Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Sanità — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat każ lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward sprall li tneħħietlu tappiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.
Leg 12 PQ #15175 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna li jieħu xi flus mid-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġ u qegħdin isiru l-aħħar tħejjijiet sabiex jiġi konkluż il-kuntratt tal-kumpens li permezz tiegħu l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament jitħallas il-kumpens dovut.

Ċimiterju tal-Addolorata — kappella - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward latrini li ma jintużawx fil-kapella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-Awtorità tad-Djar, ta' persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi ġie rrapurtat riċentement lill-Awtorità tad-Djar fl-4 ta’ Marzu 2015. Għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġu vverifikati t-tiswijiet meħteiġa.

Servizz ta' homehelp — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward servizz ta' homehelp?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkwilin diġa hija nfurmata li se ssir spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġu verifikati t-tiswijet meħtieġa.

Benefiċċju tal-gass — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward benefiċċju tal-gass?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jirriżulta li fl-2014 il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament tħallset tal-kontijiet attwali li ppreżentat.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14854 fejn ġie ndikat li l-applikanta qatt m'għamlet talba uffiċjli għall-bdil ta' bieb, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li dan isir taħt l-applikazzjoni tagħha li qiegħda fil-proċess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ser tagħmel spezzjoni sabiex jiġi verifikat ix-xogħol addizzjonali mitlub mill-applikanta.

Ħal Tarxien — Triq San Anard - sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward talba li ssir sleeping policeman fi triq San Anard f'Ħal Tarxien?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien għal round topped road hump ġo Triq San Anard. Dawn it-tip ta’ talbiet għal miżuri f’toroq tal-kunsill jintbagħtu lil Transport Malta b’eForm mibgħuta mill-istess kunsill.

Benefiċċju Soċjali — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Struttura perikoluża — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, diġà saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar u nħadmet l-istima tax-xogħlijiet neċessarji. Il-każ qiegħed fil-proċess biex jiġi ngaġġat kuntrattur sabiex jagħmel it-tiswijiet neċessarji li għandhom isiru fil-ġimgħat li ġejjin.

ARMS — kont tad-dawl - każ tal-individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont tal-ARMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata u l-każ ġie spjegat lilha.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward perikolu ta' gallarija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi diġa ġie spezzjonat minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar, saret stima tax-xogħlijiet u għandu jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.

Servizz ta' homehelp — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li i d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' homehelp?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jikkonferma illi r-rifużjoni għall-perjodu minn Frar sa Lulju 2014 hu fil-fatt maħdum u ser ikun inkluż mal-pagament tal-pensjoni ta’ nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu filwaqt li qegħda tiġi finalizzata r-rifużjoni għall-perjodu minn Lulju sa Diċembru issa li l-informazzjoni kollha tinsab għand id-Dipartiment. Għaldaqstant ir-rifużjoni tal-kumplament għandu jirċeviha mal-pagament tal-pensjoni dovut fl-1 ta’ April 2015.

Facilitator — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' facilitator?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li saru diversi tentattivi, inkluż fi tmiem il-ġimgħa, biex tiġi kkuntattjata din il-persuna fuq in-numru tat-telefon indikat mill-Onor. Interpellant. Peress li ma setax jiġi stabbilit kuntatt, nitlob lill-Onor. Interpellant jistax jinforma lill-persuna indikata minnu sabiex tavviċina lit-Taqsima tar-Riżorsi Umani fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, fuq in-numru tat-telefon li qed jingħata separatament, biex b’hekk tkun tista’ tingħata gwida u/jew tagħrif dwar il-każ tagħha.

xogħlijiet fil-komun f'blokka tal-Gvern — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jivverifika każ ta' individwu lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward lment minn residenti ġo blokka tal-gvern rigward xogħlijiet fil-komun?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara verifikazzjoni li saret mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucija, ġie kkonfermat illi l-blokka msemmija separatament se tkun waħda mill-blokki li ser tibbenefika din is-sena minn Skema 2 għall-manutenzjoni tal-komun.

Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-cateen tan-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14749 u 14471 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet ta' rranġar u titjieb f'residenza mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li għaliha qiegħda ssir referenza fil-mistoqsija, applikat mal-Awtorita’ tad-Djar f’Settembru 2012 sabiex tingħata għajnuna finanzjarja fuq irranġar tar-residenza mikrija minnha. Ġew approvati xi xogħlijiet għall-ammont ta’ €2,540.33. Dawn ix-xogħlijiet tlestew u l-applikanta ġiet mogħtija l-għotja fuqhom pero’ jidher li ġew ukoll approvati xi xogħlijiet oħra għall-ammont ta’ €1,001.75. Ix-xogħlijiet addizzjonali tlestew ukoll u hekk kif is-sinjura tissottometti ċertifikat tal-membrane tal-bejt, allura tkun tista’ tingħata l-għotja ta’ €1,001.75. Sadanitant jidher li qatt ma kien hemm talba mis-Sinjura għall-bdil tal-bieb tal-bejt pero’ kien hemm talba għal bdil tal-madum tal-washroom li din ġiet irrifjutata.

benefiċċju soċjali — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret revi¿joni fil-każ għal perjodu msemmi.

Kont tal-ARMS — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward żball fil-kont tal-ARMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie spjegat lill-persuna kkonċernata.