attwali?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-bilanċ huwa ta’ €292,753.61 u li l-ammont li qed jittieħed mill-allokazzjoni kull tlett xhur huwa ta’ € 22,580.
Leg 12 PQ #8156 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jintbagħat l-appuntament għall-operazzjoni għand l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li ilu jistenna 6 xhur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li dan il-każ qed jiġi segwid mid-dipartiment tal-Customer Care fi’ ħdan il-Ministeru.

Akkomodazzjoni Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tinforma fiex tinsab l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħata separatament huwiex battal u jekk hux disponnibli għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni m’għandhiex applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex iċ-ċwievet tal-fond indikat.

Istallazzjoni ta’ Lift

Question

Tista’ l-Ministru tindika meta se jiġi stallat il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għal lift ġo Blokk S, Triq Katerina Vitale, Santa Lucija, ġiet approvata u qegħda nkluża mal-lista ta’ xogħlijiet pendenti għall-liftijiet. Is-sit in kwistjoni ġie mkejjel u saru l-pjanti meħtieġa. Il-proposta issa trid tiġi sottomessa għas-skrutinju tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilitá biex wara ssir applikazzjoni għal permess mill-MEPA. Wara dan l-istadju u skont prioritajiet applikabbli, jigi ppreparat tender document biex tinħareġ sejha ghall-offerti għax-xoghlijiet mehtiega.