Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni għal dħul f’home – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara fejn wasal il-każ tal-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal dħul f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Każ ta’ LSA – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-omm li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li dwar dan il-każ hemm appuntament biex il-ġenituri jidhru quddiem il-Bord tal-Appell iktar tard din il-ġimgħa.

Applikazzjoni għall-wens – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ fuq applikazzjoni għall-wens?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #31929 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ kont tad-dawl u ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn ARMS Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u qed jittieħdu l-provvedimenti meħtieġa sabiex il-każ jiġi solvut.
Leg 12 PQ #31945 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art quddiem l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31677, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-art ta' quddiem l-Iskola Primajra ta' Ħal Tarxien (li l-pjanta tagħha qed tingħata separatament) hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-Privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-art indikata fuq il-pjanta li kopja tagħha ngħatat separatament, hi art privata dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku permezz ta’ żewġ dikjarazzjonijiet tal-President ta’ Malta, Avviz, Nr 689 datat 11 ta’ Ottubru 1974 għall-kejl ta’ 375m² u Avviz Nr 687 datat 30 ta’ Ottubru 1990 għall-art li tkopri l-kejl kumplessiv ta 4817m².

Każ ta' supplimentari — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq każ ta' supplimentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31735.

Dħul f’Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li social worker tara l-każ rigward dħul f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #31921 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Appuntament għal diabetic – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward appuntament għal diabetic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħtini aktar informazzjoni.

Problema ta’ pensjoni – każta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u ngħatat spjegazzjoni tas-sitwazzjoni tagħha.

Identity Malta – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Identity Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li reġa’ sar kuntatt mal-persuna kkonċernata.
Leg 12 PQ #31924 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta’ kont tad-dawl u ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq problema ta’ kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex il-każ jiġi solvut.

Santa Luċija — Triq il-Burka - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31557 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Bruka f’Santa Luċija tingħatax it-tarmak?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li ma għandux ippjanat li ssir bit-tarmak għalissa però qed jikkunsidra l-upgrading tal-bankina ta’ naħa minn din it-triq.
Leg 12 PQ #31790 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qed titlob li tmur fl-Isptar Karin Grech biex tirkupra minn mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qed titlob li tmur fl-Isptar Karin Grech biex tirkupra minn mard?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.

Tnaqqis ta’ Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tnaqqis ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda tnaqqis fl-ammont totali ta’ pensjoni fil-ġimgħa, li tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw b’mod separat.

Każ ta’ kera – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ u jkellem lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera ġie ffirmat fil-5 ta’ Marzu 2013.
Leg 12 PQ #31892 Sitting 495 2017-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Pillola Clopidogrel — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern iġibx il-pillola Clopidogrel 75mg u jekk hux minnu li toħroġ għal sena? Jekk iva jista' jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex jitmexxa l-każ tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mediċina Clopidrogel 75mg qegħda fuq il-formularju tal-gvern u hija regolata mill-Protokol Numru 276. Il-każ qed ikun segwit.

Housing Authority — problema ta' sussidju - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-ħaddiema tal-Housing Authority fuq problema ta' sussidju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fir-rigward tal-każ imsemmi minnu, ittieħdu l-passi meħtieġa.

Allowances Supplimentari – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward allowances supplimentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ittieħdu l-passi meħtieġa fir-rigward tal-każ imsemmi minnu.

Post tal-gvern – spezzjoni fuq gallarija perikoluża – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 30964, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ peress li ħadd għadu ma għamel kuntatt mal-individwu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif ġa weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari 30964, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.