Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward fili miftuħin fil-faċċata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport dwar il-każ imsemmi sar fis-7 t’April 2015. Il-każ jitratta dwar fili miftuħin fil-faċċata ta’ maisonette. Minħabba li bħalissa qed tingħata prijorità lill-każijiet fejn hemm bżonn tiswijiet fl-istruttura tal-bini, drenaġġ u elettriku, dwar trattament tal-faċċati tal-blokki li mhumiex meqjusa ta’ periklu jew urġenza għandu jitfassal programm għalihom aktar ‘il quddiem.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, irriżulta li ma ġie rreġistrat l-ebda ilment mingħand l-individwu msemmi. Ma setax isir kuntatt mal-individwu peress li n-numru tat-telefon provdut mhuwiex tajjeb, u għalhekk il-Korporazzjoni tissuġġerixxi li l-individwu iċempel fuq il-freephone 80072222 fejn hemm uffiċjali professjonali lesti biex jgħinuh.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ tħaffir tal-oqbra u meta se jitlestew fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid? Kemm se jitħaffru? F’liema area se jsir ix-xogħol? Jista’ jpoġġi s-site plan fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm applikaw? Jekk iva, ħallsu xi fee? Kemm kienet il-fee? Kemm hemm min ħallas?
Ħal Għaxaq – ħofor fil-bankina – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li titranġa l-bankina fil-viċinanzi tal-indirizz indikat separatament peress li l-ħofor li hemm fil-bankina qed joħolqu inkonvenjent kbir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tal-bankini ma taqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura iżda taħt il-Kunsill Lokali rispettiv. Madankollu, wieħed jara kif nistgħu nagħtu l-għajnuna tagħna.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fuq il-kont tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata fejn ingħatat spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jinħarġu l-kontijiet.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ingress ta ilma
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħatw separatament rigward ingress ta' ilma fil-proprejtà tagħha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment ġie nvestigat u rriżulta li l-ilma mhuwiex ġej mill-infrastruttura tal-mejnijiet iżda mill-proprjetà ta’ biswitha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13907 u jara każ ta' individwu lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward każ ta' għassa li hija propjetà tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infumat li l-korrispondenza msemmija mil-Onor. Interpellant tinsab fil-faxxiklu relatat mal-każ in kwistjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u risposta se tingħata lill-avukat li kiteb fil-futur qrib.
Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15434, 15012, 14749, 14471 u 15181 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriża din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ilma maħmuġ li qed joħroġ mill-gallarija ta' fuqha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar hija responsabbli biex tagħmel tiswijiet strutturali meta dawn ikunu meħtieġa f’appartamenti li huma proprjetà tal-Awtorità jew tal-Gvern. Il-każ imsemmi ma jittrattax dwar struttura imma dwar kwistjoni bejn l-inkwilini li għandha tiġi riżolta bejniethom.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15453, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna peress li din il-problema għadha persistenti sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel dak kollu li hu fil-poter tagħha sabiex tara li l-inkwilin tal-appartament ta’ fuq il-każ imsemmi jagħmel it-tiswijiet meħtieġa biex iwaqqaf il-leakage tal-ilma.
Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward traffiku fi Triq il-Kurunell Mas, Ħal Tarxien, liema każ kien diġà tqajjem permezz ta' mistoqsijiet parlamentari 30311 u 34011 tal-11-il Leġiżlatura?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li rigward dan il-każ, ġie propost tibdil fl-arranġament tat-traffiku minn Transport Malta u dan bi qbil mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, madankollu s-Sezzjoni li tirregola s-servizz tat-trasport pubbliku esprimiet xi riservi fuq l-arranġament propost. Għaldaqstant, il-Kunsill Lokali kkonċernat huwa mistieden jippreżenta alternattivi oħra għaż-żona in kwistjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati minn Transport Malta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15071, jista' l-Ministru jara meta se ssir l-ispezzjoni teknika mill-Awtorità tad-Djar rigward il-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni rriżulta li l-applikanta għandha tingħata għajnuna għall-istallar tal-bieb tal-washroom hekk kif hija tissottometti ittra mingħand sid il-kera fejn jiddikjara li huwa ma jsibx oġġezzjoni li jiġi stallat tali bieb u li l-washroom hija għall-użu tal-applikanti biss.