Jista’ l-Ministru jivverfika l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ xogħlijiet ta’ drenaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet fis-sistema tad-drenaġġ saru skont il-proposti oriġinali.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' ċittadinanza Maltija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata. Hekk kif tiġi ffinalizzata l-persuna tingħata r-risposta dwar d-deċiżjoni fuq it-talba tagħha.
Jista’ l-Onor Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar kuntatt mal-persuna li dettalji qed jintbagħtu separatement u qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa għat-talba.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament rigward sussidju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fil-ġranet li ġejjien ser jiġi fit-taqsima tal-Customer Care sabiex jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għas-sussidju.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' applikazzjoni għal ċittadinanza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates qed jagħmel il-verifiki sabiex jiġi stabbilit kemm il-persuna kienet eliġibbli li tissottometti l-applikazzjoni li għamlet sabiex tkun naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta. F’dan ir-rigward id-Dipartiment se jkellem il-persuna konċernata.
Ħal Tarxien – Triq Fieres u Triq Dun Ġwann Mamo — garaxxijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx garaxxijiet vojta fi Triq Fieres u fi Triq Dun Ġwann Mamo f’Ħal Tarxien? Liema huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiż-żewġ toroq imsemmija (Triq il-Fieres u Triq Dun Ġwann Mamo Ħal-Tarxien) l-Awtorità tad-Djar m’għanda l-ebda garaxx.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13333 jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat peress li meta l-individwu kkunttatja lill-Awtorità tad-Djar, infurmawh li mhemmx indikazzjoni li l-każ qed jiġi diskuss?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12493 u r-risposta sussegwenti fejn kont ġejt informat li l-inkwilina kkonċernata ngħatat struzzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar sabiex tagħmel it-tiswijiet meħtieġa mmedjatament u peress li jidher li s'issa għadhom ma nbdew l-ebda xħgħlijiet u riżultat t'hekk nieżel ammont ta' ilma fl-appartament ndikat bil-konsegwenzi li jġib miegħu, jista l-Ministru jinvestiga dan il-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li reġgħet saret spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorita’ tad-Djar fejn ġie kkonfermat li, minkejja l-istruzzjonijiet li ingħatat l-inkwilina kkonċernata, għadha m’għamlitx it-tiswijiet meħtieġa fil-kamra tal-banju tagħha, b’konsegwenza li qed jixxarrab il-ħajt u s-saqaf tal-appartamnet ta’ taħt. Il-każ ser jiġi mgħoddi lill-uffiċċju legali biex tintbagħat ittra uffiċċjali lill-inkwilina li hija responsabbli biex tagħmel it-tiswijiet.