Legislature:
Category:
Reset
Active:

LSA — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm bżonn ta' LSA għat-tifel tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-ġenituri ser jingħataw appuntament biex jidhru quddiem l-Istatementing Moderating Panel fil-bidu ta' Diċembru, 2014.

Korporazzjoni Enemalta — proċess ta' stallazzjoni tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' proċessar ta' stallazzjoni tad-dawl fiż-żona li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-notifika ġiet approvata f’dawn il-ġranet.

Struttura perikoluża — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna msemmija rreġistrat rapport dwar il-ħsara fix-xaft. Madanakollu bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qegħda fil-proċess t’evalwazzjoni ta’ tenders għal diversi tiswijiet neċessarji fil-blokk imsemmi. Ix-xogħlijiet mistennija jinbdew f’Jannar 2015.

Mediċina – każ ta’ persuna

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10756, jista' l-Ministru jara l-każ peress li jidher li għadu ma sar l-ebda kuntatt mal-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Struttura perikoluża — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12273 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li s’issa kien sar rapport mill-inkwilin dwar il-każ imsemmi ta’ struttura perikoluża fl-appartament. Sadanittant, minħabba li dan il-każ sirna nafu bih minn mistoqsija parlamentari 12273, saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar. Minn din l-ispezzjoni irriżulta li l-ilma li dieħel fl-appartament imsemmi hu kkawzat minn ħsara fis-sistema tal-ilma fil-kamra tal-banju tal-appartament li jiġi direttament fuqu. L-inkwilina kkonċernata ngħatat struzzjonijiet biex tagħmel it-tiswijiet meħtieġa mmedjatament u terġa’ tinforma lill-Awtorita’ tad-Djar sabiex jiġi vverifikat jekk il-ħsara ssewwietx.

Raħal Ġdid — Stage tal-karozzi tal-linja quddiem il-Knisja ta’ Kristu Re

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10823, jista' l-Ministru jara x'sar fuq it-talba?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi wara li saret site visit fuq il-post imsemmi, ittieħdet id-deċiżjoni li hemm bżonn li jitwaħħal bus shelter fuq dan is-sit. Infurmat ukoll illi fil-preżent qegħdin jiġu imħejjin id-disinji neċċessarji sabiex dan il-proġett ikun jista’ jiġi imwettaq fl-iqsar żmien possibli.

Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdet azzjoni.

Awtorità tad-Djar — problema ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta' skema mal-Housing Authority?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-persuna ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care sabiex tiġi identifikata l-għajnuna li għandha bżonn min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar. Irriżulta li l-problema ta’ din is-Sinjura hija li għadha ma rċevietx il-kont tad-dawl. Peress li din it-talba ma taqax taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, il-persuna kkonċernata ġiet mitluba tirrikorri fid-dipartiment ikkonċernat.

Akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ persuna minn Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi investigat każ ta’ persuna lid-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rigward akkomodazzjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha u qegħda fil-proċess li jsir social assessment sabiex naraw il-prijorita’ tal- każ tagħha. Rigward l-applikazzjoni għas-sussidju tal-kera, din ġiet proċessata u approvata ukoll. Fil-fatt din il-persuna ser tingħata €800 sussidju fis-sena fuq il-kera li hija qegħda tħallas.

Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu minn Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament fuq każ ta’ sigurtà soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — skema ta' rranġar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-klawsola li l-valur tal-proprjetà ma tridx teċċedi l-valur ta' €100,000 f'każ li tkun sid meta japplika għal xogħlijiet ta' rranġar, tneħħietx mill-iskema ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar u ttijib f'residenzi okkupati minn sidien jew inkwilini? Din il-klawsola kienet parti mill-kundizzjonijiet meta ġiet mnedija din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta’ emenda fil-Gazzetta tal-Gvern datata 21 ta’ Frar 2014, il-Klawsola li tgħid li propjeta’ ta’ sidien ma tridx teċċedi l-valur ta' €100,000, ġiet imneħħija mill-iskema ta’ Irrangar u Titjib tal-Awtorita’ tad-Djar.

Struttura perikoluża — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — każ ta' individwu

Question

Jista' jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li s’issa kien hemm irreġistrat ilment dwar ħsarat fl-appartament fejn toqgħod il-persuna msemmija. Madanakollu dan l-inkwilin għandu jiġi kkuntattjat biex issir spezzjoni ta’ verifika dwar it-tiswijiet meħtieġa fi żmien ġimagħtejn oħra.

Bżonn ta’ Patrols – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar patrol peress li fl-inħawi fejn joqgħod qed ikun hemm abbuż ta’ drogi u prostituzzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi dwar il-ka¿ tal-individwu, li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, dan ġie mitkellem mill-Pulizija u ser jittieħdu passi u kull azzjoni neċessarji. Infurmat ukoll illi f’inhawi ta’ Raħal Gdid saru xi searches/patrols mit Taqsima tad-Drogi kif jidher hawn taħt. Year Number 2010 27 2011 27 2012 25 2013 12 2014 10

Xogħlijiet fuq Blokka – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar xogħlijiet neċessarji mal-ħajt tal-madwar il-blokka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret minn uffiċċjal tal-Awtorita’ tad-Djar, instab li l-ħajt imsemmi li ċeda mhuwiex proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar waqt li l-ħsarat imsemmija huma ġo ħwienet li wkoll ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ tad-Djar.

Il-Fgura — Periklu minħabba scaffolding - każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li jidher illi din għandha scaffolding li ilu armat fuq il-bankina quddiem il-bieb tad-dar tagħha, li ritratt tiegħu qiegħed ukoll jintbagħat separatment, u liema scaffolding huwa ta’ periklu kemm għal din il-persuna kif ukoll persuni oħra li jridu jgħaddu minn fuq din il-bankina fi triq li hi traffikuża ħafna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-iscaffolding msemmi mill-Interpellant kien fil-post inidkat peress li ried isir xi tibdil fil-ġebel li kien hemm fil-faċċata tad-dar in kwistjoni. Infurmat ukoll li x-xogħol issa tlesta u l-iscaffolding tneħħa min postu, fit-13 ta’ Novembru 2014.

Servizz ta’ LSA – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm bżonn ta’ LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tifel indikat mill-Onor. Interpellant għadu ma ġiex quddiem l-iStatementing Moderating Panel għaliex għad m’għandux assessment tal-psikologu. Kemm ilu l-primarja tal-lokalita` indikata huwa qed jibbenefika kemm jista’ jkun mill-LSA li diġa hemm fil-klassi tiegħu.

Servizz ta’ dawl u ilma – każ ta’ familja

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex ikollha s-servizz tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor.ċ Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed tittieħed l-azzjoni neċessarja.