Legislature:
Category:
Reset
Active:

Problema ta' main tad-dawl — każ ta' persuna minn Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Raħal Ġdid li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar problema tal-main tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie solvut.
Leg 12 PQ #11110 Sitting 189 2014-10-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

VAT – każ ta’ persuna minn Raħal Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna minn Raħal Ġdid, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar każ ta’ VAT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna kkonċernata ntbagħatitilha dikjarazzjoni li hi m’hiex reġistrata għall-VAT.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna miż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna miż-Żejtun li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema dwar applikazzjoni mal-Housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandhiex applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti.

Kontijiet tad-Dawl – każ ta’ individwu minn Ħal Għaxaq

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu minn Ħal Għaxaq li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress qed jkollu kontijiet għoljin ħafna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan il-każ kien hemm ammont ta’ ilma kkunsmat iżjed minn normal. Il-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u issa l-konsum reġa’ ġie lura għan-normal.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu minn Raħal Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu minn Raħal Ġdid li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ huwa solvut.

Problema bil-main tal-ilma — każ ta' individwu mill-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna mill-Marsa li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex isirlu x-xogħlijiet meħtieġa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm diversi verifiki fil-post kemm mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll mid-Dipartiment tas-Sanita’, u issa l-problema hija solvuta.

Problema dwar Drenaġġ – każ ta’ persuna minn Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Ħal Tarxien li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li far id-drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u l-persuna msemmija għandha tirċievi l-pagament fil-ġranet li ġejjin.

Problema dwar Drenaġġ – każ ta’ persuna minn Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Ħal Tarxien li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar kumpens għal ħsara li saret minħabba d-drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10856.

Raħal Ġdid — Qtugħ ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jibgħat lil xi ħaddiema biex jaqtgħu s-siġar ta’ maġenb ix-showroom tal-kmamar tal-banju fi Triq l-Arkata, Raħal Ġdid, għax kibru ħafna?

Response (BRINCAT, LEO)

Peress li l-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoneċernat.

Waiting list għall-operazzjoni tal-kataretti — każ ta' persuna minn Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Raħal Ġdid li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar waiting list għall-kataretti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Kaz qed jigi investigat.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna minn Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Raħal Ġdid li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar perikolu fis-saqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament applika għall-irranġar u titjib fir-residenza tiegħu fi Frar 2014. Meta din il-persuna ġiet mitluba biex tersaq għall-iffirmar tal-ftehim mall-Awtorità tad-Djar, din naqset li tagħmel dan u talbet lill-Awtorità tad-Djar għal aktar xogħlijiet. Għal darba oħra din il-persuna ser terġa’ tintalab tersaq għall-iffirmar tal-ftehim, b’xi xogħol miżjud.

Awtorità tad-Djar — problema ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-faċċata tad-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li din il-persuna ġiet ikkuntattjata, ma jirriżultax li għandha xi talba pendenti quddiem l-Awtorita’ tad-Djar. Fil-fatt hija kkonfermat li għandha kwistjoni privata mas-sid li jabità fir-residenza ta’ fuqha. L-Awtorità tad-Djar ma tidħolx fi kwistjonijiet privati.

Raħal Ġdid — Problema ta’ Sanità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema ta’ sanità f’Raħal Ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kaz qed jigi investigat.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u rriżulta li l-problema kienet waħda teknika. Il-każ issa ġie solvut.

Żbroff tad-drenaġġ – każ f’Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna minn Ħal Tarxien li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ġarrbet ħsara kbira kawża ta’ żbroff tad-drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija aċċettat il-kumpens offrut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-każ huwa magħluq.

Children Allowance – każ ta’ individwu miż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu miż-Żejtun li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar każ ta’ children allowance?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. iInterpellant illi l-każ imsemmi minnu hu fil-fatt maħdum u għalhekk iffinalizzat u l-pagament mistenni jitħallas.

Trades Department – każ ta’ persuna minn Ħal Għaxaq

Question

Jista’ l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema mat-Trades Department?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwara qed jingħataw seperatament, fl-14 ta’ Lulju 2004 id-dipartiment kien għarrafha li ma kellu l-ebda oġġezzjoni dwar il-ħruġ ta’ din il-liċenzja. L-applikant kienet intalbet tippreżenta dikjarazzjoni maħruġa mill-Awtorita’ tas-Saħħa li tgħid li hija kienet konformi ma kull ħtieġa sanitarja. L-applikant naqset li tagħmel dan u għalhekk il-liċenzja ma setgħetx tinħareġ.
Leg 12 PQ #10898 Sitting 187 2014-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema dwar art – każ ta’ persuna minn Santa Luċija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna minn Santa Luċija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq biċċa art?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-problema li għandha din il-persuna, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, hija problema li tappartjeni wkoll għal diversi nies oħra. Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kien kiteb lil din il-persuna fis-16 t’Ottubru 2013 u fehma x’inhi l-kawża tal-problema. Sfortunatament m’hemmx żviluppi oħra x’wieħed jista’ jirraporta aktar minn dawk miktuba fl-ittra.

Għajnuna soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ ta’ għajnuna soċjali għal tifel bi bżonnijiet soċjali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ benefiċċju għall-allowance ta’ diżabilità ma jibqax dovut u jiġi tterminat hekk kif it-tifel jew it-tifla li għalihom ikun qiegħed jitħallas il-benefiċċju msemmi jittieħdu taħt il-ħarsien ta’ waħda mill-Aġenziji tal-Gvern.