Legislature:
Category:
Reset
Active:

Struttura perikoluża — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar każ ta' struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar għamlet kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament u rri¿ulta lil-leakage tal-ilma mill-flat ta’ fuq il-propjeta’ indikata ssewwew mill-inkwilini stess. Madanakollu peress li l-propjeta’ li ġarrbet dawn il-ħsarat hija mixtrija, ir-responsabbilta’ tat-tiswija tas-saqaf taqa’ f’idejn is-sidien. Rigward il-perikolu rrappurtat fuq is-saqaf tal-flat ta’ fuq nett, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċwievet ta’ dan il-post ġew f’idejn l-Awtorita’ fis-6 ta’ Frar 2015. Minn spezzjoni li diġa’ saret fuq il-post irriżulta li hemm xi ħsarat u għaldaqstant qed jittieħdu l-passi neċessarji sabiex din il-ħsara titranġa.

Sptar Mater Dei — ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14471 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-onorevoli interpellant li l-informazzjoni qed tingabar

Struttura perikoluża – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm struttura perikoluża? Imma fejn joqghod hu huwa perikoluż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li daħal rapport mingħand il-persuna indikata dwar il-ħsarat imsemmija.

L-Imdina — Triq l-Infetti - Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku fi Triq l-Infetti, l-Imdina, f'dawn l-aħħar ħames snin? jista' jgħid ukoll kemm kien hemm fatalitajiet f'din it-triq minħabba li f'din it-triq inixxi l-ilma ġieri bit-tafal?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-incidenti tat-traffiku fi Triq l-Infetti, l-Imdina, li ġew irraportati lill-Pulizija bejn 1 ta’ Jannar 2010 u 3 ta’ Dicembru 2014 kienu sittax (16) kif jidher fit tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

problema ta' ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14566 u jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ biex tiġi rranġata problema tal-ilma li jżomm quddiem zebra crossing fi triq Telgħet Raħal Ġdid Paola u li qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar kuntatt mal-persuna msemmija. Il-problema mhijiex minħabba xi infrasatruttura tal-korporazzjoni.

Problema fil-komun ta' flat — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward każ ta' problema fil-komun ta' flat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament ġie kkuntattjat mis-Sezzjoni tal-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar. Irriżulta lix-xogħlijiet li qed jintalbu li jiġu rranġati, kienu saru permezz ta’ Skema 2 - Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern – bil-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dawn jinkludu sistema tad-dawl fil-komun, switches kif ukoll il-lock tal-bieb prinċipali. L-individwu ġie infurmat lix-xogħlijiet li jirrigwardaw is-sistema tad-dawl huma responsabbilta’ tar-residenti tal-istess blokka filwaqt li ttieħdet nota rigward il-lock tal-bieb prinċipali sabiex it-tiswija neċessarja issir mill-Awtorita’ tad-Djar wara li tiġi vverifikata il-ħsara rrappurtata.

Problema ta' intercomp ta' flats — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tiġi solvuta problema rigward intercomp tal-flats?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie kkuntattjat mis-Sezzjoni tal-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar. Irriżulta li l-intercomp ġie nstallat permezz ta’ Skema 2 - Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern – bil-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Hija r-responsabbilta tar-residenti tal-istess blokka li jagħmlu t-tiswijiet u l-manutenzjoni neċessarja tas-sistema nstallata.

Problema ta' ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ biex tiġi rranġata problema tal-ilma li jżomm quddiem zebra crossing fi triq Telgħet Raħal Ġdid Paola u li qed jkun ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

items mediċi — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jagħmel kuntatt mal-individwu lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament fuq każ rigward items mediċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.

Kontijiet tad-dawl — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u spjegat lill-persuna msemmija. Il-każ huwa solvut.

Enemalta — stallar ta' meter tad-dawl - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc tinsab f’kuntatt mal-klijent biex jintlaħqu r-rekwiżiti kollha meħtieġa ħalli s-servizz mitlub ikun jista’ jingħata.

Sptar Mater Dei — ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolait għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li risposta tinghata f'seduta ohra.

L-Imdina – Triq l-Infetti – inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku fi Triq l-Infetti, l-Imdina, f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm fatalitajiet f’din it-triq minħabba li f’din it-triq inixxi l-ilma ġieri bit-tafal?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

qtugħ fil-provvista tal-elettriku — każ ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, rigward qtugħ fil-provvista tal-elettriku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi €25 ex-gratia ingħatat lil dawk li damu għal aktar minn tnax-il siegħa mingħajr provvista tal-elettriku. Fil-każ imsemmi il-qtugħ kien inqas.

Social Assistance Carer — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' social assistance carer?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ imsemmi kien għadu għaddej ix-xogħol fuqu peress li kien hemm investigazzjoni dwar kapital li issa ġiet konkluża wara li pprovda d-dokumenti meħtieġa. It-talba għal Social Assistance Carer issa għaddiet sabiex tiġi deċiża minn Panel Mediku.

Meter tal-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meter tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi investigat.

ARMS – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jivverifika każ ta’ persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament rigward każ ta’ kont tal-ARMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi mistħarreġ u l-istess individwu qed jinżamm infurmat b’kull żvilupp li qed ikun hemm dwar il-każ.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward sussidju tal-kera min-naħa tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni għas-sussidju tal-kera tal-persuna li għaliha qegħda ssir referenza ġiet proċessata u approvata. Din il-persuna ffirmat ftehim mal-Awtorita’ tad-Djar fejn hija ser tingħata sussidju ta’ €1,000 fis-sena. Fl-4 ta’ Frar ta’ din is-sena din l-applikanta ntalbet tibgħat l-irċevuti tal-kera sabiex ikun jista’ jinħareġ l-ewwel pagament tas-sussidju. Hekk kif dawn id-dokumenti jaslu l-Awtorita’ tad-Djar, jinħareġ is-sussidju.

Diffikultà dwar il-Kartuna s-Safra

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13919, jista’ l-Ministru jara li dawn l-anzjani jieħdu immedjatament din il-kartuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kaz qed jigi investigat.

Electic Motorised Bed — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadha qed tistenna electric motorised bed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kaz qed jigi investigat