Awtorità tad-Djar — struttura perikoluża - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza għall-każ inkwistjoni, diġa’ kienet saret spezzjoni fil-post minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar, filwaqt li tħejjiet ukoll l-istima tat-tiswijiet meħtieġa. Għal dan ix-xogħol għandu jiġi ngaġġat kuntrattur u l-inkwilin għandu jiġi nfurmat bid-data meta jkunu ser jibdew ix-xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-ARMS?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ diġa’ ġie diskuss fid-dettall mal-persuna kkonċernata, li min naħa tagħha kellha tagħmel eżerċizzju sabiex tiġi determinata l-kawża tal-ammont ta’ konsum li qed isir. Fid-dawl ta’ dan qed jerġa’ jsir appuntament ġdid.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Awtorita’ tad-Djar tikkonferma li rċeviet l-ilment tal-inkwilin bid-dettalji tal-każ, u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn ufficjali tekniċi tal-Awtorita tad-Djar biex jiġi vverifikat l-ilment.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar tikkonferma li rċeviet l-ilment tal-inkwilin imsemmi u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi biex tivverifika l-ilment.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward għotja minn-naħa tal-Housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-applikazzjoni ġiet sottomessa fil-5 ta’ Mejju 2014. Saret spezzjoni f’Ġunju 2014, fejn ġew approvati numru ta’ xogħlijiet. Is-somma approvata mill-Awtorita’ tad-Djar għal dan ix-xogħol kienet ta’ €2,079.95.
Peress li x-xogħol ma sarx kif spezzjonat u approvat mill-Awtorita’, l-applikanta ngħatat biss is-somma ta’ €107.73, għax-xogħlijiet magħmula skont kif approvat. Minn din is-somma ġew mnaqqsa €49.98 bħala spejjeż ta’ riċerki.
Jekk din is-Sinjura ma tagħmilx ix-xogħol approvat lilha, l-Awtorita’ ma tistax tipproċedi bil-pagament approvat.
Dan il-każ kien ġie diskuss quddiem il-Kumitat tal-Eżekuttiv u kien ġie maqbul li l-pagament m’għandux isir peress li x-xogħlijiet ta’ tneħħija tal-periklu tas-saqaf ma sarux.
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-ARMS ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tal-komun tal-blokka tagħha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u rriżulta li dan il-kont qed jinħareġ fuq l-assoċjazzjoni u skont ir-records li għandhom l-ARMS, jidher m’hemmx problemi ta’ ħlas. Il-persuna msemmija ġiet ukoll ikkuntatjata.
Ingress ta' ilma f'appartament — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ingress ta' ilma li ġej mill-appartament ta' fuqu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Awtorita’ tad-Djar tikkonferma li rċeviet l-ilment tal-inkwilin li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, dwar dħul ta’ ilma mill-appartament ta’ fuqu fit 22 ta’ Ġunju 2015, u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi biex jivverifikaw l-ilment.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Licence B tad-dawl?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant ġie kkuntattjat biex issir laqgħa mad-dipartiment kkonċernat sabiex jingħata tagħrif dwar il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni biex ikollha reserved parking bay?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforema lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-parkeġġ riżervat li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, waslet għand Transport Malta fil-15 ta’ Mejju 2015. Din l-applikazzjoni ġiet proċessata u ser tiġi evalwata fil-laqgħa tal-bord għall-Parkeġġ Riżervat ta’ Persuni b’Diżabbilta’ li jmiss fis-26 ta’ Ġunju 2015.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ sigurtà soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija mhix intitolata għal Pensjoni Kontributorja għax qatt ma ħallset kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u lanqas ma hi intitolata għal Pensjoni tal-Età mhux kontributorja għaliex ma tissodisfax it-test tal-mezzi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ li għandha dwar it-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċċjal minn Transport Malta tkellem mal-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament rigward każ li jikkonċerna it-trasport pubbliku.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru diversi tentattivi minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tiġi kkuntattjata l-persuna msemmija, sfortunatament bla suċċess. Intant il-każ se jibqa’ jiġi segwit sakemm b’mezz jew ieħor il-konsumatur jintlaħaq.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward operazzjoni li ilha pendenti għal aktar minn erba’ snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kaz qed jigi nvestigat
Ħal Luqa — Triq li tagħti għal Raħal Ġdid - xogħlijiet fuq ħofra
Question
Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex il-ħofra li tinsab fit-triq ta' Ħal Luqa li tagħti għal ħdejn ir-roundabout ta' ħdejn il-Lidl b'direzzjoni lejn Raħal Ġdid u li ritratt tagħha qed jingħata separatament tiġi rranġata?
Response (MIZZI, JOE)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Triq Ħal Qormi, Luqa. Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa’ ħarġet istruzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq din il-manhole.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatmaent rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji hekk kif inhu mitlub fil-Liġi tal-Kera sabiex ikun jista’ jiġi żgurat jekk il-każ partikolari jimmeritahx li jkollu rikonnoxximent.