Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema fuq is-sigurtà soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu ndikat minnu għandu medja massima ta’ kontribuzzjonijiet u għalhekk qiegħed jirċievi rata ta’ pensjoni li tikkorrespondi ma’ żewġ terzi sħiħa tad-dħul pensjonabbli tiegħu.
Minħabba li laħaq l-età tal-pensjoni fis-sena 2012, id-dħul pensjonabbli (P.I.) inħadem fuq l-aħjar tlett snin konsekuttivi ta’ salarji bażiċi fl-aħħar għaxar snin u għalhekk fuq is-snin 2009 sa 2011.
Għalhekk nikkonferma li r-rata ta’ pensjoni kontributorja għall-irtirar hi korretta u tirrifletti ż-żewġ terzi sħaħ.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rapport dwar il-każ imsemmi daħal għand l-Awtorita’ tad-Djar riċentament fix-xahar t’Ottubru u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar fil-ġranet li ġejjin, sabiex jiġi verifikat l-ilment. Madanakollu, kif diġa’ ġie mħabbar xi xhur ilu, dan il-blokk jagħmel parti minn numru ta’ blokki residenzjali tal-Gvern f’Raħal Gdid li se jiġu rinovati. It-tender għal dawn ix-xogħlijiet ġie ippublikat u bħalissa qiegħed fil-fażi li jintefgħu offerti minn kuntratturi interessati.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar pensjoni tal-invalidità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżenzjoni mill-€466 li titħallas għal trasferiment jew stallazzjoni tal-meter, hija dovuta biss lil dawk li qegħdin jirċievu xi wieħed mill-Benefiċċji Mhux Kontributorji hawn taħt imsemmija:
· Għajnuna Soċjali (SA/SUP/SAF/PW);
· Pensjoni tal-Età (AP);
· Pensjoni għal Diżabilità (HP/SHP/BLD);
· Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg (UA).
Għaldaqstant, il-persuna ndikata mill-Onorevoli membru mhix intitolata għal din l-eżenzjoni minħabba li hija qed tirċievi l-Pensjoni tal-Invalidità, li huwa Benefiċċju Kontributorju.
Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li mhemmx dawl fit-triq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta m’għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għal dwal ġodda f’dawn l-inħawi. Talbiet għal dwal ġodda f’żoni pubbliċi għandhom isiru lil Kunsill Lokali tal-lokalità kkonċernata.
kont tad-dawl u ilma — każ ta' individwu minn Raħal Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna minn Raħal Ġdid u lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq kont tad-dawl u ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u sar kuntatt mal-persuna kkonċernata.
Awtorità tad-Djar — każ ta' individwu minn Santa Luċija
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar spezzjoni mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni sabiex jiġi investigat dan ir-rapport. Irriżulta li kien hemm xi dħul ta’ ilma fi flat li probabbilment ġie kkawżat xi żmien ilu minħabba xi għarar fuq il-bejt. Fil-preżent il-kanna tal-ilma ta’ flat ieħor fl-istess blokk qed tnixxi bil-mod peress li mhux imqabbda kif suppost iżda m’hijiex tikkawża dħul ta’ ilma. L-inkwilin ta’ dan il-flat ġie mitlub isewwi l-ħsara.
Reviżjoni ta' pensjoni tal-Invalidità — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li saritlu reviżjoni tal-pensjoni tal-invalidità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu hu fil-fatt maħdum u għalhekk iffinalizzat u l-pagament mistenni jitħallas.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadha ma tteħditx azzjoni min-naħa tal-Arms Ltd?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interepellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-proċeduri kollha sabiex il-każ jiġi solvut.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatmaent peress li nqabad xhud fil-Qorti mingħajr ma ġie avżat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħaba n-natura tal-informazzjoni ta’ din it-tweġiba, d-dettalji tar-risposta ser jingħataw separatament lill-Onor.Interpellant f’din is-seduta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10901 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jibgħat lil xi ħaddiema biex jaqtgħu s-siġar ta’ maġenb ix-showroom tal-kmamar tal-banju fi Triq l-Arkata, Raħal Ġdid, għax kibru ħafna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex issir iż-żabra tas-siġar imsemmija.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm talba ukoll minn numru ta' studenti tal-MCAST biex l-X7 tieqaf quddiem l-istage ta' Raħal Ġdid bħal ma jagħmlu l-X2 u l-X3?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi l-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament ġie ikkuntatjat minn uffiċjal ta’ Transport Malta.
Infurmat ukoll illi it-talba sabiex ir-rotta X7 tieqaf fuq il-bus stop “Lourdes” fi triqitha lejn Ħal-Għaxaq ser tiġi indirizzata f’qasir żmien.