Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maternity Leave — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward maternity leave?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li minn stħarriġ li sar, irriżulta li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant qatt ma applikat uffiċċjalment għall-Maternity Leave matul is-sena 2011-2012. Minn dan l-istħarriġ, jidher ukoll li din il-persuna stħarġet uffiċċjalment dwar din il-possibbilta' f'Ottubru 2014. Infurmat ukoll li t-talba tal-persuna indikata ma tistax tiġi kkunsidrata mhux biss għax inqabeż iż-żmien ta' 14-il ġimgħa li fih tista' ssir it-talba, iżda primarjament għaliex fis-sena 2011-2012 ma kinitx il-prassi li persuna tista' tapplika għall-Maternity Leave filwaqt li tkun qegħda għaddejja b'Family Career Break. Kien biss permezz ta' aġġornament tal-Public Service Management Code (PSMC – para. 5.2.4.4) bid-data 19 ta' Awwissu 2014 li impjegati setgħu japplikaw għall-Maternity Leave waqt perjodu approvat ta' unpaid parental/career leave. Għaldaqstant infurmat li l-persuna indikata ma kinitx intitolata għall-Maternity Leave waqt li hi kienet fuq Family Career Break matul is-sena 2011-2012 għax dak iż-żmien dan ma kienx jiġi permess.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija minnu qed jiġi pproċessat f’eżerċizzju sħiħ li jinkludi l-impjegati fl-istess kariga.

Stallazzjoni ta' lift — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' lift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sinjur li għaliħ qed issir referenza, applika sabiex jiġi nstallat lift ġewwa l-blokk tal-appartamenti li jabita’ fih huwa u li jikkonsisti fi blokk ta’ tlett sulari. L-applikazzjoni qegħda tiġi proċessata u ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa skont il-bżonnijiet mediċi tas-sinjur.

Stallazzjoni ta' dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallazzjoni ta' dawl fiż-żona indika separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2003 r-responsabiltà u l-fondi ta’ lampi ġodda għaddew lill-Kunsilli Lokali, għalhekk nitolob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Skema Sir Sid Darek — xiri ta' appartament - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat każ lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward xiri ta' appartament taħt l-iskema Sir Sid Darek minn naħa tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

benefiċċju soċjali — każ ta' individwi

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt ma dawn iż-żewġ anzjani lid-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament rigward każ ta' benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-qasam tas-sahha li tahtu jaqa' l-Isptar Monte Carmeli.

Problema medika – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mediku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.

Żball fis-salarju – każ ta’ individwu b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm xi żball fis-salarju tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — bdil ta' post - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward bdil ta' post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — bdil ta' post - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigwar bdil ta' post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata m’għandiex applikazzjoni pendenti għal tpartit mal-Awtorita’ tad-Djar u għalhekk hi mħeġġa sabiex tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care sabiex tissottometti l-applikazzjoni.

Kont tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-individwu ġie kkuntattjat.

Bdil ta' meter — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta' meter?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-passi neċessarji.

Problema bid-drenaġġ — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bid-drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħejjiet il-proposti biex tiġi nstallata medda ġdida tad-drenaġġ fil-post imsemmi.

Xogħlijiet fi blokk tal-Gvern — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hemm bżonn ta' xi xogħlijiet fil-komun tal-blokka għall-bejgħ tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-problema msemmija fi blokk ta’ maisonettes Ħal-Tarxien, diġa’ saru diversi kuntatti mar-residenti kkonċernati kif ukoll mal-kuntrattur sabiex isiru tiswijiet b’tip ta’ madum maqbul mar-residenti.

Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu minn Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12468 u jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament fuq każ ta’ sigurtà soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament kien ikkuntattjat bit-telefon darbtejn mid-Direttur (Benefiċċji Mhux Kontributorji) fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fis-26 ta’ Novembru 2014.

Dipartiment tas-Sanità — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha każ mad-Dipartiment tas-Sanità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Kaz qed jigi investigat.

Sptar Mater Dei — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha bżonn kura mill-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Awtorità tad-Djar — struttura perikoluża

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li hemm struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet iż-żewġ applikazzjonijet mingħand il-persuna msemmija fit-13 ta’ Novembru 2014, għalhekk l-applikazzjonijiet għadhom fil-fazi inizjali tagħhom. Pero’ immedjatament l-Awtorita’ tad-Djar ser tibgħat lill-Perit tagħha sabiex jiċċertifika x-xogħol neċessarju f’dan il-post.

Vat fuq reġistrazzjoni — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw rigward każ ta' VAT fuq reġistrazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt id-dettalji ta’ din il-persuna lil Transport Malta sabiex jiġi nvestigat dan il-każ.

Dawl fi Triq — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema ta' dawl fit-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tiswijiet meħtieġa fid-dwal tat-triq indikata tlestew.