Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar problema tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill Onor. Interpellant li għalkemm ma nstabet l-ebda notifikazzjoni fuq dan il-każ, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma ħadet ħsieb tirranġa din il-problema minnufih.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fil-meter tal-ilma li mhux qed jaħdem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill Onor. Interpellant li wara li ARMS LTD għamlu n-notifikazzjoni dwar dan l-ilment, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppruvat tagħmel l-intervent meħtieġ iżda dan ma setax isir minħabba li l-konsumaturi kellhom jibdlu xi kanen min-naħa tagħhom. Sar kuntatt mal-konsumaturi u l-kanen inbiddlu għalhekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma se tagħmel ix-xogħol meħtieġ fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9214 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward social services?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji rigward dan il-każ minħabba li jidher li ma hemm l-ebda problema bil-benefiċċji li qed tirċievi l-persuna ndikata minnu.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha bżonn il-kartuna r-roża minħabba l-mard li għandha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob biex din il-mistoqsija ssir lill-Ministeru konċernat.
Post tal-Gvern — problema ta' saqaf - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu s-saqaf qiegħed fi stat perikoluż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mill-Awtorita’ tad-Djar permezz ta’ ittra datata 23 ta’ Mejju 2014 dwar il-każ tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9103, jista' l-Prim Ministru jivverifika l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-garaxx in kwistjoni huwa mikri. Kemm-il darba dan il-garaxx jiġi lura f’idejn il-Gvern u jiġi deċiz li joħroġ bl-offerti għall-kiri, allura l-individwu li fetaħ il-każ mad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern jiġi nfurmat biex jitfa’ l-offerta tiegħu.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tixtieq tara jekk għandiex dritt għall-mediċina għall-kundizzjoni ta' fibromyalgia?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-persuna li d-dettalji ingħataw b’mod separat qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta' ħlas b'lura tal-VAT?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tal-VAT u nfurmatna li l-każ gie risolt.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa homeless?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata mill-Awtorità tad-Djar permezz t’ittra datata 8 ta’ Mejju, 2014 dwar il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8685 u jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha l-l-ID card tagħha mitlufa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjana li d-dettalji dwarha ngħataw separatament inghatat ID card ġdida f’April li għadda.
Jista' l-Ministru jara li it-trasport pubbliku bir-rotta X7 meta tkun ġejja mil-Birgu tieqaf quddiem il-knisja ta' Kristu Re peress li dak l-istage huwa qrib iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-uniku stage li bħalissa qed jopera huwa dak li qiegħed ma ġenb l-għassa u qed ikun ta' inkonvenjent għall-anzjani li jridu jmorru l-Gudja u l-inħawi tal-madwar? Jista' jara li barra il-waqfiet li hemm issir waqfa oħra quddiem il-knisja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, ir-rotta X7 fi triqitha mill-Birgu diġa’ tieqaf quddiem il-Knisja ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid.
Infurmat ukoll li fuq l-imsemmi
bus stop
hemm tabella li tindika li din ir-rotta tipprovdi servizz fuq dan il-
bus stop
.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġieh għoli meta m’għadux joqgħod fil-post?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kont maħruġ kien estimate u issa ġie aġġustat skont il-qari attwali.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kont maħruġ kien estimate u issa ġie aġġustat skont il-qari attwali.