Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8383 u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li wara li dehru fil-bord, għadhom mingħajr risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-ġenituri tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jinsab fil-proċess li jipprovdi LSA lil dawk l-istudenti li fl-aħħar erba`/ħames ġimgħat ġew rakkomandati mill-iStatementing Moderating Panel li jingħataw Full Time One to One Support. Kif l-iskola tkun infurmata li ġie assenjat LSA jiġu nfurmati l-ġenituri.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jipprova jikkuntatja l-ARMS Ltd biex jaqleb il-kont minn wieħed kummerċjali għal wieħed residenzjali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li l-ARMS investigat dan il-każ, intbagħtet formola lill-klijent biex il-post jiġi mniżżel bħala Premises not in use u t-teħid tal-qari tiġi skond din is-sistema.
Jista’ l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq main tad-dawl u l-ilma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment peress li qed ikollu kontijiet għoljin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijent fejn ġie vverifikat il-qari tiegħu ma dak fis-sistema. Il-klijent ġie nfurmat ukoll sabiex jimla l-formola għat-Tibdil fin-numru ta’ persuni, sabiex il-kont ikun jirrifletti n-numru attwali ta’ residenti fid-dar.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-post lid-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux proprjetà tal-gvern u jekk hu tal-gvern, jinsab battal? Jinsab eligibbli għal social housing?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern il-fond li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament mhuwiex proprjetà tal-Gvern.
Ħal Tarxien — Triq il-Palma - Zebra Crossing bla dawl
Question
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' stallar ta' dawl maż-zebra crossing li tinsab fi Triq il-Palma Ħal Tarxien peress li din saret qabel l-elezzjoni u ilha minn dakinhar bla dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm stadd tad-drenaġġ fil-binja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ma rrizultax li l-inkwilin imsemmi għamel rapport ta’ ħsarat lill-Awtorità tad-Djar, uffiċjali teknici tal-istess Awtorita’ għamlu spezzjoni nhar it-Tnejn 17 ta’ Marzu u ma rrizultax li kien hemm sadd fid-drenagg ta’ din il-Binja.
Tista’ l-Ministru tara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema mal-Housing Authority?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care, u ġiet mibgħuta applikazzjoni sabiex tapplika ghal post alternattiv. Sadanittant il-persuna għandha terġa' tiġi kkuntatjata mill-Customer Care aktar 'il quddiem sabiex insegwu l-progress.
Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta’ ċittadinanza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li żżewweġ fl-2008, għandu tlett itfal u għadu qed jistenna ċ-ċittadinanza Maltija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-artiklu 6 ta’ l-Att Dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, persuna tista tapplika għaċ-Ċittadinanza Maltija abbażi ta’ żwieġ ma’ Ċittadin Malti wara li din il-persuna tkun ilha miżżewwġa u tgħix maċ-ċittadin Malti għal ħames snin wara ż-żwieġ. Din il-persuna saret eliġibbli biex tapplika għaċ-Ċittadinanza f’Lulju 2013. Fil-fatt l-applikazzjoni saret fid-Dipartiment fl-23 ta’ Lulju 2013. Din l-applikazzjoni għada qed tiġi ipproċessata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8177 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġieha għoli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS għamel kuntatt mal-klijenta fejn din infurmatna li kellha ħsarat interni fejn jidħlu pajpijiet tal-ilma tar-residenza tagħha u għadditilna wkoll xi ritratti ta’ dawn l-istess ħsarat.
Il-klijenta ġiet infurmata li l-file tagħha ġie mgħoddi lil-Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, sabiex dan jinvestiga l-każ u sussegwentament tittieħed id-deċiżjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħadmet xi żmien u kellha xi problemi fuq l-income tax?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna ndikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hemmx xi każ pendenti rigward somma li kellu jingħata lura l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament mingħand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali peress li mill-benefiċċju tal-qgħad kienu qed jinqatgħulu ċertu ammont ta' flus peress li kien qabeż l-ammont stipulat ta' assi (flus il-bank), rebaħ l-appell però baqa’ ma ġiex rifuż l-ammont?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kien hemm appell imma l-każ se jerġa' jiġi maħdum minn meta l-assi tnaqqsu.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi rivedut il-kont tad-dawl u l-ilma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li jidher li hemm żball?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS Ltd għamlet kuntatt mal-klijent fejn dan avżana li l-Ħamis 27 ta’ Frar 2014, mar personalment fl-uffiċini tal-Customer Care tal-ARMS u ppreżenta ittra sabiex il-każ tiegħu jiġi kkunsidrat għal Bulking Committee minħabba li huwa relatat ma konsum akkumulat.
L-ARMS se tmexxi din l-ittra għal kunsiderazzjoni tal-bord.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-qraba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema rigward flus li ħallas meta kien l-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz qed jiġi segwit mill-Customer Care tal-Ministeru.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat għall-akkomodazzjoni soċjali imma s'issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar id-disgħa u għoxrin (29) ta’ Jannar, 2013. Hija toqgħod ġo post mikri mis-settur privat u tħallas €80 kera fis-sena. L-applikanta tibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tagħha għas-sena 2013 kien jammonta għal € 8,302.75. Il-lokalitajiet preferuti tagħha huma Bormla, Birgu, Fgura, Paola u Zabbar. L-applikazzjoni ta’ din is-sinjura qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.