Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' valutazzjoni fuq plot tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi qed jingħata l-prijorita’ xierqa u huwa mistenni li l-individwu jingħata risposta fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw rigward proprejtà?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-detalji tagħha qed jintbagħtu separatament m’għandhiex applikazzjoni pendenti mal-Awtorita’ tad-Djar peress li bidlet l-indirizz u ma nfurmatx lill-istess Awtorita’ tad-Djar kif inhu meħtieġ. Għalhekk hi mħeġġa sabiex terġa’ tapplika u tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li l-inkwilini tal-appartamenti qed jilmentaw bl-ammont ta’ moffa li qed ikun fihom? Jista’ jgħid jekk hux se jsir xi xogħol biex din il-problema titranġa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13071, peress li qed ikun hemm dewmien mill-Awtorità tad-Djar biex jiġi stallat il-lift, jista' l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax it-talba tal-inkwilini li jsir il-lift min-naħa tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-istallar tal-lift jaqbeż ċertu ammont ta’ flus, l-Awtorità tad-Djar trid timxi mar-Regolamenti tal-Procurement fi ħdan il-Gvern u trid iżżomm mal-allokazzjoni tal-budget li għandha l-Awtorità għal dan l-iskop.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13017, jista' l-Ministru jara dan l-ilment ta' dan l-individwu u li jiġi kkuntattjat wara li xtara l-arbli u li jrid li jiġi xi ħaddiem tal-Enemalta biex jiġi u jwaħħal l-arbli u d-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif il-Kunsill Lokali ilesti x-xogħlijiet meħtieġa, dawn għandhom jinfurmaw lill-Enemalta biex din tkun tista’ tagħti l-provvista lill-bozza msemmija.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hu każ urġenti ta' mard u jeħtieġ li jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru ngħataw separatament qed jiġi evalwat.
Residenza San Vinċenz de Paul — ilmenti ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ilment fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni tal-kumpless San Vinċenz de Paule, għamlu kuntatt ma’ bint il-persuna li d-dettalji ngħataw separatament u qegħda tittieħed kull miżura sabiex is-sitwazzjoni tiġi rretifikata għall-ġid tal-persuni kollha konċernati.
Żball fis-salarju – każ ta’ individwu b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12928 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm xi żball fis-salarju tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jidhru separatament iddeċieda li jibdel l-istatus tat-taxxa, liema bidla rriżultat f’taxxa mħallsa żejda. Għalhekk sar arranġament mad-Dipartiment tat-Taxxi biex jagħtu rifużjoni lill-individwu kkonċernat
Skema Sir Sid Darek — xiri ta' appartament - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12988 u jara li jiġi nvestigat każ lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward xiri ta' appartament taħt l-iskema Sir Sid Darek minn naħa tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija qiegħed jinħadem u l-valur tal-prezz tax-xiri se jingħata fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12989 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir kuntatt ma dawn iż-żewġ anzjani lid-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament rigward każ ta' benefiċċju soċjali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qiegħed jiġi investigat.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu każ fl-Isptar Mater Dei dwar injection għall-uġiegħ kawżat minn slipdisc?
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema soċjali u hemm bżonn li jiġi trasferit fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija applikat fid-9 ta’ Diċembru 2014. L-Applikazzjoni trid tidher quddiem il-Bord Multi-Dixxiplinarju biex b’hekk jiġu ddeterminati l-ħtiġijiet tal-persuna u jingħata l-prijorita’ skont tali ħtiġijiet.
Applikazzjoni ta' permess ta' xogħol u residenza — każ ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jivverifika l-każ ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għall-permess ta' xogħol u residenza?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinforma lill-persuna konċernata sabiex tikkuntattja d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates sabiex jispjegawlha xi proċeduri għandha tagħmel fiċ-ċirkustanzi.