B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16355, peress li l-persuna ġiet ikkuntattjat però l-appart għadu kif kien, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ tal-individwu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna ġiet ikkuntatjata u ngħata id-data ta’ meta ħa jingħata s-servizz mitlub.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' meter tal-ilma ġdid li għandu xi problema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u t-tiswijiet saru minnufih.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward flus tad-diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija applikat għall-pensjoni tad-diżabilità fid-19 ta’ Jannar 2015. It-talba ta’ din il-persuna ma ġietx aċċettata fuq parir tal-bord mediku.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward maintenance ta' bieb ta' dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-inkwilin li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għamlet rapport ta’ ħsarat fil-bieb ta’ barra.
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Awtroità tad-djar u ħsarat li għandu fil-post?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li, l-inkwilin indikat mill-Onorevoli għamel rapport ta’ ħsarat fis-soqfa tal-appartament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16249 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/ftehim li l-Gvern kien iffirma mal-Maltco?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-ftehim tal-'Concession for the Rights of the National Lottery of Malta' iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012 bejn il-Gvern u l-Maltco Lotteries Limited huwa dokument kunfidenzjali u għalhekk ma jistax jigi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16250 Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward main tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-provvedimenti kollha neċessarji.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16271, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ssir spezzjoni on site peress li jidher li l-problema qiegħda fil-meter tad-dawl minħabba li l-ARMS reġgħu bagħtu kont bl-istess reading?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward Awtorità tad-Djar u ħsarat li għandha fil-post?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-applikazzjoni li għaliha qegħda ssir referenza, waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar fit-2 ta’ Marzu 2015. L-applikazzjoni qed tiġi proċessata u għandha ssir spezzjoni.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba li hemm xi żbalji fir-readings tal-kont u għadha ma rċevitx il-kont korrett?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-provvedimenti kollha neċessarja.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward trasferiment ta' tifla għal skola oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li t-talba msemmija qed tkun ikkunsidrata bħal talbiet oħra li regolarment jaslu għand id-diversi Kulleġġi. Peress li kull Kulleġġ għandu numru limitat ta’ kemm jista’ jiflaħ studenti, u li l-ewwel priorità tingħata lill-istudenti tal-istess Kulleġġ, it-talbiet l-oħra jkunu kkunsidrati skont kriterji stabbiliti u maqbula mal-awtoritajiet ċentrali.
Kull min għamel talba, inkluż l-imsemmija studenta, ser ikun qed jirċievi informazzjoni dettaljata f’komunikazzjoni individwali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13485, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament rigward applikazzjoni għal ċittadinanza li ilha erba’ snin pendenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għal ċittadinanza tal-persuna li dettalji dwaru ngħataw separatament, għadha qed tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward main tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irriżulta li s-servizz mogħti huwa wieħed temporanju sakemm eventwalment issir it-triq bl-asfaltar.