Legislature:
Category:
Reset
Active:

Home Help — Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13349 u jara li jsir kuntatt ma’ dan l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija ilha tibbenefika mis-Servizz tal-Home Help minn Marzu 2005. Din il-persuna għamlet talba t’estensjoni ta’ siegħat għal dan is-servizz fejn għad trid tiġi kkunsidrata mill-Bord tal-Allokazzjoni.

Servizz ta' home help — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13334 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-Home Help għall-persuna msemmija ġie approvat fis-26 ta’ Novembru 2014 u kien ippjanat li jibda fit-13 ta’ Jannar 2015. Pero, qabel l-introduzzjoni tas-servizz, id-Dipartiment ġie nfurmat li l-persuna msemmija daħlet l-sptar u li meta tiġi rrilaxxata ser tmur toqgħod għand il-familjari tagħha. Il-familjari għandhom jinfurmaw lid-Dipartiment meta u jekk il-persuna msemmija tmur tgħix fir-residenza tagħha biex b’hekk jibda jingħata s-Servizz tal-Home Help.

Każ ta’ moffa f’appartamenti f’Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13324 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li l-inkwilini tal-appartamenti qed jilmentaw bl-ammont ta’ moffa li qed ikun fihom? Jista’ jgħid jekk hux se jsir xi xogħol biex din il-problema titranġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar hija responsabli biex taghmel xoghlojiet ta’ tiswija strutturali f’appartament li jkunu mikrija fil-waqt li l-inkwilini huma responsabli biex jaghmlu l-manutenzjoni regolari necessarja fil-post. Ghal daqs tant ix-xoghlijiet imsemmija jitqiesu bhala xoghol ta’ manutenzjoni li ghandu jsir mill-inkwilin.

Meter tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed isiru l-verifiki meħtieġa sabiex jiġi kkjarifikat dan il-każ.

Akkomodazzjoni Soċjali — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-każ t'applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għal daqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra

Ċittadinanza — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwarhu qed jingħataw separataent rigward applikazzjoni għal ċittadinanza li ilha erba snin pendenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuni konċernati qedin jigu pproċessati. Kif jiġu ffinalizzati tintbagħat risposta lilhom skont kif jiġu deċizi t-talbiet tagħhom.

Applikazzjoni għal housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' applikazzjoni għal dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha u qegħda fil-proċess li jsir social assessment sabiex tigi ddeterminata il-prijorità tal-każ.

Housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-perusna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi evalwata u mistħarġa wara li sar is-“social assessment”.

Housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing li ilu pendenti mill-1998?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi evalwata wara li sar is-“social assessment”.

Housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha u qiegħda fil-proċess li jsir social assessment sabiex tigi determinata il-prijorita’ tal-każ.

Għajnuna Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar għajnuna soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija ġie rivedut. Ir-rata tal-għajnuna għall-qagħad ser tiżdied minn din il-gimgħa u ser jieħu l-arretrati.

Benefiċċju soċjali — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ issa nħadem u l-persuna tħallset il-bonus dovut lilha fis-17 ta’ Jannar 2015.

Garaxx — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-garaxx tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux vakant?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-garaxx li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament mhux propjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar.

Awtorità tad-Djar — stallazzjoni ta' stair lift

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-istallar ta' stair lift ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet iċ-ċertifikat mediku mingħand l-applikant u dan ser jiġi diskuss nhar is-19 ta’ Jannar 2015 meta ser issir il-laqgħa li jmiss tal-Iskema tad-Diżabilita’.

Servizz ta' home help — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Home Help — Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt ma’ dan l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Servizz ta' lift — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward twaħħil ta' lift f'appartament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sinjur li għaliħ qiegħed issir referenza applika nhar is-16 ta’ Diċembru 2014 mal-Awtorita’ tad-Djar għall-installar ta’ lift ġewwa l-blokka tal-Gvern fejn jgħix huwa. L-applikazzjoni qegħda fil-fazi inizjali tagħha fejn ser jintbagħat Occupational Therapist sabiex jistħarreġ il-bżonnijiet tal-inkwilini fil-blokk.

Ħsarat strutturali — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm ħsarat strutturali fil-blokka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-problema ta’ dħul ta’ ilma fil-garaxxijiet fil-binja msemmija, diġa’ saru diversi spezzjonijiet minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar flimkien mar-residenti. Inbeda wkoll ix-xogħol rimedjali fil-pavimentar tal-area mifuħa komuni li tinsab fuq il-garaxxijiet. Min-naħa l-oħra, f’każ ta’ dħul ta’ ilma kif ukoll ħsarat li jinsabu direttament taħt maisonettes partikolari, kull manutenzjoni u tiswija meħtieġa għandha ssir mis-sidien tal-istess maisonettes.

Tibdil fis-soqfa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ħa jsir xi tibdil fis-soqfa tal-bejt u jixtieq li jsir jsib appartament temporanju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar tikkunsidra li tagħti xi tip ta’ għajnuna fil-perjodu li jkun qed jinbidlu s-soqfa, dejjem wara li jiġi kkonfermat mingħand persuna teknika li l-post huwa ta’ periklu.