Legislature:
Category:
Reset
Active:

Allowance — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tinforma kif allowance tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u toħroġ minn Monti Karmel meta l-persuna ilu għal dawn l-aħħar tliet xhur wieqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qed tirċievi dak li hu dovut lilha kemm bħala pensjoni kif ukoll benefiċċji.

Telf ta’ ID Card

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha l-l-ID card tagħha mitlufa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – Ftuħ ta’ għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal-pulizija ta’ Ħal Tarxien tinfetaħx? Jekk iva, kull meta tinfetaħ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Tarxien tinfetah kwazi kuljum. F’ċerti ħinijiet l’għassa tingħalaq u dan waqt li isiru 'foot patrols' fil-lokal, waqt sorveljanza ma’ l-iskejjel pubbliċi kemm filgħodu jew wara nofs inhar u meta jsir xogħol in konnessjoni ma’ rapporti tal-pubbliku f'Hal Tarxien. Hemm drabi meta l’għassa tingħalaq meta il-pulizija jkun imsejjah għal xogħol ieħor fid-distrett ta' Raħal Ġdid jew barra mid-distrett, skond l-esiġenzi tas-servizz.

Meter Three Phase — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward l-metre three phase li hemm fir-residenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijenta fejn din ġiet infurmata x’passi se jittieħdu sabiex tiġi ndirizzata l-problema tagħha.

Ħal Tarxien — Triq il-Palma - Zebra Crossing bla dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u jara fiex wasal il-każ ta' stallar ta' dawl maż-zebra crossing li tinsab fi Triq il-Palma Ħal Tarxien peress li din saret qabel l-elezzjoni u ilha minn dakinhar bla dawl?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta kienet ħarġet quotation għal dan ix-xogħol, pero’, sfortunatament il-proċess ma kienx wieħed sodisfaċenti minħabba li l-istimi tal-bidders kienu għoljin. Għaldaqstant Transport Malta qiegħda fil-proċess li terġa’ toħroġ sejħa għall-offerti għal-dawn ix-xogħlijiet

Problema ta’ kanna – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tinforma fiex wasal il-każ ta’ tibdil ta’ kanna komuni fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tinsab misduda kif ukoll imkissra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-kaz imsemmi, saret spezzjoni mill-uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar, tlestiet l-istima u l-każ qieghed fi proċeduri biex jigi ngaggat kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet u t-tiswijiet meħtiega.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7084, peress li saru diskussjonijiet mal-kunsill lokali u jidher li se jsir intervent mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qatt ma ġiet infurmata b’dan il-każ. Il-Ministeru talab lill-WSC sabiex tikkuntatja lill-individwu.

Ċittadinanza – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara x’sar mill-file tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li sejħulu biex jiġbor iċ-ċittadinanza tiegħu imma meta mar l-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza qalulu li l-file tiegħu ntilef u s’issa għadu bla risposta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-file ta’ din il-persuna mhux mitluf u l-iproċessar ta’ l-applikazzjoni tagħħa waslet fl-aħħar stadju.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara fiex waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li applika biex jixtri l-post li jgħix fih, ir-riċerka meħtieġa saret kollha, imma għadu ma ffirmax il-konvenju?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu preparati l-pjanti neċessarji għall-iffirmar tal-konvenju u eventwalment il-kuntratt finali.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li applika biex issir xi manutenzjoni fir-residenza tiegħu fl-2012 u s’issa għadu ma sar xejn meta suppost il-manutenzjoni ssir sitt xhur wara li tiġi pproċessata l-applikazzjoni skont wegħda tal-gvern preċedenti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-kaz imsemmi, wara li giet ipprocessata l-applikazzjoni taht Skema Nirranga d-Dar Tieghi u saret stima tax-xogħlijiet, l-individwu imsemmi iffirma l-ftehim mal-Awtorita’ tad-Djar fil-31 ta’ Ottubru 2013. Minhabba li dan il-beneficjarju għazel li x-xoghlijiet isiru mill-Awtorita’ tad-Djar, gie mibdi l-proċess għal preparazzjoni ta’ stima aktar dettaljata sabiex tinħareg sejħa għall-offerti u jigi ingaggat kuntrattur biex jagħmel ix-xoghlijiet meħtiega.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol fuq saqaf tal-gallarija tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li ilu sena u nofs jistenna?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, dan il-każ ta’ ħsara fil-gallarija fil-post imsemmi, ittiehed nota tiegħu l-ewwel darba f’Dicembru 2013 meta saret mistoqsija parlamentari dwaru. Saret spezzjoni mill-uffiċjali teknici tal-Awtorita’ fis-16 ta’ Jannar 2014 u saret ukoll stima tat-tiswijiet. Il-każ tqiegħed fil-lista ta’ tiswijiet pendenti li għandha tagħmel l-Awtorita’ tad-Djar f’postijiet tal-Gvern fejn ix-xogħlijiet qed jigu assenjati lill-kuntratturi skond il-priorita’ tagħhom.

Kont tad-Dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li jidher li hemm xi żball jew ħsara fil-meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijenta fejn din ġiet infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdha tinvestiga l-każ biex jaraw jekk xogħolijiet relatati li saru fil-viċinanza tar-residenza tagħha, setax kellhom effett fuq il-konsum personali tagħha.

Pensjoni Proviżorja — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward pensjoni proviżorja? .

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Main tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa main tad-dawl tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS ghamlet kuntatt mal-klijent fejn gie stabbilit li l-main tad-dawl mhux qieghed fi propjeta' tieghu u hu mhux sid il-kont.

Awtorità tad-Djar — konvenju

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi ffinalizzat il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex l-Awtorità tad-Djar tiffirma l-konvenju għax-xiri tal-post imsemmi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu preparati l-pjanti neċessarji għall-iffirmar tal-konvenju u eventwalment il-kuntratt finali.

Tnaqqis fil-benefiċċju soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-benefiċċji soċjali tiegħu ġew maqtugħa fuq kwistjoni ta’ assi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub.

Children’s Allowance – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għaċ-Children’s Allowance però għadu bla risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata aktar minn darba rigward il-każ tagħha, izda għal xi raġuni d-Dipartiment għadu ma rċeviex l-ebda risposta mill-persuna kkonċernata.

Tnaqqis fil-benefiċċju soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jinqatgħulu flus mill-benefiċċju soċjali wara deċiżjoni meħuda mit-tribunal?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Leg 12 PQ #8597 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz ta’ carer – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba carer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ġiet nieqsa, għaldaqstant dan il-kaz huwa magħluq. Nagħti l-kondoljanzi lill-familjari tagħha.

Transport Malta – Arranġamenti ta’ linji fit-toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7040, jista' l-Ministru jara jekk din it-talba ġietx milqugħa peress li issa saret talba mill-kunsill lokali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li Transport Malta għadha ma rċeviet l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-individwu kkonċernat relatata ma’ sinjali taż-żebgħa fit-triq u li għaliha qed jagħmel referenza fil-mistoqsija tiegħu.