Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Triq id-Dgħajjes – kanna tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħaddiema jsewwu kanna tal-ilma fi Triq id-Dgħajjes Raħal Ġdid peress li l-ilma ilu ħiereġ għal aktar minn ġimgħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħsara msemmija ġiet illokaliżżata u msewwija.

Home Visit – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li tgħix waħedha u tixtieq li ssir home visit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jagħmel Home Visit meta l-klijent jagħmel kuntatt mas-Social Work Unit fi ħdan id-Dipartiment biex b’hekk isirlu appuntament ma’ Social Worker li jmur/tmur fuq il-post

Home Visit – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ home visit lill-anzjana li tgħix waħedha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jagħmel Home Visit meta l-klijent jagħmel kuntatt mas-Social Work Unit fi ħdan id-Dipartiment biex b’hekk isirlu appuntament ma’ Social Worker li jmur/tmur fuq il-post .

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fir-rigward tal-każ ikkonċernat, diġa’ saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar, u wkoll inħadmet stima tax-xogħlijiet li huma meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dwar il-każ in kwistjoni, diġa’ saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar u ġiet ikkompilata stima tax-xogħlijiet li huma meħtieġa.

Kontijiet tad-dawl pendenti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl pendenti tal-ħanut peress li sar kuntatt mal-individwu imma għadu ma rċieva xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi reġa’ sar kuntatt mal-individwu kkonċernat fejn huwa pprovda l-informazzjoni mitluba. Il-każ huwa solvut.

Kontijiet tad-dawl pendenti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl pendenti peress li kien sar kuntatt mal-individwu imma għadu ma rċieva xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi reġa’ sar kuntatt mal-individwu kkonċernat u l-każ issa huwa solvut.

Sbroff ta' drenaġġ — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament dwar sbroff ta' drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li minn diversi spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, mid-data tal-ilment sa llum, jirriżulta li l-iżbroff tad-drenaġġ waqaf għal kollox.

Buone Ordni – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward persuni li qed jiksru l-buone ordni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn spezzjonijiet li saru fil-post imsemmi fil-mistoqsija, irriżulta li ma kien hemm l-ebda ksur ta’ liġi. Madankollu waqt li l-partijiet konċernati ġew mitkellma il-Pulizija ser tassikura li jsiru aktar spezzjonijiet għall għarrieda biex jiġi zgurat li ma jkun hemm ebda ksur tal-ligi.

ARMS Ltd – Kont pendenti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont pendenti tal-ARMS Ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Sanità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ sanità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-passi kollha neċessarja.

Housing – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dwar il-każ imsemmi, saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar fejn ġie kkonfermat li għandhom isiru xi tiswijiet minħabba ħsarat.

Djar tal-Anzjani – applikazzjonijiet pendenti minn persuni b’diżabilità mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex persuni li huma b’diżabilità mentali jidħlu f’homes ? Liema huma l-homes li Gvern jista’ jdaħħal fihom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi n- numru ta’ applikazzjonijiet pendenti biex persuni b’diżabilta’ intelletwali jidhru quddiem is-Service Allocation Committee , biex minn hemm jiġi determinat l-ammissjoni tal-individwu f’waħda mill-homes tal-gvern, huwa ta’ 143. Id-Djar Residenzjali tal-Gvern jinkludu dawn li ġejjin: Vajrita’ 1, Vajrita 2, Villino Maria, Dar Andrew, Ħal-Kirkop, Il-Fgura, u Birżebbuġia. Saru arranġamenti oħra ta’ xiri ta’ sodod minn Dar il-Wens, Dar l-Akkwarell, Dar Arka, Dar Pirotta u Dar il-Kaptan. Fil-ġejjieni ser inkunu qed niftħu ukoll djar oħra, fosthom dik tas-Siġġiewi, kumpless f’Għawdex, Dar f’Haż- Żabbar, u Dar ġewwa Pembroke.

Sigurtà tad-Dar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ vettura għolja li qed tkun dejjem ipparkjata quddiem ir-residenza tagħha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett ħadu azzjoni fuq ir-rapport relatat ma din il-mistoqsija. Fil-fatt il-vettura in-kwistjoni ġiet imneħħija mil-lok fejn kienet tiġi pparkjata, nhar it 28 ta Lulju, 2015.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi reġgħet saret spezzjoni oħra mill-periti tal-Awtorità tad-Djar, u għal darb’oħra kien ikkonfermat li ma jeżisti l-ebda periklu fil-gallarija, fir-residenza tal-persuna kkonċernata.

Awtoritá tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward gallerija li hi perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, dwar it-tiswijiet neċessarji fil-gallerija tal-appartament imsemmi, l-Awtorita’ tad-Djar diġa ingaġġat kuntrattur u dan ftiehem mal-inkwilin dwar id-data meta għandu jibda x-xogħlijiet.

Housing – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikant, li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separtament, applika għall-post bil-kera tal-Gvern fil-5 t’Awissu 2014. L-applikant flimkien mall-familja tiegħu li tikkonsisti f’ħames membri, għal dawn l-aħħar tlett snin kienu jgħixu mal-familjari f’post bil-kera tal-Gvern. L-applikant għandu mpjieg full time u minn eżerċizzju li sar fl-10 ta’ Marzu 2015 tal-profiling, l-applikant xtaq li jingħata dar fil-lokalitajiet ta’ Fgura, Hamrun jew Paola. L-applikazzjoni qegħda fil-proċess li jsirilha social assessment sabiex ikun stabbilit x’inhi l-priorita’ tal-każ.

Problema ta’ arloġġ tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt ma din il-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ arloġġ tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Enemalta — meter tad-dawl - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat każ minn naħa tal-Enemalta ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Il-Marsa – Monument tar-Repubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm vandaliżmu fuq il-Monument tar-Repubblika ġewwa l-Marsa? Jekk iva, x kien il-vandaliżmu? Jista’ jikkonferma jekk id dawl tal-istess monument huwiex bil-ħsara? Jekk iva meta ser jiġi rranġat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-manutenzjoni tad-dwal indikati mhijiex responsabilta’ tal-Enemalta plc. Nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.