Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – ħsarat f’gallarija — każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12328, jista’ l-Ministru jara x’sar mill-applikazzjoni tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-gallarija tagħha tinsab fi stat diżastruż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar u ġiet ippreparata stima sabiex jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet. Nixtieq naċċenna wkoll li l-mistoqsija parlamentari 12328, li tagħmel referenza għaliha din il-mistoqsija, ma kinitx tittratta dwar tiswijiet.

Stallar ta' meter tad-dawl — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15528, għalkemm ġie kkonfermat li ġiet ikkuntattjatha l-kumpanija u peress li l-individwu mill-kumpanija kkonferma li ma sar l-ebda kuntatt, jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt minħabba n-natura tan-negozju li għandu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntatt mal-individwu sar u l-kwotazzjonijiet meħtieġa biex ikun jista’ jsir ix-xogħol intbagħtu lill-klijent ukoll.

Operazzjoni tal-Kataretti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni tal-kataretti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Operazzjoni tal-Kataretti — każ ta' individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13710, peress li l-individwu rċieva mill-Isptar Mater Dei biex jerġa' jagħmel referral ticket, jista' l-Ministru jivverifika l-każ biex ma jkunx hemm telf ta' żmien u l-każ ma jaqax lura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Awtorità tad-Djar — struttura perikoluża - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn naħa tal-Awtorità tad-Djar rigward struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif diġa ġew infurmati l-inkwilini tal-post imsemmi, ix-xogħlijiet ta’ tiswija fuq iċ-ċint madwar il-ġnien li jagħmel parti minn dan l-appartament jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-inkwilini stess. L-inkwilini ġew infurmati wkoll li jistgħu jibbenefikaw minn Skema ADP li toffri l-Awtorita’ tad-Djar biex tagħti għajnuna finanzjarja għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet skont il-kundizzjonijiet applikabbli. Minħabba li ċ-ċint imsemmi ma jappartjenix għall-partijiet komuni tal-binja, ma jistax jiġi nkluż fl-iskema tal-komun.

Awtorità tad-Djar — struttura perikoluża - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament minn naħa tal-Awtorità tad-Djar rigward struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dwar il-każ imsemmi, għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu vverifikati t-tiswijiet meħtieġa.

tappiera maqsuma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tappiera maqsuma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma investigat il-każ u l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata, fejn ġie spejgat lilha li l-ħsara msemmija mhijiex responsabilità tal-Korporazzjoni.

Kontijiet tal-Arms — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kontijiet tal-ARMS Ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ġew ikkunttatjati ż-żewġ persuni kkonċernati.

Stallar ta' meter tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Problema ta' Housing — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta' housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, kienet saret spezzjoni mill-uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar fl-10 ta’ Marzu, tħejjiet stima tat-tiswijiet neċessarji u għandu jiġi ngaġġat kuntrattur sabiex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa. Hu ppjanat li dan ix-xoghol isir fi żmien tliet xhur oħra.

Installar ta' meter tad-dawl u ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' individwu lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward installar ta' meter tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u qed isir minn kollox biex jiġi solvut fl-inqas żmien possibbli.

Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15012, 14749, 14471 u 15181 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriża din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Struttura perikoluża — każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12493, peress li skont it-tweġiba, l-Awtorità tad-Djar kellha tibgħat ittra bl-avukat biex tinforma lill-inkwilin kkonċernat biex jinbdew ix-xogħlijiet u peress li s'issa għadu ma nbeda l-ebda xogħol ta' ranġar bil-konsegwenza li qed iwassllu għal struttura perikoluża ħabba nżul t'ilma, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif ingħad fir-risposta għall-Mistoqsijiet Parlamentari 12493 u 13713, l-inkwilina kkonċernata ġiet mogħtija struzzjonijiet, anke permezz ta’ ittra bl-avukat, sabiex tagħmel it-tiswijiet meħtieġa biex twaqqaf il-leakage ta’ ilma li qed jikkawża ħsara lill-inkwilin ta’ taħtha. Għandha ssir spezzjoni oħra din il-ġimgħa sabiex jiġi vverifikat jekk din l-istess inkwilina ħaditx il-passi meħtieġa biex issewwi l-ħsara.

Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ARMS Ltd. stħarrġet il-każ u dan se jiġi spjegat lill-persuna msemmija.

Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-cateen tan-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15012, 14749 u 14471 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Inerpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Benefiċċju Soċjali — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15076 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa minnu li l-persuna msemmija avżat li t-tifel tagħha kien beda jaħdem f’Ottubru 2014. Minħabba li beda jaħdem part time, ir-rata ma setgħetx tiġi riveduta mill-ewwel għax kien neċessarjament li jkun magħruf kemm fil-fatt ibnu kien se jkollu paga fil-ġimgħa. Eventwalment, id-Dipartiment kien irċieva din l-informazzjoni u ttieħdet azzjoni biex isseħħ ir-reviżjoni fir-rata tal-assistenza.

Karta tal-Identità – każ individwali

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni ta’ karta tal-identità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karta tal-Identità tal-persuni li ddettalji tagħhom ingħataw separatament ġew mibdula minħabba li l-karti tal-identità tagħhom (il-qodma) kienu ġew irraportati mitlufa. Minħabba li kellhom bżonn ukoll bidla fl-isem tat-Triq fejn joqgħodu ma ħargux fl-istess perjodu ta’ żmien. Nista' nikkonferma li r-raġel diġà rċieva l-karta tal-identità tiegħu u l-mara se tkun qed tirċievi l-karta tal-identità tagħha fil-ġranet li ġejjin. Ninformah ukoll li din is-Sinjura qed tiġi nfurmata b’dan.

Reviżjoni ta' pensjoni — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward reviżjoni fil-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax illi hemm tibdil fir-rata bis-saħħa ta’ reviżjoni fil-pensjoni.

Learning Support Assistant — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward allokażżjoni ta' Learning Support Assistant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istudenta kkonċernata ġiet imsejjħa biex tersaq quddiem il-Bord tar-Review biex jirrevedu l-istatement of needs tagħha. Dan huwa proċess li jsir f’kull skola. Din l-istudenta minn shared same class ħadet statement ta’ shared minħabba li kien hemm ħafna titjib kemm akkademikament u kif ukoll soċjalment u għaldaqstant l-istatement ġie rivedut biex tkun aktar indipendenti u ppreparata għall-ħajja ta’ kuljum.

Mediċina — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward mediċina li tingħata b'xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.