Legislature:
Category:
Reset
Active:

Children’s Allowance u Relief – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema dwar iċ-children’s allowance u r-relief?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali permezz ta’ ittra datata 7 ta’ Mejju 2014 dwar il-każ tagħha.

Problema ta’ Housing – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema dwar housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mill-Awtorita’ tad-Djar permezz ta’ ittra datata 8 ta’ Mejju, 2014 dwar il-każ tagħha.

Problema fuq il-kont tal-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għal dawn l-aħħar xhur qed ikollha problema bil-kont tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ ġie nvestigat u ġiet infurmata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tieħu azzjoni neċessarja.

Problema fuq kont — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha kont pendenti u tinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kuntatt li għamlet l-ARMS Ltd mal-familjari tal-anzjana, irriżulta li ma hemm l-ebda lment dwar dan il-kont.
Leg 12 PQ #9103 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – garaxxijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Artijiet beħsiebu joħroġ offerti għall-garaxxijiet li jinsabu battala fi Triq ir-Rebbiegħa Ħal Għaxaq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern il-garaxxijiet li jinsabu fi Triq ir-Rebbiegħa Ħal Għaxaq mhumiex battala iżda huma kollha mikrija.

Awtorità tad-Djar — fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux battal u jekk hemmx inkwilin rikonoxxut fuqu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex pussess fuq dan il-post.

Ħal Għaxaq – tneħħija ta’ zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ fejn zebra crossing tneħħiet minn Triq San Filippu, Ħal Għaxaq u b’hekk issa m’hemm l-ebda zebra crossing jew traffic lights f’din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li, minn records ta’ Transport Malta, irriżulta li qatt ma kien hemm approvazzjoni għal zebra crossing fi Triq San Filippu u lanqas qatt ma nħarġet struzzjoni lil Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq sabiex titneħħa xi zebra crossing minn ġewwa Triq San Filippu. Madankollu ninsab infurmat li, b’email bid-data 21 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq kien issottometta talba għal zebra crossing fi Triq San Filippu viċin kantuniera ma’ Triq Ġistakor. Transport Malta infurmat lill-Kunsill Lokali li l-post magħżul ma kienx rakkomandabbli minħabba nuqqas ta’ viżibilta’ u nuqqas ta’ sigurta’, u pproponiet lill-Kunsill Lokali sabiex jikkunsidra post ieħor aktar ‘l fuq, viċin il-ġnien fl-istess triq.

Triq li tagħti minn Birżebbuġa għal Ħal Għaxaq — rranġar

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata t-triq li minn Birżebbuġa tagħti għal Ħal Għaxaq peress li din it-triq ilha maqgħluqa x-xhur?

Response (MIZZI, JOE)

Nifhmu li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xogħlijiet li qed isiru fi Triq Għar Dalam Birżebbuga minn kuntrattur privat (RMS) f’isem l-Enemalta. Dan ix-xogħol qed isir taħt permess maħruġ minn Transport Malta (RWP1-0917/13).

Marsa — Xatt l-Għassara tal-Għeneb - loading u unloading bay mhux użati

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ fejn hemm żoni ta' unloading/loading parking f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb, Marsa li m'għadhomx ta' użu? Jista' jiġi vverifikat il-każ ħalli jitneħħew jekk mhemmx użu u jinħolqu parkeġġi ġodda?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jindika għal-liema un/loading bays qed jirreferi għalihom sabiex Transport Malta tkun f'pożizzjoni li tieħu l-passi neċessarji.

Benefiċċju tal-Mard — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jinforma fiex waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-benefiċċju tal-mard?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni msemmija ġiet proċessata u l-persuna ġie infurmat bil-miktub meta se jiġi eżaminat mill-bord mediku.

Rapport dwar il-pjan soċjo-ekonomiku tan-Nofsinhar ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mħejji mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien ippubblikat fl-1997 u li kien jittrata l-pjan soċjo-ekonomiku għan-Nofsinhar ta’ Malta? Jekk huwa possibbli, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u r-riċerki relatati ma’ dan ir-rapport?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport imsemmi ma kienx ikkummissjonat mill-Ministeru responsabbli mill-Politika Soċjali u għaldaqstant mhux possibbli għalija li npoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.

Awtoritá tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li jridu jinbidlu l-katusi tad-drenaġġ kif ukoll hemm problema rigward is-soqfa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-problema li tirrigwarda soqfa, kienet saret spezzjoni f’Ġunju tal-2013 fejn ma nstabx li kien hemm ħsara fis-soqfa tal-post imsemmi. Ġew innotati ħsarat fil-ħajt tal-veranda u tlestiet stima tax-xogħlijiet. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru minn kuntratturi mqabbda mill-Awtorità tad-Djar. Dwar ħsara fid-drenaġġ għandha ssir spezzjoni mill-uffiċjali tekniċi fil-jiem li ġejjin.

Awtorità tad-Djar — każ ta' Individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li kellu jsir social assessment tal-file tagħha minħabba l-fatt li se jispiċċaw bla saqaf fuq rashom minħabba problemi finanzjarji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar il-ħmistax (15) ta’ Jannar, 2014. Il-koppja se jiġu mgħarrfa bid-deċiżjoni tal-bord fil-ġranet li ġejjin.
Leg 12 PQ #8924 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas minn fond – każijiet ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8819, 8514 u 8383 u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi huwa responsabbli biss mill-immaniġġjar tal-loan. Billi l-Ministru m’għandux dettalji speċifiċi dwar l-individwi, nitlob lill-Onor. Interpallant biex jipprovdi iktar informazzjoni.

Children's Allowance — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament rigward applikazzjoni li għamel għaċ-children's allowance f'Diċembru li għadda imma s'issa għadu bla risposta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda żviluppi f’dan il-każ minħabba li l-persuna indikata minnu għadha ma ssottomettietx id-dokumenti mitluba mid-Dipartiment.
Leg 12 PQ #8819 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas minn fond – każijiet ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8514 u 8383 u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Liċenzja tal-Kaċċa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna biex iħallas il-liċenzja tal-kaċċa fuq l-art?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ lil Wild Bird Regulations Unit fi ħdan is-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru tiegħi. Sadanittant ikun utli jekk l-Onor. Interpellant jgħaddilna n-numru tat-telefon tal-persuna ħalli nkunu nistgħu nikkuntattjawha.

Applikazzjoni għall-Blue Sticker — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-blue sticker mal-KNPD però f'ittra datata 5 ta' Marzu 2014 ġiet infurmata li ma tikkwalifikax?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna giet mitluba tattendi għal appuntament mat-tabib tal-KNPD, skont il-proċedura meta wieħed japplika għall-Blue Badge. Waqt l-appuntament li ngħatalha, l-persuna msemmija spjegat li tista' timxi ghal 15-20 minuta mingħajr għajnuna u li xi drabi biss ikollha bżonn tieqaf għall-mistrieh. Fid-dawl ta' dan inħass li ma tikkwalifikax għal Blue Badge. Din il-persuna tista' tappella mid-deciżjoni billi tikteb lil Blue Badge Appeals Board li jiltaqa' fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija. L-ittra tal-appell izda għandha tintbagħat lill-KNPD, Bugeja Institute, Triq Braille, Santa Venera minħabba l-fatt li l-KNPD tiehu ħsieb ix-xogħol amministrattiv ta' dan il-Bord.

Għajnuna Soċjali – Każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija reġgħet applikat għall-Għajnuna Medika wara li rċieva li m’għadux intitolat għal din l-Għajnuna.